Arkivji mensili: April 2011

MESSAĠĠ TAL-ARĊISQOF FL-OKKAŻJONI TAL-FESTA TA’ SAN ĠUZEPP ĦADDIEM

Fl-1 ta’ Mejju ta’ din is-sena aħna nerġgħu niċċelebraw Jum il-Ħaddiem, Jum li fiha niftakru fid-dinjita’ tal-ħaddiem, tal-importanza tal-ħidma tax-xogħol fil-bini tas-soċjeta’ direttament u permezz tal-familja, u f’dawk li m’għandhomx xogħol jew dawk li l-qligħ tax-xogħol ma jgħinhomx biżżejjed biex joħorġu  mil-limiti tal-faqar.

Iżda din is-sena fl-1 ta’ Mejju il-Knisja Kattolika se tħares ukoll lejn il-Beatifikazzjoni ta’ Karol Wojtyla, il-Papa Ġwanni Pawlu II… Kompli aqra »

LECTURE MINN ABBA SERAPHIM EL SOURIANI

Nhar il-Ġimgħa 29 ta’ April, 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. attenda lecture minn Abba Seraphim El souriani, Metropolita ta’ Glastonbury, Kap tal- knisja Ortodossa fil-Gran Brittanja, tal-Knisja Kopta Ortodossa u Patrijarka ta’ Lixandra fl-Aula Magna, Valletta.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

TEMMEN … IMMA FIEX?

Immaġina li xi ħadd jistiednek ittir miegħu fuq ajruplan b’magna waħda, bi storja ta’ ħsarat spissi fil-magna. Int, pulit pulit, tiċħad l-istedina. Imma l-pilota jgħidlek: “Għax qed tibża’? M’intix qed tara li jien nirkeb fuqu bla l-iċken biża’?” Imma int tibqa’ tirrifjuta. Sakemm ftit ġimgħat wara tisma’ li dak l-imsejken pilota kkaxxja bl-ajruplan.

Miskin: kellu fidi sħiħa fl-ajruplan tiegħu, iżda għarralu!

Hi stupidaġni li tiftaħar li int ma temmen f’xejn… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 30 ta’ April

Agħfas fuq l-istampa li tidher hawn taħt biex tara l-iktar edizjoni riċenti tal-programm ‘Kelma għall-Ħajja’.

Mark 16,9-15

Wara li Ġesù qam mill-mewt fil-għodu kmieni fl-ewwel jum tal-ġimgħa Ġesù deher l-ewwel lil Marija ta’ Magdala, li minnha kien keċċa seba’ xjaten. Din marret tħabbar kollox lil sħabu, li kienu qalbhom sewda u jibku… Kompli aqra »

ĊELEBRAZZJONI TAL-GRUPP MAGNIFICAT

Nhar il-Ħamis 28 ta’ April, 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P.  ħa sehem fiċ-Ċelebrazzjoni tal-Grupp Magnificat, fil-lukanda The Palace, tas-Sliema.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

IL-BEATIFIKAZZJONI TAL-PAPA ĠWANNI PAWLU II – XHIEDA U ATTIVITAJIET

Pope John Paul II

Mijiet ta’ nies taw xhieda għal dak li sejħu l-mod kif il-Papa Ġwanni Pawlu II bidlilhom ħajjithom u l-mof kif jgħixu. Irġiel u nisa ta’ nazzjonalita differenti u t’etajiet differenti bagħtu fuq www.karol-wojtyla.org – sit internet immexxi mid-djoċesi ta’ Ruma ddedikat għall-beatifikazzjoni u l-kanonizzazzjoni ta’ Ġwanni Pawlu II.

Ilbieraħ, fuq is-sit internet li hu multin-lingwi, kienu ppubblikati iżjed minn 400 xhieda minn nies li ħassew li Ġwanni Pawlu II interċeda għalihom biex reġgħu sabu posthom fil-Knisja… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 29 ta’ April

Ġwanni 21,1-14

Wara dan, Ġesù raġa’ deher lid-dixxipli ħdejn il-baħar ta’ Tiberija. Dehrilhom hekk: Xmun Pietru, Tumas, li jgħidulu  t-Tewmi, Natanjel minn Kana tal-Galilija, ulied Żebedew u tnejn oħra mid-dixxipli tiegħu kienu flimkien, u Xmun Pietru qalilhom: “Sejjer nistad.” Qalulu: “Ħa niġu miegħek aħna wkoll.” Marru, rikbu  d-dgħajsa, u dak il-lejl ma qabdu xejn. Fil-għodu mas-sebħ, Ġesù kien qiegħed ix-xatt, imma d-dixxipli ma kinux jafu li kien Ġesù… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 28 ta’ April

Luqa 4, 35-48

Id-dixxipli wkoll tarrfulhom x’kien ġralhom fit-triq, u kif kienu għarfuh fil-qsim tal-ħobż.

Kif kienu għadhom jitkellmu, Ġesù nnifsu waqaf f’nofshom u qalilhom: “Is-sliem għalikom!” Huma twerwru bil-biża’ għax ħasbu li qegħdin jaraw xi fantażma. Iżda hu qalilhom: “Għaliex tħawwadtu? Għaliex dan it-tħassib kollu f’qalbkom? Araw idejja u riġlejja… Kompli aqra »

L-AMMISSJONI JEW L-ESKLUŻJONI TA’ AVUKATI MIT-TRIBUNAL EKKLEŻJASTIKU

Without referring to any particular case, the principles for the admission or exclusion of advocates from the Album of an Ecclesiasticcal Tribunal are taken from these documents.

The Apostolic Letter Justi Judicis (art. 6) of 1988 states that “Furthermore from the Album should be removed … those who agree with or are active in associations or movements which promote ways of thinking or acting that are contrary to the faith and the Catholic teachings about morals, or defend proposals and advice about civil order which go against the precepts of natural and christian law”… Kompli aqra »