Cardinal Sean Brady

Il-President tal-Konferenza Episkopali Irlandiża qal li l-Knisja f’dan il-pajjiż tista’ terġa tikseb il-kredibilita. Dan ovvjament wara l-iskandlu ta’ abbużi sesswali mwettqa minn membri tal-kleru. Fi kliem il-kardinal Sean Brady, li l-Knisja tikseb mill-ġdid kredibilita hu possib bli, anke jekk dan ikun jitlob il-ħin u ċertu umiljazzjoni.

L-Arċisqof ta’ Armagh u Primat tal-Irlanda kollha, jinsab lura l-Irlanda wara jumejn ta’ laqgħat mal-Papa Benedittu XVI u l-Isqfijiet l-oħra Irlandiżi u rappreżentanti tal-Kurja ta’ Ruma.

Il-Kardinal Brady ta dawn il-kummenti lill-mezzi tal-istampa fl-uffiċċji ta’ Radju Vatikan.

Il-Papa sejjaħ lill-Isqfijiet f’Ruma wara li kien iltaqa’ mal-Kardinal Brady fil-11 ta’ Diċembru li għadda, li kien akkumpanjat mill-Arċisqof Diarmuid Martin, Arċisqof ta’ Dublin. Il-laqgħat kienu iffukati f’diskussjoni tar-Rapport tal-Kummissjoni Murphy, li tesponi dettalji ta’ każi ta’ abbużi fl-Arċidjoċesi ta’ Dublin bejn l-1975 u l-2004. Ir-rapport kien ippubblikat f’Novembru li għadda u kien isegwi r-rapport Ryan li kien ippubblikat f’Mejju u lit a dettalji ta’ abbużi fuq tfal fi skejjel kattoliċi fil-pajjiż.

Il-Kardinal Brady qal li fi ftuħ il-laqgħa tat-Tnejn, sar indirizz minn kull wieħed mill-24 Isqof Irlandiż preżenti. Fi stqarrija lill-mezzi tal-istampa, il-kardinal Brady qal li informa lill-Isqfijiet u lill-Papa dwar l-aħħar żviluppi pożittivi fil-qasam tad-diżarm u l-attivitajiet tal-Knisja fl-Irlanda. Brady ta wkoll l-esperjenza tiegħu wara li sema’ diversi persuni li sfaw vittmi tal-abbużi.