Arkivji mensili: Frar 2011

ŻEWĠ KANDIDATI ĠODDA GĦAS-SAĊERDOZJU

Nhar il-Ġimgħa, 25 ta’ Frar 2011, l–Arċisqof Pawlu Cremona O.P. mexxa ċ-ċerimonja tal-Kandidatura għas-saċerdozju ta’ żewġ seminaristi, fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl, il-Belt.

Iż-żewġ kandidati huma Charlon Muscat mill-Mosta, u Reuben Vella miż-Żurrieq.

AGĦFAS HAWN biex taqra l-omelija tal-Arċisqof Pawlu Cremona O.P.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

Assemblea Ġenerali tal-KDZ għaż-Żgħażagħ

Is-Sibt 26ta’ Frar 2011, il-ħames Assemblea Ġeneral għaż-Żgħażagħ kienet organiżżata mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻ) ġewwa l-Kumpless Ħniena Divina, in-Naxxar. Mexxeja taż-żgħażagħ kienu mistiedna b’mod partikulari biex flimkien jiddiskutu l-ħtieġa ta’ formazzjoni xierqa fil-ħidma maż-żgħażagħ. It-tema magħżula “Jien.Aħna.Huma” ġibdet l-attenzjoni għall-karratteristiċi uniċi li tirrekjedi l-preparazzjoni għall-ħidma nisranija maż-żgħażagħ.

Dr Adrian Gellel u Dr Edward Wright indirizzaw l-Assemblea qabel ma l-parteċipanti setgħu jaqsmu l-ħsibijiet tagħhom fi gruppi żgħar… Kompli aqra »

SEMINAR FL-OKKAŻJONI TA’ JUM IL-LAJĊI

Il-kwalità tal-ħajja tal-Istat mhix responsabbiltà diretta tal-Knisja. Imma l-Knisja għandha r-rwol li tpoġġi alternattiva ta’ riflessjoni li ġejja mill-mod kif Alla jħares lejn ir-realtà u li fl-ilħna tal-pluraliżmu tallum, l-insara jridu jwassluha b’ħafna modi.

Dan qalu l-Arċisqof Pawlu Cremona OP, meta tkellem f’għeluq konferenza djoċesana li tlaqqet fl-okkażjoni ta’ Jum il-Lajċi Nsara, li l-Knisja f’Malta fakkritu l-Ħadd, 27 ta’ Frar 2011… Kompli aqra »

IS-SANTA SEDE BI TĦASSIB DWAR IS-SITWAZZJONI FIL-LIBJA

Waqt li permezz tal-Osservatur Permanenti tagħha fil-Ġnus Maqgħuda, is-Santa Sede esprimiet tħassib dwar is-sitwazzjoni kurrenti fil-Libja, il-Kelliemi għall-Vatikan Patri Federico Lombardi qal li l-Punent m’għandux jinterferi fil-bidliet politiċi tal-pajjiżi Għarab, imma għandu joffri l-għajnuna tiegħu. F’kummenti waqt il-programm OCTAVA DIES, id-Direttur tal-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan appella lis-semmiegħa biex ma jibżgħux mill-bidliet għaddejjin, imma fl-istess ħin jidħlu fi djalogu pożittiv man-nies ta’ dawn il-pajjiżi.

Żied li “l-vjolenza li qed issostni r-reżistenza għat-tixrid tal-moviment ta’ trasformazzjoni tas-sitwazzjoni politika fil-pajjiżi Għarab, speċjalment fil-Libja, hi sors ta’ tħassib qawwi għat-tbatija li għaddejjin minnha dawk kollha milquta… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 28 ta’ Frar

Mark 10,17-27

Kien se jaqbad it-triq, meta mar fuqu wieħed jgħaġġel, niżel għarkubbtejh quddiemu u qallu: “Mgħallem tajjeb, x’għandi nagħmel biex nikseb il-ħajja ta’ dejjem?” “Għaliex qiegħed issejjaħli ‘tajjeb’?” qallu Ġesù,”ħadd ma hu tajjeb ħlief Alla biss. Inti l-kmandamenti tafhom: la toqtolx, la tiżnix, la tisraqx, la tixhidx fil-falz, la tiħux bil-qerq dak li hu ta’ ħaddieħor; weġġaħ lil missierek u  ‘l ommok.” U dak wieġbu u qallu: “Mgħallem, jiena dan kollu ili nħarsu minn żgħożiti.” Mbagħad Ġesù xeħet fuqu ħarsa ta’ mħabba u qallu: “Ħaġa waħda tonqsok: mur bigħ li għandek, agħtih   lill-fqar, u jkollok teżor fis-sema; mbagħad ejja u imxi warajja.” Imma għal dan il-kliem ir-raġel qarras wiċċu u telaq b’qalbu sewda, għaliex kellu bosta ġid… Kompli aqra »

28 ta’ Frar – 6 ta’ Marzu

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

5.30 p.m. L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-MUSEUM tal-bniet, Fgura

6.45 p.m. L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-MUSEUM tas-subien, Fgura.

8.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġika tal-Fgura.

It-Tlieta

10.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ Fr Mario Tong, Arċipriet tal-Mosta, dwar iż-żjara pastorali li saret fil-parroċċa tiegħu.

4.00 p.m… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 27 ta’ Frar u Kelma Għall-Hajja

Click on the image below to watch the latest edition of the programme ‘Kelma ghall-Hajja’.

Agħfas hawn biex tara l-iktar edizjoni riċenti tal-programm ‘Kelma għall-Ħajja’.

6, 24-34

take care of itself. Each day has enough trouble of its own.’

Matthew 6, 24-34

“Ħadd ma jista’ jaqdi żewġ sidien; għax jew ikun jobgħod lil wieħed u jħobb lill-ieħor, jew jintrabat ma’ wieħed u jistmell lill-ieħor… Kompli aqra »

ŻGĦAŻAGĦ B’ENTUŻJAŻMU JAQBŻU BIL-BANDIERA MALTIJA GĦAL MADRID

Mijiet ta’ żgħażagħ Maltin qed iħejju biex f’Awwissu li ġej imorru Madrid għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Intant, il-bandiera Maltija waslet qabilhom.

Nhar is-Sibt li għadda, numru ta’ żgħażagħ Maltin iltaqgħu fil-Barakka ta’ Fuq biex jieħdu ritratti mal-bandiera Maltija, liema bandiera se tintbagħat lill-organizzaturi Spanjoli flimkien ma’ numru ta’ ritratti. Wieħed minnhom se jitpoġġa fuq il-paġna uffiċjali tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ fuq il-Facebook.

F’kummenti lil IL-ĠENSillum online, Mariam Degiorgio, li hija responsabbli mill-paġna Maltija tal-JDŻ fuq dan is-sit, fissret li “l-bandiera tagħti identità lil nazzjon… Kompli aqra »

LAQGĦAT DWAR IT-TISĦIĦ TAL-FAMILJA

L-Għaqda Studenti tat-Teoloġija qed torganizza serje ta’ laqgħat fuq l-importanza tal-familja fis-soċjeta’ tal-lum bit-tema ‘It-Tisħiħ tal-Familja’. L-iskop ta’ dawn il-laqgħat hu li l-studenti u l-pubbliku in ġenerali jagħraf l-importanza ta’ stili ta’ ħajja u valuri li jgħinu l-familja Maltija tikber fl-unita’ u l-imħabba. Permezz ta’ dawn il-laqgħat in-nies ser jiġu mistiedna jirriflettu fuq il-valur tal-familja filwaqt li ser jiġu ppreżentati b’għodod kif tista’ tissaħħaħ il-familja… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 26 ta’ Frar

Mark 10, 13-16

Ġibulu quddiemu xi tfal ċkejknin biex iberikhom, iżda d-dixxipli tiegħu qabdu jgħajjtu magħhom. Ġesù, meta ra hekk, inkorla u qalilhom: “Ħalluhom it-tfal żgħar jiġu għandi; iżżommuhomx, għax ta’ min hu bħalhom hija s-Saltna ta’ Alla. Tassew ngħidilkom, li min is-Saltna ta’ Alla ma jilqagħhiex bħal tifel ċkejken ma jidħolx fiha.” Mbagħad ħaddanhom miegħu u qiegħed idejh fuqhom u berikhom… Kompli aqra »