Arkivji mensili: Marzu 2011

VIGARJU APPOSTOLIKU FIL-LIBJA: L-ATTAKKI M’HUMA JSOLVU XEJN

Libya happenings

Skont il-Vigarju Appostoliku fi Tripli, l-attakki mill-forzi tal-koalizzjoni m’huma jsolvu xejn  u l-komunita internazzjonali tagħmel tajjeb li ddur fuq l-Unjoni Afrikana biex tinstab soluzzjoni paċifika.

L-Isqof Giovanni Martinelli qal lill-Aġenzija Fides li jinsab “fiduċjuż li l-intelliġenza tal-Afrikani issolvi l-kriżi. L-Ewropew qed jiddeludu lilhom infushom meta jaħsbu li se jsolvu xi ħaġa bl-attakki bil-bombi. Meħtieġ jitħalla spazju għal medjazzjoni mill-Unjoni Afrikana”… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 25 ta’ Marzu

Luke 1, 26-38

Mbagħad fis-sitt xahar Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belt tal-Galilija. jisimha Nazaret, għand xebba, mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David. Dix-xebba kien jisimha Marija. L-anġlu daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek.” Hi tħawwdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet qatt tfisser din it-tislima… Kompli aqra »

ASSEMBLEA PARROKKJALI SWATAR

Nhar il-Ħamis 24ta’ Marzu, 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ mal-Kummissjoni Familja tas-Swatar.Aktar tard, l-Arċisqof ippresieda l-Assemblea Parrokjali ta l-istess parroċċa.

AGĦFAS HAWN għal aktar informazzjoni dwar iż-Żjara Pastorali tal-Arċisqof fil-parroċċa tiegħek.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IŻUR IĊ-ĊENTRU KATEKETIKU TAL-BNIET TAS-SWATAR

Nhar l-Erbgħa 23 ta’ Marzu, 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. żar iċ-Ċentru Kateketiku tal-bniet  (M.U.S.E.U.M) tal-parroċċa tas-Swatar, bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu f’din il-parroċċa. Dakinhar stess, l-Arċisqof ltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija u l-Kunsill Pastorali Parrokkjali tal-istess parroċċa.

AGĦFAS HAWN għal aktar informazzjoni dwar iż-Żjara Pastorali tal-Arċisqof fil-parroċċa tiegħek.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IŻUR IĊ-ĊENTRU KATEKETIKU TAS-SUBIEN TAS-SWATAR

Nhar it-Tlieta 22 ta’ Marzu, 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. żar iċ-Ċentru Kateketiku tas-subien (M.U.S.E.U.M.) tal-parroċċa tas-Swatar, bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu f’din il-parroċċa. Aktar kmieni dakinhar, l-Arċisqof ltaqa’ mal-Kummissjoni Kateketika tas-Swatar.

AGĦFAS HAWN għal aktar informazzjoni dwar iż-Zjara Pastorali tal-Arċisqof fil-parroċċa tiegħek.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 24 ta’ Marzu

Luqa 16,19-31

“Mela kien hemm raġel għani, jilbes il-porpra u għażel mill-ifjen; l-hena tiegħu kien li kuljum jagħmel ikla mill-aħjar. U wieħed fqir jismu Lazzru, li kellu ġismu ġerħa waħda, kien imur jinxteħet ħdejn il-bieb ta’ daru, bix-xewqa li jixba’ b’dak li jaqa’ mill-mejda ta’ l-għani. Sa l-klieb kienu jmorru jilagħqu l-ġrieħi tiegħu. Ġara li l-fqir miet, u l-anġli ħaduh fi ħdan Abraham… Kompli aqra »

NOTA DUTTRINALI U PASTORALI LIS-SAĊERDOTI

L-impenn u l-imġieba fir-rigward taż–żwieġ u l-familja

Għeżież kollaboraturi tagħna,

Konxji mill-piż li qed iġġorru intom is-saċerdoti, flimkien magħna l-Isqfijiet, bħala għalliema u gwidi tad-dixxipli tal-Mulej u ta’ dawk li qegħdin ifittxu s-sewwa dwar il-ġmiel taż-żwieġ, ħassejna li għandna noffrulkom din in-nota duttrinali u pastorali.

Qegħdin ngħixu f’ċirkustanzi li, kif sejjaħnilhom fl-aħħar Ittra Pastorali tagħna, huma żmien ta’ grazzja biex permezz ta’ katekeżi u ħidma pastorali, ngħinu biex mill-ġdid tinbena kultura favur iż-żwieġ… Kompli aqra »

TAĦDITA PUBBLIKA DWAR L-EDUKAZZJONI

Xi tfisser edukazzjoni Kattolika u xi tfisser li tkun edukatur Kattoliku fid-dinja tal-lum u x’inhuma l-isfidi?  Dawn is-suggetti ser jigu ttrattati f’taħdita pubblika bit-titlu Mission Integrity:  Contemporary Challenges for Catholic School Leaders nhar il- Ħamis 24 ta’ Marzu, 2011, fil-lukanda le Meridien, San Ġiljan, minn Professor Gerald Grace mill-Universita’ ta’ Londra.  L-għada l-Ġimgha fid-9.30 ta’ filgħodu issir taħdita oħra bit-titlu Teaching to Transform: A Sacramental Consciousness minn Ms Anne Kelleher, Direttriċi tal-Catholic Schools Trust fl-Irlanda.  … Kompli aqra »

IL-PAĠNA FACEBOOK TAL-PAPA ĠWANNI PAWLU II TATTIRA IKTAR MINN 30,000 AMMIRATUR

facebook-logo

F’inqas minn ġimgħa, il-paġna tal-Facebook ta’ Ġwanni Pawlu II mtella’ apposta fl-okkażjoni tal-beatifikazzjoni tiegħu, attirat diġa mal-31,000 ammiratur. Il-fans ta’ din il-paġna, li ttellgħet minn Radju Vatikan u miċ-Ċentru Televiżiv tal-Vatikan, bi qbil mal-Kunsill Pontifiċju għall-Komunikazzjoni Soċjali, qed jiżdiedu bil-minuti.

Fi ftit jiem, il-vidjows ppubblikati fuq din il-paġna, kif ukoll fuq il-You Tube, intwerew mal-50,000 darba. Uħud kienu aċċessi mal-113,000 darba… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 23 ta’ Marzu

Mattew 20, 17-28

Huwa u tiela’ lejn Ġerusalemm, fit-triq Ġesù sejjaħ lit-Tnax weħidhom madwaru u qalilhom: “Araw, issa aħna telgħin Ġerusalemm, u Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il-qassisin il-kbar u l-kittieba; dawn jaqtgħuhielu għall-mewt, jerħuh f’idejn il-pagani biex jiddieħku bih, u jagħtuh is-swat u jsallbuh; u fit-tielet jum iqum.” Mbagħad resqet lejh omm ulied Żebedew flimkien ma’ wliedha, u nxteħtet quddiemu titolbu xi ħaġa… Kompli aqra »