Yearly Archives: 2010

JUM INTERNAZZJONALI TAL-PERSUNI B’DIŻABILITA`

Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Persuni b’Diżabilita` li taħbat il-Ġimgħa, 3 ta’ Diċembru, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra Quddiesa fl-MFCC, Ta’ Qali. Għal din il-Quddiesa li saret il-Ħamis, 2 ta’ Diċembru 2010, attendew il-persuni b’diżabilta` li jattendu ċ-ċentri ta’ matul il-jum.

“Grazzi ngħid lilkom” – dan qalu l-Arċisqof lil dawk preżenti fid-diskors ta’ ftuħ. Huwa inkoraġġixxa lill-persuni b’diżabilita’ li minkejja kollox xorta jistgħu jgħixu ħajja mimlija… Kompli aqra »

IT-TFAL MALTIN QED JAQGĦU LURA FL-IŻVILUPP TAL-LINGWAĠĠ

F’laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali tal-Parlament fejn kienet qed tiġi diskussa d-diżabilità, Dr Elena Tanti-Burlò, lekċerer fl-Università ta’ Malta, stqarret li t-tfal Maltin qegħdin jaqgħu lura ħafna fl-iżvilupp tal-lingwaġġ.

Qalet li meta dan l-aħħar żaret xi skejjel tal-kindergarten, ħafna tfal ta’ tliet snin, ma kenux qed jitkellmu sew. Hija kompliet tisħaq li hemm bżonn urġenti li l-ġenituri jibdew jikkomunikaw u jilagħbu mat-tfal għax jekk mhux se jiżviluppaw il-komunikazzjoni, lanqas il-ħsieb ma jkun jista’ jiżviluppa… Kompli aqra »

POPEMOBILE: IKTAR PROMOZZJONI TAL-ENERĠIJA SOSTENIBBLI?

Il-Vatikan qed jesplora l-possibbilta ta’ iktar promozzjoni tal-eneġija sostenibbli min-naħa tiegħu u dan permezz ta’ Popemobile li taħdem bl-enerġija ġġenerata permezz tax-xemx.

Il-mistoqsija hi sempliċi – Popemobile elettrika b’enerġija solari?

Il-Kardinal Giovanni Layolo, li jmexxi l-Istat tal-Belt tal-Vatikan, qal ilbieraħ li l-Papa żgur li jkun jippreferi li l-karozza li ġġorru tkun ta’ dan it-tip milli tradizzjonali.

Il-kummenti ta’ Layolo waslu waqt il-preżentazzjoni ta’ ktieb dwar l-użu tal-enerġija solari mill-Vatikan… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 2 ta’ Dicembru

Mattew 7,21.24-27

“Mhux kull min jgħidli, ‘Mulej, Mulej’, jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet, iżda min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri li hu fis-smewwiet! “Għalhekk, kull min jisma’ dan kliemi u jagħmel li qiegħed ngħid jien, isir jixbah lil bniedem għaqli li bena daru fuq il-blat. Niżlet ix-xita, ġew il-widien, qamu l-irwiefen u ħabtu fuq dik id-dar, iżda ma ġġarrfitx għax kellha s-sisien tagħha fuq il-blat… Kompli aqra »

TIĠI FI TMIEMA Ż-ŻJARA PASTORALI FIL-GĦARGĦUR

Il-Ġimgħa, 19 ta’ Novembru, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ mas-subien li jattendu l-Katekiżmu  (MUSEUM) fil-Għargħur, bħala parti miż-żjara pastorali f’din il-parroċċa.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

IL-KNISJA TEĦTIEĠ VUĊI FIL-MEDIA

Il-Papa Benedittu XVI qed jissottolinea l-ħtieġa li tingħata vuċi lill-Knisja fir-realta tal-komunikazzjoni soċjali u l-media. Il-Papa qal dan meta kien qed jilqa’ f’udjeza lill-Isqfijiet Filippini li jinsabu f’Ruma għaż-żjara ta’ kull ħames snin.

“Qasam partikolari li fih il-Knisja għandha tara li ssemma leħinha hu dak tal-komunikazzjoni soċjali u l-media”, qal il-Papa. Żied li “dmir il-komunita kattolika kollha hu li twassal viżjoni ta’ fidi mimlija tama u virtu sabiex il-Filippino isibu l-kuraġġ u direzzjoni fit-triq tal-ħajja  Kristoċentrika”… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 1 ta’ Dicembru

Mattew 15,29-37

Ġesù baqa’ għaddej minn hemm u mar ħdejn il-baħar tal-Galilija; tala’ fuq l-għolja u qagħad bilqiegħda hemm. U bdew resqin lejh ġemgħat kbar ta’ nies, li kellhom magħhom zopop, għomja, mmankati, mbikkmin, u ħafna oħrajn; qegħduhomlu f’riġlejh, u hu fejjaqhom, hekk li n-nies kollha baqgħu mistagħġba meta raw l-imbikkmin jitkellmu, l-immankati qawwijin u sħaħ, iz-zopop jimxu u l-għomja jaraw; u bdew jagħtu glorja lil Alla ta’ Iżrael… Kompli aqra »

ĠURNATA TA’ TALB GĦALL-VOKAZZJONIJIET FIS-SEMINARJU

Nhar il-Ħamis, 2 ta’ Diċembru 2010, se ssir ġurnata ta’ talb għall-vokazzjonijiet Saċerdotali u Reliġjużi fil-Kappella tas-Seminarju, f’Tal-Virtu’, r-Rabat. Il-ġurnata tibda fid-9.30am b’ Quddiesa u wara jkun hemm adorazzjoni quddiem Ġesu’ Ewkaristija matul il-ġurnata kollha. Fis-7.15 p.m. issir ċelebrazzjoni tal-Quddiesa bis-sehem tas-Seminaristi. Kulħadd mistieden li jattendi f’xi ħin matul il-ġurnata.

Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 30 ta’ Novembru

Mattew 4,18-22

Huwa u jdur ma’ xatt il-baħar tal-Galilija lemaħ żewġt aħwa, Xmun jgħidulu Pietru, u ħuh Indrì, qegħdin jixħtu x-xbiek fil-baħar, għax kienu sajjieda. U qalilhom: “Ejjew warajja, u nagħmilkom sajjieda tal-bnedmin. ” U minnufih telqu x-xbiek, u marru warajh. Wara li mexa minn hemm ra żewġt aħwa oħra, Ġakbu ta’ Żebedew u ħuh Ġwanni, qegħdin fid-dgħajsa ma’ missierhom Żebedew isewwu x-xbiek tagħhom, u sejjħilhom… Kompli aqra »