Yearly Archives: 2010

Ċelebrazzjoni ta’ Talb għas-Saċerdoti

Nhar l-Erbgħa, 3 ta’ Frar, 2010 fis-7.30p.m, fl-okkażjoni tas-sena ddedikata lis-saċerdoti, il-Kulleġġ tal-Kappillani ta xejra differenti lill-funzjoni tal-Kandlora. Fis-Santwarju tal-Ħniena Divina, Naxxar, saret ċelebrazzjoni ta’ talb għas-saċerdoti u l-kappillani. Din kienet tinkludi ċelebrazzjoni ta’ l-Għasar u riflessjonijiet mill-Arċisqof Pawlu Cremona OP. Din il-festa, li fiha ġiet imfakkra il-Preżentazzjoni tal-Mulej fit-Tempju serviet biex terġa trawwem fis-saċerdot sens ta’ sagriffiċju biex joffri lill-Mulej l-ħidma tiegħu għall-qadi tal-bnedmin kollha… Kompli aqra »

47 RELIĠJUŻ U RELIĠJUŻA FOST IL-VITTMI F’ĦAITI

Haiti earthquake

Għadd ta’ reliġjużi kienu fost il-vittmi midruba tat-terremot tat-12 ta’ Jannar f’Ħaiti, liema għadd ta’ nies jirriżulta li tela’ għal madwar 170,000. Fides, l-aġenzija tal-aħbarijiet tas-Soċjetajiet Missjunarji Pontifiċji, tat pubbliċita l-aħħar rapport maħruġ mill-Konferenza tar-reliġjużi f’Ħaiti, anki meta d-dettalji mhumiex kompluti fir-rigward ta’ gruppi missjunarji differenti.

Bit-terremot li tkejjel b’qawwa ta’ 7 fuq l-iskala Richter, id-djar ta’ għadd ta’ kongregazzjonijiet reliġjużi inqerdu, minbarra li tilfu ħajjithom numru ta’ reliġjużi… Kompli aqra »

FTUĦ TAŻ-ŻJARA PASTORALI F’SANTA LUĊIJA

Is-Sibt 30 ta’ Jannar 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP, iċċelebra quddiesa f’Santa Luċija bħala ftuħ taż-żjara Pastorali tiegħu f’dan ir-raħal. Għar-residenti ta’ Santa Luċija din kienet ġurnata speċjali mhux biss, ħabba l-viżta tal-Arċisqof, iżda ukoll għax il-Parroċċa tagħhom għalqet l-40 sena minn mindu saret parroċċa. L-Arċisqof żar ukoll lill-Kummisjonijiet Pastorali varji ta’ dan ir-raħal, lit-tfal u liż-żgħazagħ li jattendu ċ-ċentri tal-Katekiżmu… Kompli aqra »

IT-TIJM TA’ FERENCVAROS IŻUR ID-DAR TAL-PROVIDENZA

Nhar it-Tlieta, 2 ta’ Frar 2010, it-team Ungeriż Ferencvaros żar il-faċilitajiet tad-Dar tal-Providenza. Il-players u l-coaches tat-tijm ħadu sehem f’bosta attivitajiet fosthom f’sezzjoni ta’ training. Il-goalkeeper tat-team nazzjonali Malti u ta’ Ferencvaros, Jusin Haber, ukoll kien presenti għall-okkażjoni.

TBERIK TAL-EWWEL ĠEBLA TAĊ-ĊENTRU PASTORALI TAL-QRENDI

Fl-okkażjoni tat-tberik tal-ewwel ġebla taċ-Ċentru pastorali, nhar il-Ħadd 31 ta’ Jannar 2010, Mons Arċisqof Pawlu Cremona iċċelebra quddiesa konċelebrata mal-kleru tal-Parrocca fejn fiha saħaq fuq il-bzonn li dan iċ-ċentru ma jibqax biss struttura bla ħajja imma jkun post miftuħ għal kulħadd u jkun mibni  fuq il-valuri tar-rispett u l-imħabba li għandu jkollna lejn kull membru tal-komunita’ parrokkjali. Wara l-Arċisqof segwa lil Qrendi Scouts flimkien man-nies tal-parroċċa lejn iċ-ċentru fi Triq iż-Zurrieq lejn bini aktar kbir minn dak li kien hemm u li hu maħsub li jkun jista’ jilħaq għanijiet aktar wiesa u b’mezzi aktar adatti għal-żmienijietna u sabiex il-ħtiegijiet varji tal-membri tal-Parroċċa tal-Qrendi isibu lokal iktar adatt, modern, sabih u akkoljenti… Kompli aqra »

IL-PAPA JĦARES ‘IL QUDDIEM LEJN IŻ-ŻJARA FIR-RENJU UNIT

Pope Benedict XVI

Il-Papa Benedittu 16 qiegħed iħares ‘il quddiem b’ottimiżmu għaż-żjara li se jagħmel fir-Renju Unit. Huwa afferma dan f’udjenza li kellu mal-Isqfijiet tal-Ingilterra u Wales li bħalissa jinsabu Ruma għaż-żjara ta’ kull ħames snin. “Anki f’dan iż-żmien ta’ sekulariżmu, huma ħafna s-sinjali ta’ fidi u devoozzjoni mgħixa mill-kattoliċi fl-Ingilterra u Wales”.

Il-Papa semma partikolarment “l-entużjażmu ġenerat mill-preżenza tar-relikwiji ta’ Santa Tereża, l-interess li qam quddiem il-prospetti għall-beatifikazzjoni tal-Kardinal Henry Newman, u l-ansjeta taż-żgħażagħ sabiex jieħdu sehem fil-pelligrinaġġi u l-Jiem Dinjija taż-Żgħażagħ… Kompli aqra »

Konkors Kanzunetta Uffiċjali Jum iż-Żgħażagħ 2010

Xejn inqas minn seba’ Christian Bands lokali se jieħdu sehem fil-ħames edizzjoni li jmiss tal-Konkors Kanzunetta Uffiċjali Jum Iż-Żgħażagħ, li ser jittella’ nhar is-Sibt 27 ta’ Frar, 2010 fit-Teatru Sależjan, tas-Sliema.  Id-dħul għal dan il-Konkors hu mingħajr ħlas, u min se jattendi żgur li se joħrog sodisfatt mill-kwalita’ ta’ mużika Live li dawn il-bands żgħażagħ se joffrulna.  Is-seba’ kanzunetti li gew imhejjija apposta mill-bands ghall-dan il-Konkors huma xhieda tal-fidi ħajja u l-entuzjazmu taż-żgħażagħ li juzaw it-talenti taghhom tal-muzika biex iwasslu messagg pozittiv.  … Kompli aqra »

IL-VATIKAN: IL-LEBBRA XORTA TEĦTIEĠ L-ATTENZJONI

Leprosy

Il-lebbra għadha mhix xi ħaġa tal-passat. Dan iddikjarah il-President tal-Kunsill Pontifiċju għall-kura tas-Saħħa waqt li appella lil kulħadd sabiex jiftakar f’dawn in-nies u juri solidarjeta magħhom f’din il-marda antika. L-Arċisqof Zygmunt Zimowski għamel dan l-appell fil-Jum iddedikat lil dawn il-morda bil-ġdiem.

L-istqarrija tal-Arċisqof , f’ismu u f’isem Presidenti ta’ Konferenzi Episkopali u Isqfijiet differenti li jaħdmu fid-dekasteru, innutat li l-lebbra “fir-realta qed tkompli tinxtered u tinfetta mijiet ta’ eluf ta’ persuni madwar id-dinja kull sena… Kompli aqra »

‘F’MALTA JIŻDIEDU T-TALLABA LI QED IFITTXU T-TIFSIRA VERA’

L-Isqof ta’ Għawdex, Monsinjur Mario Grech stqarr li f’pajjiżna qed jiżdiedu t-tallaba – mhux tallaba tal-flus, imma dawk li qegħdin ifittxu t-tifsira vera ta ħafna ħwejjeġ essenzjali li qatt ma jistgħu jkunu negozjabbli. Numru mdaqqas ta dawn it-tallaba huma z-zgħazagħ.

Fl-okkazzjoni tal-festa ta San Gwan Bosco ċelebrata fl-Oratorju Don Bosco, Victoria, l-isqof Grech li meta l-abort jibda jitla fuq l-aġenda tas-soċjeta bħala xi ħaġa ġustifikatabli, allura bir-ragun wiehed jista jitħawwad dwar x’valur ghandha l-ħajja tal-bniedem… Kompli aqra »

Korsijiet Ġodda fuq il-Bibbja

L-Għaqda Biblika Maltija qed torganizza 7 korsijiet ġodda fuq il-Bibbja bejn Frar u April 2010.  L-għan ta’ dawn il-korsijiet huwa li min jattendi għalihom ikun jista’ jaqra u jifhem il-Bibbja u l-messaġġ tagħha aħjar u b’mod tajjeb.

It-temi tal-korsijiet huma varjati ħafna biex jilħqu l-interess ta’ kulħadd.  Il-lecturers huma persuni esperti fis-suġġetti li se jgħallmu.

Il-korsijiet isiru filgħaxija bejn is-6.00 u s-7.30 p.m… Kompli aqra »