Arkivji mensili: Marzu 2011

L-ARĊISQOF IMEXXI TALB FLIMKIEN MA’ GRUPPI FIL-MINORANZA

Nhar il-Ħamis 10ta’ Marzu, 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. mexxa laqgħa ta’ talb bħala parti mil-Ġimgħa tad-Drittijiet Umani, fil-Kappella tal-Universita’.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

IL-PAPA DWAR IS-SITWAZZJONI FIL-ĠAPPUN

Japan disaster

Il-Papa Benedittu XVI ġedded is-solidarjeta spiritwali tiegħu mal-poplu tal-Ġappun quddiem it-traġedja naturali b’terremot b’qawwa ta’ 8.9 fuq l-iskala Ricther li seħħ nhar il-Ġimgħa, u li wassal għal tsunami li ħalla ċ-ċifra ta’ mejta tiżdied, antiċipata li taqbeż l-10,000.

Il-Prim Ministru tal-pajjiż, Naoto Kan, qal fil-mezzi tal-istampa li dan id-diżastru hu l-ikber kriżi li ffaċċja l-pajjiż mit-tieni gwerra dinjija ‘l hawn… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 14 ta’ Marzu

Matthew 25, 31-46

“Meta jiġi Bin il-bniedem fil-glorja tiegħu u bl-anġli kollha miegħu, mbagħad joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu.  U quddiemu jinġabru l-ġnus kollha, u hu jifridhom minn xulxin, bħalma r-ragħaj jifred in-nagħaġ mill-mogħoż: in-nagħaġ iqegħedhom fuq il-lemin tiegħu u l-mogħoż fuq ix-xellug. Mbagħad is-Sultan jgħid lil dawk ta’ fuq il-lemin tiegħu, ‘Ejjew, mberkin minn Missieri, ħudu b’wirt tagħkom is-Saltna li tħejjiet għalikom sa  mill-ħolqien tad-dinja… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum u Kelma Għall-Ħajja – 13 ta’ Marzu

Agħfas hawn biex tara l-iktar edizjoni riċenti tal-programm ‘Kelma għall-Ħajja’.



L-Ewwel Hadd tar-Randan

Mattew 4,1-11

Mbagħad l-Ispirtu ħa lil Ġesù fid-deżert biex ix-Xitan iġarrbu. U Ġesù baqa’ sajjem għal erbgħin jum u erbgħin lejl, u   fl-aħħar ħadu l-ġuħ. U resaq it-tentatur u qallu: “Jekk inti Bin Alla, ordna li dan il-ġebel isir ħobż.” Iżda Ġesù wieġbu: “Hemm miktub, ‘Il-bniedem mhux bil-ħobż biss jgħix, Iżda b’kull kelma li toħroġ minn fomm Alla.’ Mbagħad ix-Xitan ħadu miegħu fil-Belt imqaddsa, qiegħdu fuq il-quċċata tat-tempju, u qallu: “Jekk inti Bin Alla, inxteħet għal isfel; għax hemm miktub li, ‘Lill-anġli tiegħu jordnalhom jieħdu ħsiebek,’ u li ‘Fuq idejhom jerfgħuk, Ħalli ma taħbatx riġlejk ma’ xi ġebla.’ ” Qallu Ġesù: “Hemm miktub ukoll, ‘Iġġarrabx lill-Mulej Alla tiegħek.’ ” Għal darb’oħra x-xitan ħadu miegħu fuq muntanja għolja ħafna, urieh is-saltniet kollha tad-dinja u l-glorja tagħhom, u qallu: “Dawn kollha nagħtihom lilek jekk tinxteħet tadurani.” Mbagħad qallu Ġesù: “Itlaq, Xitan! … Kompli aqra »

DJAKNU DUMNIKAN MALTI JASSISTI LILL-PAPA NHAR L-ERBGĦA TAL-IRMIED

Benedittu XVI beda r-Randan bi żjara fi knisja “Stazzjonali” nhar l-Erbgħa tal-Irmied, fil-Bażilika ta’ Santa Sabina. Il-Papa, li kien assistit mid-djaknu Dumnikan Malti Fr Reno Muscat OP minn Ħal Qormi, mexxa fl-4.30pm talb fil-knisja ta’ Sant’Anselmu, u wara mar proċessjonalment lejn Santa Sabina, fejn iċċelebra l-quddiesa fil-Bażilika.

Il-Kardinali, l-Arċisqfijiet, l-Isqifijiet, il-Patrijiet Benedittini ta’ Sant’Alsemu, il-Patrijiet Dumnikani ta’ Santa Sabina u xi fidili devoti ħadu sehem fil-proċessjoni… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 12 ta’ Marzu

Luke 5,27-32

Wara dan, Ġesù ħareġ u lemaħ wieħed pubblikan, jismu Levi, bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi, u qallu: “Ejja warajja.” Dak telaq kollox, qam u mar warajh. Mbagħad Levi għamillu laqgħa kbira f’daru stess, u kien hemm magħhom fuq il-mejda kotra kbira ta’ pubblikani u nies oħra. Il-Fariżej u l-kittieba sħabhom bdew igemgmu mad-dixxipli tiegħu, u qalulhom: “Dan l-għala tieklu u tixorbu mal-pubblikani u l-midinbin?” U Ġesù weġibhom: “Mhux dawk li huma f’saħħithom għandhom bżonn it-tabib, iżda l-morda… Kompli aqra »

Keep It Real

Iż-żghażagħ dwar il-Meżżi ġodda ta’ Kommunikazzjoni

Nhar it-Tnejn 14 ta’ Marzu, 2011, fis-19:00 ġewwa tal-Kavallier ta’ San Ġakbu.

Id-diskussjoni ingħalqet u r-riżultati lest biex joħorġu. Iż-żgħażagħ fi ħdan il-Knisja ressqu il-ħsibijiet tagħhom fuq l-aktar qawwa mportanti fis-soċjetà tagħna – il-meżżi ta’ kommunikazzjoni interattivi. Fi ftit snin biss, social networks u meżżi oħra ġodda bħal Faceboon, Twitter u You Tube ġabu bidliet soċjali fundamentali… Kompli aqra »

Marzu 14 – 20

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija ta’ Fleur de Lys bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu f’din il-parroċċa.

5.30 p.m. L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-MUSEUM tas-subien, Fleur de Lys.

7.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi forum għaż-żgħażagħ organizzat mill-KDŻ, fil-Kavallier ta’ San Ġakbu, il-Belt.

It-Tlieta

9.30 a.m… Kompli aqra »