Pope Benedict XVI

Il-Papa Benedittu XVI għamel referenza għal persekuzzjoni u l-qtil tal-insara li qed issir fil-Belt ta’ Mosul fl-Iraq u appella biex tieqaf il-persekuzzjoni kontra kull persuna li tħaddan twemmin reliġjuż differenti minn dak tal-massa. Waqt ir-reċita tal-Anġelus  il-Qdusija Tiegħu tkellem ukoll b’mod partikolari dwar it-traġedja lil laqtet lill-poplu taċ-Ċile minħabba t-terremot qawwi tas-Sibt.

Dwar l-Iraq, il-Papa Benedittu XVI appella lill-Awtoritajiet sabiex jagħmlu kull sforz possibbli biex ikun hemm ambjent iktar sikur u ta’ djalogu. Huwa ħeġġeġ  lill-komunità internazzjonali sabiex tkun minn ta’ quddiem biex tgħin lill-Iraq ikollu futur aħjar fil-paċi u s-solidarjetà reċiproka.

Dwar dawk milquta mit-terremot taċ-Ċile il-Papa talab sabiex tittaffa it-tbatija. Temm jgħid li l-Knisja Kattolika, permezz tal-Kleru se tkun qed toffri wkoll l-għajnuna umanitarja tagħha.