Iż-żghażagħ dwar il-Meżżi ġodda ta’ Kommunikazzjoni

Nhar it-Tnejn 14 ta’ Marzu, 2011, fis-19:00 ġewwa tal-Kavallier ta’ San Ġakbu.

Id-diskussjoni ingħalqet u r-riżultati lest biex joħorġu. Iż-żgħażagħ fi ħdan il-Knisja ressqu il-ħsibijiet tagħhom fuq l-aktar qawwa mportanti fis-soċjetà tagħna – il-meżżi ta’ kommunikazzjoni interattivi. Fi ftit snin biss, social networks u meżżi oħra ġodda bħal Faceboon, Twitter u You Tube ġabu bidliet soċjali fundamentali.

Id-djalogu ingħata bidu f’Novembru li għadda u matul ix-xhur żviluppa f’dibattitu ħaj. Huwa pjaċir tagħna li, issa, naqsmu dak li qalu ż-żgħażagħ nsara waqt il-Forum taż-Żgħażagħ 2011.

Preżenti biex jisimgħu u jirreaġixxu se jkun hemm diversi Membri Parlamentari kif ukoll Monsinjur Arċisqof Pawl Cremona. Il-Forum taż-Żġhażagħ huwa organiżżat mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħàżagħ (KDŻ).