Yearly Archives: 2010

L-Evanġelu tal-Jum – 21 ta’ Marzu

Ġwanni 8,1-11

Ġesù telaq lejn l-Għolja taż-Żebbuġ. Imma l-għada qabel is-sebħ raġa’ mar fit-tempju, u l-poplu kollu ġie ħdejh, u hu qagħad bilqiegħda jgħallimhom. Mbagħad il-kittieba u l-Fariżej ħadulu quddiemu waħda mara li kienet inqabdet fl-adulterju. Huma qegħduha fin-nofs u qalulu: “Mgħallem, din il-mara nqabdet fil-fatt fl-adulterju. Issa fil-Liġi tagħna Mosè ordnalna biex nisa bħal dawn inħaġġruhom. Int, imma, xi tgħid?” Dan qaluhulu biex iġarrbuh, ħalli jkollhom fuqiex jixluh… Kompli aqra »

F’ITTRA PASTORALI LILL-KATTOLIĊI IRLANDIŻI, IL-PAPA JITLOB APOLOĠIJA LILL-VITTMI TAL-PEDOFELIJA MINN SAĊERDOTI

Pope Benedict XVI

Il-Papa Benedittu 16 talab apoloġija lill-vittmi ta’ abbużi sesswali mwettqa minn saċerdoti kattoliċi fl-Irlanda. F’ittra pastorali li għaddiet għand l-Isqfijiet Iralndiżi biex tinqara lill-kattoliċi fil-knejjes kollha għada, il-Papa irrikonoxxa s-sens ta’ ċaħda mill-Knisja li jħossu l-vittmi u l-familji tagħhom. Il-Papa qal li saru żbalji serji ukoll fost l-Isqfijiet fil-mod kif twieġbu l-allegazzjonijiet ta’ pedofelija.

L-Ittra Pastorali qed jingħad li hi l-ewwel stqarrija pubblika uffiċjali mill-Vatikan f’sekli sħaħ dwar l-abbużi sesswali tat-tfal… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JAFDA F’IDEJN IL CARITAS MALTA BIEX TURI IL-POVERTA’ REALI

H.G. Archbishop Mgr. Paul Cremona O.P. has entrusted Caritas Malta with the task of exposing the face of poverty in Malta, and said that this would be a difficult mission as poverty was hidden. The Archbishop was addressing a Forum organised by Caritas Malta to launch its programme of activities to mark the year 2010, which has been designated by the European Commission as the European Year for Combating Poverty and Social Exclusion (EY2010)… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 20 ta’ Marzu

Ġwanni 7,40-53

Meta xi wħud semgħu kliemu qalu: “Tassew dan hu l-Profeta.” Oħrajn qalu: “Dan hu l-Messija.” Iżda xi wħud qalu: “Mela l-Messija għandu jiġi mill-Galilija? Ma tgħidx l-Iskrittura li l-Messija għandu jiġi min-nisel ta’ David u minn Betlehem, ir-raħal minn fejn kien David?” Hekk in-nies ma qablux bejniethom minħabba fih. Xi wħud minnhom riedu jaqbduh, iżda ħadd ma medd idejh fuqu… Kompli aqra »

IL-PAPA JIKTEB ITTRA PASTORALI BIEX TINQARA FL-IRLANDA KOLLHA DWAR KAŻI TA’ PEDOFELIJA

Pope Benedict XVI

Il-Papa Benedittu XVI kiteb ittra pastorali lill-Kattoliċi tal-Irlanda b’linjigwida dwar il-prevenzjoni u l-kastig għal abbużi sesswali imwettqa minn saċerdoti fuq it-tfal. Il-Papa jiffirma din l-ittra llum, bil-kontenut tagħha mistenni li jkun ippubblikat mill-Vatikan għada. Illum stess għandha tintbagħat lill-Isqfijiet Irandiżi kollha.

F’rapporti internazzjonali qed jingħad li għadu mhux ċar jekk fl-Ittra Pastorali, li se tinqara l-Ħadd li ġej, il-Papa hux qed jitlob xi forma ta’ apoloġija… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 19 ta’ Marzu

Luqa 2,41-51

Ta’ kull sena l-ġenituri ta’ Ġesù kienu jmorru Ġerusalemm għall-festa ta’ l-Għid. Meta kellu tnax-il sena telgħu wkoll, skond id-drawwa ta’ dik il-festa. Wara li għaddew dawk il-ġranet qabdu t-triq lura, imma t-tfajjel Ġesù baqa’ Ġerusalemm bla ma kienu jafu l-ġenituri tiegħu. Huma ħasbuh qiegħed ma’ xi wħud li kienu fit-triq magħhom; iżda meta wara jum mixi fittxewh fost qrabathom u n-nies li kienu jafuhom, ma sabuhx, u għalhekk reġgħu lura Ġerusalemm ifittxuh… Kompli aqra »

SEMINAR DWAR IT-TEMA ‘OUTREACH’

Nhar is-Sibt, 6 ta’ Marzu, 2010, seminar bit-tema ‘Niltaqgħu magħhom fil-pjazza tal-ħajja’ ġie organizzat b’inizjattiva tas-Segretarjat għall-Katekeżi b’kollaborazzjoni mal-KDŻ, għaż-żgħażagħ.

Matul dan is-seminar ġie diskuss, minn lenti prattika, ‘outreach’. Xi ideali li ġew msemmija biex wieħed ikun jista jilħaq dan il-għan kienu: persuna tkun informata u iffurmata sew fir-reliġjon tagħha u wkoll li wieħed għandu jżomm relazzjoni ħajja mal-Mulej, li tiġi msaħħa bil-kelma ta’ Alla permezz tas-Sagramenti u talb kontinwu u attiv… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Lum – 18 ta’ Marzu

Gwanni 5,30-47

Kieku jien kelli nagħti xhieda fuqi nnifsi, ix-xhieda tiegħi ma kinitx tkun minnha. Hemm ħaddieħor li jagħti xhieda fuqi, u jiena naf li x-xhieda li jagħti fuqi hu hi minnha. Intom bgħattu tistaqsu lil Ġwanni, u hu ta xhieda għall-verità. Mhux għax jien għandi bżonn ix-xhieda ta’ bniedem, imma qiegħed ngħidilkom dan għas-salvazzjoni tagħkom. Għax dak kien musbieħ jixgħel u jiddi, u intom, għal ftit, ridtu tifirħu bid-dawl tiegħu… Kompli aqra »

IL-KARDINAL TARCISIO BERTONE: “IL-KRIŻI EŻISTENTI HI WKOLL WAĦDA KAWŻATA MINN DEFIĊIT TA’ VALURI MORALI”

Cardinal Tarcisio Bertone

“Il-kriżi eżistenti mhi waħda ta’ natura ekonomika biss, imma ġiet ikkawżata wkoll minn defiċit ta’ valuri morali u minn imġibiet prattiċi li jmorru kontra l-liġi t’Alla u allura kontra l-istess bniedem; imġibiet li jimminaw il-ġustizzja u li dejjem ikollhom impatt negattiv fuq l-iżvilupp materjali u spiritwali tas-soċjeta.”

Dan qalu f’Ruma l-Kardinal Tarcisio Bertone, Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, f’riflessjoni dwar l-enċiklika ‘Caritas in Veritate’ fil-preżenza tal-Bord Eżekuttiv ta’ Confindustria, li hija l-organizzazzjoni ewlenija li tirrappreżenta l-kumpaniji Taljani fil-qasam tal-manifattura… Kompli aqra »