Yearly Archives: 2010

PROGRAMM TAŻ-ŻJARA PASTORALI F’BURMARRAD

20 – 26 ta’ Frar, 2010

Is-Sibt, 20 ta’ Frar

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummisjoni Diakonia ta’ Burmarrad.

6.15 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja fil-ftuħ taż-Żjara Pastorali f’din il-parroċċa.

8.00 p.m. p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-komunita’ ta’ patrijiet Fraġiskani Konventwali ta’ din il-parroċċa u jibqa’ magħhom għall-ikel.

It-Tlieta, 23 ta’ Frar

5.30 p.m… Kompli aqra »

Rifflesjonijiet għal Żmien ir-Randan – 20 ta’ Frar 2010

Fejqan

Il-ħars tagħna

ifittex id-difetti.

Jieqaf fuq in-nuqqasijiet.

Jgħaddi ġudizzju kif ifettillu.

Jagħmilha ta’ mħallef.

Jara biss dak

li jidher minn barra.

Dejjem għandu raġun.

Żgur minnu nnifsu.

Jiddeċiedi, bla ma jqis xejn,

min hu dak

li hu denn li jkun magħna

u min hu dak

li għandu jitwarrab… Kompli aqra »

IL-PAPA BENEDITTU XVI – IT-TAGĦLIM, IŻ-ŻJARA U L-IMPATT TIEGĦU?

Nhar il-Ħamis, 18 ta’ Frar 2010, fil-Kappella tal-Universita saret attivitaˋ imtella’ miċ-Chaplaincy ta’ l-Universitaˋ u ikkummissjonata mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻ). Fr. John Berry – visiting lecturer fil-Fakultaˋ tat-Teoloġija, Ms. Alessandra Dee Crespo flimkien ma’ Mr David Torpiano, żewġ studenti tat-teoloġija, taw ħarsa lejn it-tagħlim tal-Papa Benedittu XVI b’ħarsa mill-qrib lejn il-messaġġ tal-ktieb tiegħu ‘Ġesu ta’ Nazaret’.  … Kompli aqra »

Rifflesjonijiet għal Żmien ir-Randan – 19 ta’ Frar 2010

Integrità

Int biss, Mulej,

taf il-ħafna wċuh tad-dnub tiegħi.

Id-dnub nifidli qalbi

u ggranfa miegħi

qisu parassita

li jgħix minn fuqi

u jixrobli demmi.

Ma rridx nieqaf, Mulej,

milli nħaffef bil-ġiri

lejn ħajja trasparenti ta’ integrità

li jien imsejjaħ għaliha!

Kemm ili, Mulej,

niġma t-tensjoni

u naqa’ biċċiet

waqt li nipprova ngħixha? … Kompli aqra »

AMERIKA: 77,000 JIDDEFENDU BOLLA KOMMEMORATTIVA TA’ MADRE TEREŻA

Madre Teresa

Ateisti fl-Istati Uniti tal-Amerika qed jiġġieldu proposta ta’ bolla kommemorattiva li tonora lil Madre Tereża ta’ Calcutta. Eluf ta’ kattoliċi qed jirsistu kontra dak li qed jiddeskrivu u jikkunsidraw bħala diskriminazzjoni reliġjuża.

CatholicVoteAction.org ippubblikat stqarrija għall-istampa b’appell lill-Amerikani sabiex jingħaqdu mal-qrib 78,000 firmatarju ta’ petizzjoni b’appoġġ għal bolla ta’ Madre Tereża. Il-petizzjoni indirizzata lill-Postmaster General Amerikan Jack Potter tafferma, “Ninsabu mħassba bir-rapporti li gruppi ateisti qed jittentaw iwaqqfu l-proċess kontemplat għall-ħruġ tal-bolla ta’ Madre Tereża”… Kompli aqra »

Rifflesjonijiet għal Żmien ir-Randan – 18 ta’ Frar 2010

Kelma tal-Ħajja

Jalla l-Kelma tiegħek, Mulej,

tħeġġiġna nishru fuq din l-art,

l-art li rċevejna mingħandek stess.

Jalla din l-art tagħmel ħafna frott

u toffri ambjent sabiħ u armonjuż

fejn it-tfal ta’ għada

jkunu jistgħu jgawdu

l-ward u x-xewk

tal-ħajja ferrieħa tagħhom.

Jalla l-Kelma tiegħek, Mulej,

issejħilna nqassmu l-imħabba tiegħek

lil sħabna fuq din l-art

sabiex huma jkunu jistgħu

jduquha u jiggustawha

bħala ikel bnin u abbundanti

li jaqta’ l-ġuħ u l-għatx

li huma għandhom

għall-hena bla tmiem… Kompli aqra »

KARDINAL IRLANDIŻ JAFFERMA LI L-KNISJA TISTA’ TIRKUPRA

Cardinal Sean Brady

Il-President tal-Konferenza Episkopali Irlandiża qal li l-Knisja f’dan il-pajjiż tista’ terġa tikseb il-kredibilita. Dan ovvjament wara l-iskandlu ta’ abbużi sesswali mwettqa minn membri tal-kleru. Fi kliem il-kardinal Sean Brady, li l-Knisja tikseb mill-ġdid kredibilita hu possib bli, anke jekk dan ikun jitlob il-ħin u ċertu umiljazzjoni.

L-Arċisqof ta’ Armagh u Primat tal-Irlanda kollha, jinsab lura l-Irlanda wara jumejn ta’ laqgħat mal-Papa Benedittu XVI u l-Isqfijiet l-oħra Irlandiżi u rappreżentanti tal-Kurja ta’ Ruma… Kompli aqra »

Rifflesjonijiet għal Żmien ir-Randan – 17 ta’ Frar 2010

L-Erbgħa ta’ l-Irmied:

Issa li għamilna s-sinjal tas-salib bl-irmied, Mulej,

se nieħdu d-deċiżjoni quddiem kulħadd

li nitilqu u nibdew

il-mixja tal-konverżjoni!

Erbgħin jum m’humiex biżżejjed

għax irridu ż-żmien

biex niffurmaw il-qalb u n-natura

skond l-ispirtu tal-vanġelu!

Se nitilqu, għal darb’oħra,

konxji tad-dgħjufijiet tagħna,

imma moħħna mistrieħ

mill-appoġġ tiegħek,

b’fehma soda

li naddattaw l-imġieba

u d-deċiżjonijiet tagħna

għall-imħabba li int xettilt fina

u li issa qed titlobna niżirgħu fl-umanità… Kompli aqra »

IL-KAP TAL-KNISJA KATTOLIKA JIKKONFERMA LI SE JŻUR L-ISKOZJA

Filwaqt li kkonferma ż-żjara li se jagħmel l-Iskozja u li mistennija ssir f’Settembru, il-Papa Benedittu XVI appella għal tħejjija lill-Kattoliċi fil-qasam tal-vokazzjonijiet, partikolarment il-vokazzjonijiet li fil-ħajja saċerdotali u reliġjuża u fil-ħajja lajkali.

“Iżjed tard dis-sena, se jkolli l-pajċir ningħaqad magħkom u mal-kattoliċi tal-Iskozja”. Hekk afferma l-Papa f’udjenza mal-Isqfijiet Skoċċiżi li kienu l-Vatikan fuq iż-żjara li ssir mill-Isqfijiet kull ħames snin. Qalilhom: “hekk kif qed titħejjew għaż-Żjara Appostolika, inkoraġixxu lill-poplu sabiex jitlob biex dan ikun mument ta’ grazzja għall-komunita Kattolika sħiħa ta’ pajjiżkom”… Kompli aqra »

PROGRAMM PASTORALI BI TĦEJJIJA GĦAŻ-ŻJARA TAL-PAPA F’MALTA

F’konferenza ta’ l-aħbarijiet li saret it-Tlieta, 16 ta’ Frar, 2010, maġenb il-Grotta ta’ San Pawl, ir-Rabat, il-Kumitat Organizattiv Interdjoċesan ippreżenta l-Programm Pastorali bi tħejjija għaż-żjara f’Malta tal-Papa Benedittu XVI f’Malta. Il-Kumitat organizattiv nieda wkoll website li tinkludi d-dettalji kollha b’rabta mat-tħejjija għaż-żjara tal-Papa f’Malta: www.popemalta.org

Dawn huma l-iniżjattivi ewlenin li qed jittieħdu u li qed jiġu organizzati mis-Segretarjat għal-Lajċi, mill-Kummissjoni Djoċezana Żgħażagħ u mill-Kummissjoni Djoċezana Tfal:

  • Randan – Il-Kummissjoni Teoloġika tal-Knisja f’Malta ħejjiet ktejjeb li fih ġabra ta’ materjal mit-tagħlim tal-Papa Benedittu XVI.  …
  • Kompli aqra »