3305 applikazzjoni għal 1,056 post

It-tlugħ bil-polza għad-dħul fil-Klassijiet Kindergarten One ta’ l-Iskejjel tal-Knisja għas-sena skolastika li jmiss se jsir illum, it-Tnejn, 12 ta’ April 2010, fil-Kurja ta’ l-Arċisqof, Floriana, fit-3.00pm. It-tlugħ bil-polza għall-Klassijiet Kindergarten Two se jsir għada, it-Tlieta, waqt li dak għal Year One isir nhar l-Erbgħa, fl-istess post u ħin.

It-total ta’ tfal li applikaw biex jidħlu fl-Iskejjel tal-Knisja f’Settembru li ġej huwa ta’ 3,205. Il-postijiet disponibbli huma 1,056.  Fl-2009 applikaw 3,266. Il-postijiet disponibbli kienu 1,062.  Fl-2008 applikaw 3,214, fl-2007 applikaw 3,328, fl-2006 applikaw 3,352 u fl-2005 applikaw 3,436.

L-għadd ta’ postijiet li hemm fil-livelli diversi, hu kif ġej:

KINDERGARTEN ONE: It-total ta’ l-applikanti għal-livell Kindergarten one huwa 1,144 li minnhom se jidħlu 279. Dawn huma mqassmin hekk:

Każi Speċjali: Total ta’ applikanti 78. Minnhom se jidħlu 30

Aħwa: 97

Tfal mid-Djar tal-Knisja: 1.

Dħul bil-polza: 151.

KINDERGARTEN TWO: It-total ta’ applikanti għal-livell Kindergarten two huwa 1,182, li minnhom se jidħlu 337. Dawn huma mqassmin hekk:

Każi Speċjali: Total ta’ applikanti 139. Minnhom se jidħlu 45.

Aħwa: 114.

Tfal mid-Djar tal-Knisja: 0.

Dħul bil-polza: 178

YEAR ONE: It-total ta’ l-applikanti għal Year One huwa  979,  li minnhom se jidħlu 440. Dawn huma mqassmin hekk:

Każi Speċjali: Total ta’ applikanti 171. Minnhom se jidħlu 57.

Aħwa: 91.

Tfal mid-Djar tal-Knisja: 1.

Dħul bil-polza:  291