Yearly Archives: 2010

L-Evanġelu tal-Jum -16 ta’ April

Gwanni 6,1-15

Wara dan, Ġesù telaq lejn in-naħa l-oħra tal-baħar tal-Galilija, jew ta’ Tiberija. Ħafna nies marru warajh, għax raw is-sinjali li kien jagħmel bil-fejqan tal-morda. Ġesù tela’ lejn l-għoljiet u qagħad hemm bilqiegħda mad-dixxipli tiegħu. Kien qrib l-Għid, il-festa tal-Lhud. Ġesù rafa’ għajnejh, lemaħ kotra ta’ nies ġejja lejh, u qal lil Filippu: “Mnejn nixtru l-ħobż biex dawn ikollhom x’jieklu?” Dan qalhulu biex jippruvah, għaliex hu kien jaf x’sejjer jagħmel… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum -15 ta’ April

never see life: God’s retribution hangs over him.’

Ġwanni 3,31-36

“Dak li hu ġej minn fuq hu fuq kulħadd; min hu mill-art hu ta’ l-art u jgħid ħwejjeġ ta’ l-art; dak li hu ġej mis-sema hu fuq kulħaddu jixhed dak li ra u sama’; imma x-xhieda tiegħu ħadd ma jilqagħha. Min ikun laqa’ x-xhieda tiegħu jkun wettaq li Alla hu l-verità… Kompli aqra »

IL-PAPA JISTA’ JILTAQA’ MAL-VITTMI TAL-ABBUŻI SESSWALI F’MALTA

Pope in Malta

Il-Papa Benedittu XVI jista’ jiltaqa’ ma’ grupp ta’ vittmi ta’ abbużi sesswali f’Malta matul iż-żjara appostolika tiegħu  bejn is-Sibt u l-Ħadd.

Dan iddikjarah id-Direttur tal-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, Patri Federico Lombardi, meta f’konferenza tal-aħbarijiet ta d-dettalji ta’ din iż-żjara. Żewġ laqgħat simili saru fl-Istati Unit ital-Amerika f’April 2008 u fl-Awstralja f’Lulju tal-istess sena. Patri Lombardi qal li ma setax jagħmel stqarrijiet pero fl-istess ħin ikkjarifika li ma jista’ jeskludi l-ebda possibilta… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum -14 ta’ April

Gwanni 3, 16-21

Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem. Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu. Min jemmen fih ma jkunx ikkundannat; iżda min ma jemminx huwa ġa kkundannat, għax ma emminx fl-isem ta’ l-Iben il-waħdieni ta’ Alla… Kompli aqra »

IL-PAPA DWAR IL-LIŻAR TA’ TURIN

Turin shroud

Il-Papa Benedittu XVI esprima t-tama tiegħu li l-qima tal-liżar ta’ Turin timla bl-entużjażmu lil kull individwu biex ifittex wiċċ Kristu. Huwa qal dan fl-aħħar laqgħa pubblika tiegħu f’CastelGandolfo, fejn jinsab għal ftit jiem wara l-iskeda impenjattiva li kellu fi żmien il-Ġimgħa Mqaddsa.

Il-Liżar ta’ Turin, li dwaru hemm twemmin li hu l-liżar li ntuża għad-difna ta’ Ġesu Kristu, jinsab għall-wiri għall-ewwel darba sa minn 10 snin ilu… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF LEST JILTAQA’ MAL-ALLEGATI VITTMI TA’ ABBUŻ SESSWALI

Monsinjur Arcisqof Pawlu Cremona kien infurmat li is-Sur Lawrence Grech u sħabu, allegati vittmi ta’ abbuż sesswali jixtiequ jiltaqgħu miegħu. Monsinjur Arċisqof aċċetta bil-qalb li jilqagħhom u dan bla ebda preġudizzju għall-proċessi li għadhom għaddejjin kemm fil-Qrati Ċivili kif ukoll fir-Response Team tal-Knisja. Kompli aqra »

KJARIFIKA DWAR ALLEGAZZJONI TA’ ABBUŻI SESSWALI MINN SAĊERDOTI

Il-Kurja tixtieq tiċċara xi fatti b’referenza għall-istqarrija maħruġa minnha u irrappurtata mill-media dwar in-numru ta’ allegazzjonijiet ta’ abbużi sesswali fuq minuri, u  li saru kontra saċerdoti quddiem ir-Response Team, jiġifieri l-grupp mqabbad mill-Awtoritajiet tal-Knisja biex jinvestiga dawn l-allegazjonijiet.

Il-45 każ imsemmija, kif intqal fl-istqarrija oriġinali, huwa n-numru ta’ allegazzjonijiet li tressqu quddiem ir-Response Team, li huwa immexxi minn Imħallef… Kompli aqra »

TLUGĦ BIL-POLZA GĦAD-DĦUL FL-ISKEJJEL TAL-KNISJA

3305 applikazzjoni għal 1,056 post

It-tlugħ bil-polza għad-dħul fil-Klassijiet Kindergarten One ta’ l-Iskejjel tal-Knisja għas-sena skolastika li jmiss se jsir illum, it-Tnejn, 12 ta’ April 2010, fil-Kurja ta’ l-Arċisqof, Floriana, fit-3.00pm. It-tlugħ bil-polza għall-Klassijiet Kindergarten Two se jsir għada, it-Tlieta, waqt li dak għal Year One isir nhar l-Erbgħa, fl-istess post u ħin.

It-total ta’ tfal li applikaw biex jidħlu fl-Iskejjel tal-Knisja f’Settembru li ġej huwa ta’ 3,205… Kompli aqra »