Arkivji mensili: Marzu 2011

L-ARĊISQOF JILTAQA’ MAŻ-ŻGĦAŻAGĦ TAS-SWATAR

Nhar it-Tlieta 22 ta’ Marzu, 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ltaqa’ maż-żgħażagħ tas-Swatar u l-membri tal-Kummissjoni responsabbli mill-istess żgħażagħ.

AGĦFAS HAWN għal aktar informazzjoni dwar iż-Żjara Pastorali tal-Arċisqof fil-parroċċa tiegħek.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

IL-PAPA JAPPELLA LILL-MEXXEJJA BIEX JIPPROTEĠU LIĊ-ĊIVILI U JĦALLU LI TASLILHOM L-GĦAJNUNA

Libya happenings

Il-Papa Benedittu XVI għamel appell urġenti lill-mexxejja politiċi u militari sabiex jipproteġu s-sigurta taċ-ċivili u jiggarantixxu li jħallu tidħol l-għajnuna umanitarja fil-Libja. Huwa qal li fl-aħħar jiem kien preokkupat ħafna bl-aħbarijiet li waslu mil-Libja u ħassu “inkwetat u mnikket” tant li anki fl-esperjenza tal-irtir annwali tar-Randan – jew kif magħrufa, l-Eżerċizzi Spiritwali – iddedika ħafna ħin għal riflessjoni u talb b’solidarjeta spiritwali mal-poplu tal-pajjiż tal-Afrika ta’ fuq… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 22 ta’ Marzu

Matthew 23,1-12

Mbagħad Ġesù kellem lin-nies u lid- dixxipli tiegħu, u qalilhom: “Fuq il-katedra ta’ Mosè qagħdu l-kittieba u   Fariżej. Mela kull ma jgħidulkom huma agħmluh u ħarsuh, iżda tagħmlux kif jagħmlu huma, għax huma kliem biss għandhom, imma fatti xejn. Huma jorbtu qatet kbar u tqal u jgħabbuhom fuq spallejn ħaddieħor, waqt li huma stess anqas b’sebagħhom wieħed ma jridu jħarrkuhom… Kompli aqra »

ŻJARA PASTORALI FIL-PARROĊĊA TAS-SWATAR

Nhar il-Ħadd, 20 ta’ Marzu, 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ta bidu għall-viżta pastorali fil-Parroċċa ta’ San Ġorġ Preca fis-Swatar.  L-Arċisqof ġie milqugħ mill-Kappillan, Dun Gordon Refalo, u mbagħad saret ċeremonja qasira iżda simbolika li matulha l-Arċisqof ingħata merħba kbira.  Wara sar talb sabiex joħroġ ħafna ġid mill-viżta pastorali.   L-Arċisqof imbagħad spjega x’inhu l-iskop ta’ din il-vizta tiegħu fil-Parroċċi.  … Kompli aqra »

IL-KURĊIFISSI FL-ISKEJJEL FL-ITALJA – IL-VATIKAN JILQA’ D-DEĊIŻJONI TAL-QORTI EWROPEA

Crucifix in classrooms

Id-Direttur tal-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, il-Ġiżwita Federico Lombardi, qal fi stqarrija li s-Santa Sede laqgħet pożittivament id-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet Umani, li qalet li l-kurċifissi jistgħu jittellgħu fl-iskejjel pubbliċi fl-Italja.

Lombardi sejħilha direzzjoni ‘storika’, waqt li nnota l-oppożizzjoni wiesgħa għad-deċiżjoni tal-Qorti f’Novembru 2009, meta kien intqal li l-kurċifissi fl-iskejjel kienu affront għad-drittijiet umani. Flimkien mal-Italja, kienu ngħaqdu madwar għoxrin pajjiż kif ukoll għadd ta’ organizzazzjonijiet non-governattivi jappellaw għad-deċiżjoni tal-2009… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 21 ta’ Marzu

Luqa 16, 36-38

Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom. “Tiġġudikawx, u ma tkunux iġġudikati; tikkundannawx, u ma tkunux ikkundannati; aħfru, u ssibu l-maħfra; agħtu, u jingħatalkom. Kejl tajjeb, marsus, mheżheż sewwa u mburġat iqegħdulkom f’ħoġorkom; għax bl-istess kejl li tkejjlu intom jitkejjel lilkom.”

Il-Qaddisa tal-jum: Santa Enda

Kompli aqra »

KAPPILLAN ĠDID GĦALL-PARROĊĊA TA’ ĦAL-SAFI

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Ġużepp M. Farrugia bħala Kappillan tal-Parroċċa ta’ Ħal Safi.

Dun Ġużepp twieled Ħaż-Żabbar nhar id-9 ta’ Ottubru, 1942. Huwa rċieva l-edukazzjoni tiegħu fil-Kullegg ta’ De La Salle, Cottonera. Ta’ sittax-il sena daħal “Emergency Teacher” fl-iskola primarja ta’ Ħaż-Żabbar.  F’Ottubru tas-sena 1961 daħal is-Seminarju Maġġuri fejn kompla l-istudji terzjarji tiegħu fl-Universita’ ta’ Malta… Kompli aqra »

Marzu 21 – 27

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi l-laqgħa tal-Kunsill Presbiterali fil-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi ndividwalment, jiċċelebra Quddiesa u jiekol magħhom, fis-Seminarju tal-Virtu’.

It-Tlieta

12.30 p.m. L-Arċisqof imexxi laqgħa ta’ talb fil-Kappella tal-Universita’.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Kateketika tas-Swatar bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu f’din il-parroċċa.

5.45 p.m. L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-MUSEUM tas-subien, Swatar… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum u Kelma Għall-Ħajja- 20 ta’ Marzu

Agħfas hawn biex tara l-iktar edizjoni riċenti tal-programm ‘Kelma għall-Ħajja’.


It-Tieni Hadd tar-Randan

Mattew 17,1-9

Sitt ijiem wara, Ġesù ħa miegħu lil Pietru u ‘l Ġakbu u ‘l ħuh Ġwanni, tellagħhom fuq muntanja għolja weħidhom, u tbiddel quddiemhom. Wiċċu sar jiddi bħax-xemx, u lbiesu sar abjad bħad-dawl… Kompli aqra »

PROGRAMM TAŻ-ŻJARA PASTORALI FIS-SWATAR

20 – 24 ta’ Marzu, 2011

L-Erbgħa, 16 ta’ Marzu

9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan, fil-Kurja.

Il-Ħadd, 20 ta’ Marzu

9.00 a.m. L-Arċisqof iżur il-morda u l-familji.

10.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali u wara jiltaqa’ man-nies.

12.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kumitat Amministrattiv, fid-dar tal-Kappillan.

It-Tlieta, 22 ta’ Marzu

4.30 p.m… Kompli aqra »