Is-Sibt 17 ta’ April 2010, fil-5.00pm, l-ajruplan li fuqu kien abbord il-Papa Benedittu XVI was fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Il-President ta’ Malta, Dr. George Abela fetaħ din iż-żjara bid-diskors ta’ merħba, flimkien mal-Papa Benedittu XVI li ukoll għamel diskors tal-okkażjoni.

Mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, il-Papa ġie meħud lejn Pjazza San Ġorg, il-Belt, fejn eluf ta’ tfal ħonqu din il-pjazza biex jawguraw l-isbaħ xewqat lill-Papa, f’għeluq sninu. Wara din il-laqgħa il-Papa żar il-Grotta ta’ San Pawl. F’indirizz qasir lill-folla preżenti l-Papa qal kif hija xi ħaġa sabiħa ħafna li Malta għadha sal-ġurnata tal-lum tgawdi mill-impatt li ħalla San Pawl, minkejja li għaddew 1950 sena minn nawfraġju.

Għall-programm sħiħ taż-Żjara tal-Papa f’Malta AGĦFAS HAWN.

Ritratt tal-Papa: Di-ve.com