Arkivji mensili: Marzu 2011

IL-PAPA: “DAR-RANDAN, ISIMGĦU LIL ALLA”

Pope Benedict XVI

Il-Papa Benedittu XVI qed jistieden lil dawk kollha li jemmnu sabiex f’daż-żmien tar-Randan isibu mument fis-skiet u jieqfu jisimgħu lil Alla fil-qalb tagħhom. Il-Papa rrifletta fuq il-laqgħa ta’ Ġesu mas-Samaritana biswit il-bir ta’ Ġakobb.

Fir-riflessjonijiet tiegħu qabel it-talba tal-Angelus fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan, il-Papa qal li “l-għejja ta’ Ġesu meta waqaf mal-bir ta’ Ġakobb fejn iltaqa’ mas-Samaritana, u li turi l-umanita vera tiegħu, tista’ tittieħed bħala preludju għall-passjoni, li permezz tagħha Ġesu  wassal fil-qofol tagħha l-missjoni tiegħu tal-fidwa tagħna”… Kompli aqra »

MESSAĠĠ GĦALL-MEMBRI TAL-KONFRATERNIJIET

27 ta’ Marzu, 2011

S. Sebastjan, Ħal-Qormi

Ħuti,

mill-ġdid nixtieq nirringrazzjakom talli ġejtu ħalli nagħmlu dan l-ġest ta’ qima, ta’ talb lil Alla l-Imbierek permezz tal-quddiesa u l-Ewkaristija. U jiena minn hawnhekk nagħmel dan il-kumment biss: imma kemm hemm minnkom li b’xi mod jew ieħor ħassew is-sejħa f’qalbhom li jagħtu iktar lil Mulej anke fi ħdan il-Knisja u allura tagħtu l-impenn, tagħtu l-ħin tagħkom biex dak li l-Knisja tagħmel bħala ċelebrazzjonijiet, ikunu isbah… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 28 ta’ Marzu

Luqa 4,24-30

Ġesù żied jgħidilhom: “Tassew, ngħidilkom, ebda profeta ma jilqgħuh tajjeb f’pajjiżu. Għax, ngħidilkom is-sewwa, kien hemm bosta romol f’Iżrael fi żmien Elija meta s-sema baqa’ tliet snin u sitt xhur magħluq u waqa’ ġuħ kbir fil-pajjiż kollu; madankollu għand ħadd minnhom ma ntbagħat Elija, imma għand waħda armla minn Sarefta ta’ Sidon. U kien hemm bosta lebbrużi f’Iżrael fi żmien il-profeta Eliżew, imma ħadd minnhom ma ġie mfejjaq ħlief Nagħman tas-Sirja.” Meta semgħu dan fis-sinagoga kulħadd imtela bil-korla; qamu, u ħarġuh ‘il barra mill-belt, ħaduh fuq xifer ta’ rdum ta’ l-għolja li fuqha kienet mibnija l-belt tagħhom, u riedu jixħtuh minn hemm fuq għal isfel… Kompli aqra »

28 ta’ Marzu – 3 ta’ April

It-Tnejn

9.25 a.m. L-Arċisqof iħalli Malta lejn il-Ġermanja biex jipparteċipa f’konferenza organizzata mill-Konferenza Episkopali Ġermaniza bit-tema ‘African Migration to Europe’.

It-Tlieta

L-Erbgħa

Il-Ħamis

Il-Ġimgħa

Is-Sibt

11.10 p.m. L-Arċisqof jasal lura Malta mill-Ġermanja.

Il-Ħadd

9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġika tal-parroċċa ta’ S. Marija, B’Kara, bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu f’din il-parroċċa… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum u Kelma Għall-Ħajja – 27 ta’ Marzu

Agħfas hawn biex tara l-iktar edizjoni riċenti tal-programm ‘Kelma għall-Ħajja’.


It-Tielet Hadd tar-Randan

John 4,5-42

Ġie f’belt tas-Samarija, jisimha Sikar, qrib il-biċċa art li Ġakobb kien ta lil ibnu Ġużeppi, fejn kien hemm ukoll il-bir ta’ Ġakobb. Kien għall-ħabta tas-sitt siegħa, u Ġesù, għajjien kif kien mill-mixi, qagħad bilqiegħda ħdejn il-bir… Kompli aqra »

BID-DIVORZJU Ż-ŻWIEĠ MA JIBQAX DEJJIEMI

L-Isqfijiet Maltin qalu li bid-divorzju, iż-żwieġ ma jibqax aktar dejjiemi. Qalu li d-divorzju jmiss u jbiddel l-istess natura taż-żwieġ. Fi kliemhom, il-liġi li ddaħħal id-divorzju hija tentattiv ghal soluzzjoni ġuridika li tfarrak il-permanenza u l-istabilità tal-istituzzjoni taż-żwieġ għax tibdillu n-natura tiegħu.

F’Nota Dottrinali u Pastorali ndirizzata lis-saċerdoti, dwar l-impenn u l-imġiba tagħhom fir-rigward taż-żwieġ u l-familja, l-Isqfijiet Maltin spjegaw id-differenza bejn id-divorzju u l-annullament, u qalu li jaqblu li tingħata protezzjoni legali lill-persuni li jkunu f’sitwazzjoni ta’ koabitazzjoni; fakkru lis-saċerdoti li l-Knisja għandha d-dmir li ddawwal il-kuxjenza tan-Nisrani; ddikjaraw li l-leġiżlatur li ma jimxix fuq fundament etiku fit-tfassil tal-liġijiet ikun qed jagħmel ħsara lill-bniedem u lis-soċjetà… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 26 ta’ Marzu

Luqa 15, 1-3.11-32

Il-pubblikani u l-midinbin kienu jersqu bi ħġarhom biex jisimgħuh. [Lq:15:2] U kemm il-Fariżej u kemm il-kittieba kienu jgemgmu u jgħidu: “Nies midinba jilqa’ għandu dan u jiekol magħhom!” U Ġesù qabad u qalilhom din il-parabbola: Qalilhom ukoll: “Kien hemm raġel li kellu żewġ ulied. Iż-żgħir qal lil missieru, ‘Missier, agħtini s-sehem li jmiss lili mill-ġid.’ U dak qassmilhom il-ġid… Kompli aqra »

BENJAMIN TONNA LECTURE 2011

On Friday 1st April, 2011, the Institute for Research on the Signs of the Times (DISCERN) is organizing the Benjamin Tonna Lecture 2011 on ‘The New Barbarians’. The guest speaker will be Professor Krzysztof Zanussi, Professor of European Film at the European Graduate School, Professor at the Silesian University (Katówice) and Film Director. This event will be held at the Phoenicia Hotel, Floriana, at 7:00 p.m… Kompli aqra »

PROGRAMM TAŻ-ŻJARA PASTORALI F’BIRKIRKARA (SANTA MARIJA)

25 ta’ Marzu – 5 ta’ April 2011

L-Erbgħa, 23 ta’ Marzu

11.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan ta’ B’Kara (S. Marija), Dun Lino Azzopardi, dwar iż-żjara pastorali tiegħu f’ din il-parroċċa.

Il-Ġimgħa, 25 ta’ Marzu

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Żgħażagħ u Adolexxenti tal-parroċċa S. Marija, B’Kara.

8.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ maż-żgħażagħ tal-parroċċa S… Kompli aqra »