Arkivji mensili: Frar 2011

KONFERENZA GĦAŻ-ŻAGĦŻAGĦ FUQ IL-FAMILJA

Is-Sibt, 12 ta’ Frar 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ipparteċipa f’ konferenza organizzata mil-grupp ta’ żgħażagħ LINK (Qormi, San Ġorġ) u l-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ bit-tema ‘Il-Familja: Diversita’, Sforz u Sagrifiċċju’.  Din il-konferenza li saret fis-sala taċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni, Birkirkara, kienet waħda mill-attivitajiet fl-okkażjoni ta’ ĠimgħaŻwieġ.

Waqt il-konferenza ġew diskussi diversi temi marbuta mal-familja fosthom kif il-Knisja tħares lejn il-familja, kif familja b’saħħitha twassal għal soċjetà b’saħħitha u l-effett fuq it-tfal f’każ li l-ġenituri jkunu għaddejjin minn kriżi… Kompli aqra »

JUM DINJI TAL-MORDA

On Friday, 11th February 2011, Archbishop Paul Cremona O.P. celebrated Mass on the occasion of the Day of the Sick, at St. Theresa’s Church, Birkirkara.

Nhar il-Ġimgħa, 11ta’ Frar 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni ta’ Jum il-Morda, fil-Knisja ta’ S. Tereza, Birkirkara.

Click on the photo to enlarge… Kompli aqra »

UNANIMI LI D-DIVORZJU MHUX SOLUZZJONI

Bla dubju unanimi erba’ Membri Parlamentari fil-pożizzjoni tagħhom kontra d-divorzju u l-mentalità divorzista li dan iġib miegħu kemm-il darba jsir liġi fil-pajjiż. Qablu wkoll dwar id-diversi effetti negattivi li d-divorzju jista’ jkollu fuq il-pajjiż u l-familja, bħalma hu l-impatt li dan ikollu fuq l-ekonomija tal-pajjiż, u l-bidla li jġib fuq il-konċett li ż-żwieġ hu għal dejjem.

Esprimew ukoll il-fehma li d-divorzju mhux talli mhux soluzzjoni għall-problemi tal-familji mkissra, imma għall-kuntrarju, joħloq aktar problemi soċjali milli jsolvi… Kompli aqra »

INAWGURAZZJONI TAL-UFFIĊINI ĠODDA TAT-TRIBUNAL REĠJONALI TAT-TIENI ISTANZA

On Friday,11th February 2011, Archbishop Paul Cremona O.P. inaugurated and blessed the new offices of the Regional Tribunal of Second Instance, at the Archbishop’s Palace, Valletta.

During his welcome address, Mgr. Joseph Bajada, Judicial Vicar of the Regional Tribunal of Second Instance said that the transformation of these former dilapidated rooms into a warm and welcoming environment, will help those who seek assistance feel more welcome… Kompli aqra »

IL-BEATIFIKAZZJONI TA’ ĠWANNI PAWLU II: L-AKKOMODAZZJONI F’RUMA MIBJUGĦA KOLLHA

Pope Karol Wojtyla

SIT INTERNET ĠDID BI TĦEJJIJA

Bi tħejjija għall-beatifikazzjoni ta’ Ġwanni Pawlu II fl-1 ta’ Mejju li ġej, id-Djoċesi ta’ Ruma nediet sit internet ġdid iddedikat għal din l-attivita. Ioannes Paulus P.P. II, hu s-sit b’informazzjoni dwar il-beatifikazzjoni ta’ Papa Wojtyla, offruta bl-Ingliż, bl-Ispanjol, Franċiż, Pollakk, bit-Taljan u bir-Rumen.

Is-sit jippreżenta informazzjoni dwar il-ħajja ta’ Karol Wojtyla, il-ħsibijiet tiegħu u d-devozzjoni lejn Marija Omm Alla, kif ukoll dwar il-proċess sħiħ tal-kawża ta’ kanonizzazzjoni… Kompli aqra »

KARDINAL IWISSI DWAR KRIŻI BIBBLIKA

Bible

“Ir-relattiviżmu tal-Bibbja li jiċħad il-valur tal-Kelma t’Alla, jikkostitwixxi kriżi ġenwina li għall-Knisja hi kemm interna kif ukoll esterna.” Dan qalu l-Prefett tal-Kongregazzjoni tal-Isqfijiet, il-Kardinal Marc Ouellet f’indirizz fi ftuħ Kungress dwar ‘L-Iskrittura Mqaddsa fil-Knisja’. Il-Kardinal Ouellet serva f’irwol importanti fis-Sinodu tal-Isqfijiet dwar il-Kelma t’Alla fl-2008.

Il-Kungress , fi tmiemu l-Erbgħa, laqqa’ mat-800 persuna f’Madrid fi Spanja. Il-Kardinal żied li “fl-aħħar sekli, kriżi profonda heżżet il-pedamenti tal-kultura tal-Ewropa”… Kompli aqra »

KONFERENZA NAZZJONALI FL-OKKAŻJONI TA’ ĠIMGĦAŻWIEĠ

As part of the MARRIAGEWEEK activities organised this week (7th-13th February 2011), a conference on ‘The Family in Europe Today’, was organised on Monday 7th February, by ProgettImpenn at the Phoenicia Ballroom, Floriana. The main speaker at this event was Prof. Francesco Belletti, Director of the International Centre for Family Studies in Milan.

Prof. Francesco Belletti spoke about the challenges and different perspectives which today’s family faces… Kompli aqra »

IL-VATIKAN JIPPJANA DOKUMENT DWAR L-INTERNET U S-SEMINARJI

Internet

Il-Papa Benedittu XVI qal li l-internet jista’ jkun għodda ta’ valur għall-edukazzjoni kattolika u l-evanġelizzazzjoni, u l-użu propju tiegħu għandu jkun inkoraġġit fis-seminarji kif ukoll f’istituzzjonijiet oħra tal-Knisja. “L-internet, bil-kapaċita tiegħu li jilħaq u jġib f’kuntatt nies imbiegħda minn xulxin b’distanzi twal, joffri possibilitajiet kbar għall-Knisja u l-missjoni tagħha”.

F’indirizz lill-membri tal-Kongregazzjoni għall-Edukazzjoni Kattolika li qed iżommu laqgħa plenarja fil-Vatikan, il-Papa qal li l-Kongregazzjoni qed tikteb dokument intitolat “L-Internet u l-Formazzjoni fis-Seminarji”… Kompli aqra »

FTUĦ TAŻ-ŻJARA PASTORALI F’MARSASCALA

Is-Sibt, 6 ta’ Frar 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra Quddiesa f’Wied il-Għajn, fil-ftuħ taż-Żjara Pastorali f’din il-parroċċa.

Il-parroċċa ta’ Wied il-Għajn tiġbor fiha madwar 9,300 persuna f’3,500 familja.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »