Arkivji mensili: Frar 2011

FTUĦ TAŻ-ŻJARA PASTORALI F’MARSASCALA

Is-Sibt, 6 ta’ Frar 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra Quddiesa f’Wied il-Għajn, fil-ftuħ taż-Żjara Pastorali f’din il-parroċċa.

Il-parroċċa ta’ Wied il-Għajn tiġbor fiha madwar 9,300 persuna f’3,500 familja.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

QUDDIESA TAL-FESTA TAL-KANDLORA

Nhar il-Ġimgħa, 4 ta’ Frar, 2011, l-Arċisqof  Pawlu Cremona O.P. iċċelebra Quddiesa flimkien mal-Kappillani u r-rappreżentanti tal-parroċċi fl-okkażjoni tal-festa tal-Kandlora fil-Knisja ta’ San Bastjan, Ħal Qormi.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

APPELL MILL-PAPA GĦALL-PROMOZZJONI TAL-ĦAJJA

Il-Papa Ġwanni Pawlu II qed jinkoraġixxi lil dawk li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa sabiex jibnu kultura tal-ħajja bbażata fuq valuri etiċi. Il-Papa qal dan fl-aħħar indirizz pubbliku qabel ma talab it-talba tal-Angelus fi Pjazza San Pietru l-Vatikan. Huwa rrefera għall-Jum Dinji tal-morda, iċċelebrat il-Ġimgħa, festa tal-Madonna ta’ Lourdes. Fi kliemu, “dan il-jum huwa ta’ okkażjoni opportune biex issir riflessjoni, isir talb u tiżdied il-kuxjenza lejn il-morda mill-komunita ekkleżjali u s-soċjeta ċivili”… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 7 ta’ Frar

Mark 6,53-56

Wara li qasmu għan-naħa l-oħra, waslu l-art f’Ġennesaret u rabtu d-dgħajsa max-xatt. Niżlu mid-dgħajsa, u n-nies minnufih għarfuh u marru jiġru ma’ dawk l-inħawi kollha. U bdew iġorru l-morda fuq l-imtieraħ kull fejn kienu jisimgħu li qiegħed. Kull fejn kien jidħol, fi rħula, bliet, jew kampanja, kienu jqiegħdu l-morda fil-pjazez u jitolbuh iħallihom imissu mqar tarf il-mantar; u dawk kollha li kienu jmissuh kienu jfiqu… Kompli aqra »

7 – 13 ta’ Frar

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-E.T. Ulla Gudmundson, Ambaxxatur tal-Izvezja, fir-residenza tiegħu, Attard.

6.30 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’ konferenza organizzata minn ProġettImpenn bit-tema ‘Il-Familja fl-Ewropa llum’, fil-Phoenicia Ballroom, Floriana.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof iżur il-Mother and Baby Club ta’ Marsascala, bħala parti miż-żjara pastorali f’din il-parroċċa.

9.30 a.m… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 6 ta’ Frar

Mattew 5, 13-16

“Intom il-melħ ta’ l-art. Imma jekk il-melħ jaqta’, biex jerġa’ jieħu t-togħma? Ma jibqa’ tajjeb għal xejn iżjed ħlief biex jintrema barra u jintrifes min-nies. “Intom id-dawl tad-dinja. Belt li tkun qiegħda fuq muntanja ma tistax tinħeba. Anqas ma jixegħlu l-musbieħ u jqegħduh taħt il-siegħ, iżda fuq l-imnara, u hekk idawwal lil kull min ikun fid-dar. Hekk għandu jiddi d-dawl tagħkom quddiem   il-bnedmin, biex jaraw l-għemejjel tajba tagħkom u jagħtu glorja lil Missierkom li hu fis-smewwiet… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 5 ta’ Frar

Mark 6,30-34

L-appostli reġgħu ġew ħdejn Ġesù u qalulu kull ma kienu għamlu u għallmu.  U hu qalilhom : “ Ejjew miegħi intom biss weħidkom f’xi post imwarrab, u strieħu ftit .”  Għax tassew, kien hemm ħafna nies ġejjin u sejrin, u anqas żmien biex jieklu ma kienu jħallulhom.  Marru mela bid-dgħajsa weħidhom lejn post imwarrab,  imma n-nies rawhom sejrin ; kienu ħafna dawk li għarfuhom, u telqu jiġru ‘l hemm bil-mixi, nies mill-ibliet kollha, u waslu qabilhom… Kompli aqra »

ĠIMGĦAŻWIEĠ: 7 – 13 TA’ FRAR

F’konferenza tal-aħbarijiet li saret nhar il-Ġimgħa, 4 ta’ Frar, 2011, tnieda l-programm ta’ attivitajiet fl-okkażjoni ta’ ĠimgħaŻwieġ li ser tiġi iċċelebrata bejn is-7 u t-13 ta’ Frar.

F’Malta, ĠimgħaŻwieġ bdiet fis-sena 2010. Prinċipalment kienet tikkonsisti f’ żewġ konferenzi nazzjonali, waħda fis-6 ta’ Frar u l-oħra fit-13 ta’ Frar. Fl-ewwel konferenza tkellmu l-Prim Ministru u s-Sinjura Gonzi, u l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni u s-Sinjura Muscat, dwar x’jifhmu bi żwieg b’saħħtu u x’jista’ jsir iżjed biex jissaħħaħ iż-żwieġ f’ pajjiżna… Kompli aqra »

IL-VATIKAN JIPPJANA KONFERENZA B’LINJIGWIDI DWAR IL-KURA TAL-AIDS

Il-Vatikan se jkun qed jilqa’ xjentisti internazzjonali għal konferenza dwar l-AIDS f’Mejju li ġej, okkażjoni li matulha hu maħsub li uffiċjali tal-Knisja jieħdu ċ-ċans biex jikkjarifikaw il-kummenti riċenti tal-Papa dwar l-użu tal-kondom fil-prevenzjoni mill-AIDS.

Wara l-konferenza ta’ ġurnata fit-28 ta’ Mejju, il-Vatikan jippjana li jippubblika linjigwida pastorali fi ktejjeb immirat għall-ħaddiema kattoliċi fil-qasam tas-saħħa u li jispeċjalizzaw fil-kura u l-prevenzjoni mill-AIDS.

Dan qalu is-Sottosegretarju tal-Kunsill Pontifiċju għall-Ministeru tas-Saħħa, Mons Jean-Marie Mpendawatu… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 4 ta’ Frar

Mark 6,14-29

Is-sultan Erodi sama’ bih, għax ismu kien sar magħruf, u xi wħud bdew jgħidu: “Ġwanni l-Battista qam mill-imwiet; minħabba f’hekk li s-setgħat tal-mirakli qegħdin jaħdmu fih.” Imma oħrajn bdew jgħidu: “Dan Elija.” U oħrajn: “Profeta, bħal wieħed mill-profeti  l-oħra.” Iżda Erodi, meta sama’ bih, qal: “Ġwanni l-Battista, li jien qtajtlu rasu, hu qam mill-mewt.” Għax kien Erodi stess li bagħat jarresta lil Ġwanni u qaflu fil-ħabs minħabba Erodja, mart ħuh Filippu, billi kien iżżewwiġha hu… Kompli aqra »