Yearly Archives: 2010

Rifflesjonijiet għal Żmien ir-Randan – 2 ta’ Marzu 2010

Sempliċiment

Mhux ħaġa diffiċli biex tagħmel it-tajjeb, Mulej,

it-tajjeb jista’ jsir mill-qalb,

permezz tal-fidi tagħna

u b’idejna stess!

Li nagħmlu xi ħaġa tajba

hu l-frott naturali

tal-fidi tagħna

u mhux ħlief l-espressjoni

ta’ l-umanità tagħna.

Kollox jiddependi

minn kemm inħarsu lejn Kristu

li kien jaħdem u jitkellem

bl-għan ewlieni

li jagħmel il-ġid fid-dinja… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF F’LAQGĦA MAT-TOBBA

Il-Ħadd 28 ta’ Frar, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP ippresieda laqgħa għat-tobba u wara ċċelebra Quddiesa. Din l-attivita’ ġiet organizzata mis-Segretarjat għal-Lajċi fis-Seminarju f’Tal-Virtu’. Matul il-laqgħa huma tkellmu dwar kif it-twemmin nisrani jista’ jkun ta’ gwida fid-deċiżjonijiet tal-ħajja u dawl fil-prattika tal-professjoni medika.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JIEĦU SEHEM FIĊ-ĊELEBRAZZJONIJIET TA’ FACULTY DAY

Is-Sibt 27 ta’ Frar, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP, iċċelebra Quddiesa fil-Parroċċa ta’ Ħ’Attard bħala parti mill-‘Faculty Day’. Il-Fakulta tat-Teoloġija ħadet ħsieb torganiżża din l-okkażjoni. Fakulta għandha tfittex li twassal għal djalogu u stħarriġ sħiħ ma fakultajiet oħra. L-Arċisqof qal li it-tfittxija tal-verita’ m’għandix tkun murija biss fl-istudju iżda wkoll fix-xhieda tagħna bhala studenti u staff akkademiku fl-ambjent universitarju.

L-Arċisqof Cremona għamel riflessjoni fuq ir-relazzjoni bejn ‘Caritas in Veritate’, ‘Veritas in Caritate’ fejn emfassiżża li t-tfittxija tal-verita’ fl-ambejnt tal-fakulta għandha tkun ukoll permezz tal-imħabba u mhux bl-istudju biss… Kompli aqra »

Rifflesjonijiet għal Żmien ir-Randan – 1 ta’ Marzu 2010

Litanija ta’ l-Għotja

Int aċċettajt

li ssir wieħed minna

biex tkun ma’ ħutek.

Int aċċettajt

li tbaxxi rasek għal kollox

biex issalva lid-dinja.

Int aċċettajt

li tagħtina l-Kelma tiegħek

biex turina t-triq id-dejqa

li twassal għall-veru ferħ.

Int aċċettajt

li toqgħod għall-passjoni

biex tagħti l-hena

lill-kotra… Kompli aqra »

IL-PAPA JAPPELLA SABIEX TIEQAF IL-PERSEKUZZJONI KONTRA L-INSARA FL-IRAQ

Pope Benedict XVI

Il-Papa Benedittu XVI għamel referenza għal persekuzzjoni u l-qtil tal-insara li qed issir fil-Belt ta’ Mosul fl-Iraq u appella biex tieqaf il-persekuzzjoni kontra kull persuna li tħaddan twemmin reliġjuż differenti minn dak tal-massa. Waqt ir-reċita tal-Anġelus  il-Qdusija Tiegħu tkellem ukoll b’mod partikolari dwar it-traġedja lil laqtet lill-poplu taċ-Ċile minħabba t-terremot qawwi tas-Sibt.

Dwar l-Iraq, il-Papa Benedittu XVI appella lill-Awtoritajiet sabiex jagħmlu kull sforz possibbli biex ikun hemm ambjent iktar sikur u ta’ djalogu… Kompli aqra »

FTUĦ TAŻ-ŻJARA PASTORALI F’ĦAL GĦAXAQ

Is-Sibt 27 ta’ Frar, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP, iċċelebra quddiesa f’Ħal Għaxaq fil-ftuħ taż-żjara Pastorali tiegħu f’dan ir-raħal. L-Arċisqof iltaqa’ mal-membri tas-Soċjeta’ Ċivili ta’ din il-Parroċċa. Għall-programm sħiħ taż-Żjara Pastorali tal-Arċisqof f’Ħal Għaxaq AGĦFAS HAWN.

Kelma għall-Ħajja

“Kelma ghall-Hajja” huwa programm li jispjega l-Evanġelu tal-Ħadd fil-kuntest ta’ sitwazzjonijiet reali mill-ħajja ta’ kuljum. “Kelma għall-Ħajja” jixxandar kull nhar ta’ Sibt fis-6:05pm fuq TVM, b’repetizzjoni l-Ħadd fit-7:45am, qabel  ix-xandira diretta tal-Quddiesa. Biex tara l-episodji kollha ta’ dan il-programm agħfas fuq l-icon YOUTUBE fuq in-naħa t’isfel ta’ din il-paġna. Fuq din il-paġna wkoll tista wkoll tħalli l-kummenti jew suġġerimenti tiegħek dwar din il-produzzjoni mtella’ mill-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Arċidjoċesi ta’ Malta… Kompli aqra »

Rifflesjonijiet għal Żmien ir-Randan – 28 ta’ Frar 2010

Hemmhekk

Malli ssejħilna, Mulej,

aħna nitilqu

u mmorru f’postijiet

fejn nibnu s-solidarjetà.

Hemm kotra kbira!

Hemmhekk kulħadd iħossu marbut ma’ xulxin

b’rabta li ma tinħallx.

Hemmhekk kulħadd hu magħqud

għax kull persuna għandha dejjem

il-ferħ u l-paċi fiha.

Malli ssejħilna, Mulej,

aħna nitilqu

u mmorru f’pajjiżi

fejn hi meħtieġa l-maħfra… Kompli aqra »

1 – 7 ta’ Marzu

It-Tnejn

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokjali, Kunsill Ekonomiku Parrokjali, Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu ta’ Ħal Għaxaq bħala parti miż-Żjara Pastorali.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof iżur l-iskola Primarja ta’ Ħal Għaxaq.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Kateketika u mal-Katekisti tal-istess Paroċċa.

6.00 p.m… Kompli aqra »

Rifflesjonijiet għal Żmien ir-Randan – 27 ta’ Frar 2010

Tiftix

Qrib tiegħi, Mulej,

nisma’ t-tgeġwiġ ta’ leħnek

u jien infittxek fil-proxxmu tiegħi

li jħaffef biex jiltaqa’ miegħi

u jara fhiex ninsab

meta ninqabad kuljum

ġo l-isqaqijiet ta’ ħajti.

Infittxek fit-tenerezzi

li juruni u nirċievi.

Infittxek fil-bnedmin

li b’rieda soda

moħħhom fit-tjieba

u fis-solidarjetà! … Kompli aqra »