Arkivji mensili: April 2011

18 – 24 ta’ April

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-grupp ‘Christ the King’ fis-Santwarju Ħniena Divina.

It-Tlieta

4.00 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’programm fuq Radju Marija.

7.45 p.m. L-Arċisqof jattendi ghall-Pageant tal-Passjoni ta’Ħal-Tarxien.

L-Erbgħa

11.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi r-Rit Penitenzjali tal-grupp Neokatekumenali fil-Ħamrun.

8.00 p.m… Kompli aqra »

VIA CRUCIS NAZZJONALI

Nhar l-Erbgħa 20 ta’ April, 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ser immexxi l-Via Crucis Nazzjonali li huwa organniżat minn Radju RTK flimkien mas-Segretarjat Pastorali tal-Knisja f’Malta. Dan ser issir fl-okkażjoni tal-beatifikazzjoni tal-Papa Ġwanni Pawlu II u r-rabta tiegħu ma’ Malta.

Dan ser issir mas-swar tal-Imdina, fit-8.00 p.m. Il-Via Crucis tibda minn ħdejn il-Knisja ta’ Santu Wistin fir-Rabat, tghaddi mit-toroq tal-Imdina u tintemm quddiem Kattidral… Kompli aqra »

WIRJIET MARBUTIN MAL-ĠIMGĦA MQADDSA

Balluta

L-Għaqda tal-Armar Madonna tal-Karmnu se ttella’ wirja bit-tema Kif Għamilt Jien għamlu intom ukoll fil-maħżen tal-armar, maġenb il-Knisja parrokkjali mis-Sibt 9 ta’ April. L-esebizzjoni tkun miftuħa hekk: matul il-ġimgħa mill-5pm sad-ppm; Sibtijiet u Ħdud mit-8am sas-1pm u mill-5pm sad-9pm; Ħamis ix-Xirka (21 t’April) mill-5pm sa 12am; Ġimgħa l-Kbira (22 t’ April) mid-9am sas-1pm. Dħul b’xejn.

Balzan

Il-Każin tal-Banda San Gabriel se jtella’ wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa bit-tema mill-Aħħar Ċena sal-Qawmien li tinkludi minjatura tat-triq tas-Salib bi statwi mdaqqsin tal-ġrajja tal-Passjoni, xogħol artistiku maħdum mill-ismid, għaġin u ross, sett ta’ vari żgħar eċċIl-wirja se tinfetaħ mill-Arċisqof Pawlu Cremona OP nhar it-Tlieta 12 ta’ April fis-7.30pm b’tifkira għall-mibki isqof Malti ta’ Sandhurst (fl-Awstralja) Joe A… Kompli aqra »

IL-KALENDARJU TAL-PAPA FIL-ĠIMGĦA MQADDSA

Pope in Easter Celebrations

L-Uffiċċju taċ-Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi tal-Papa ippubblikat il-kalendarji ta’ ċerimonji li se jkunu preseduti mill-Papa Benedittu XVI tul il-Ġimgħa Mqaddsa.

Il-Ħadd 17 t’April il-Papa jippresiedi ċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il-Palm li se taħbat mas-26 Jum Dinji taż-Żgħażagħ bit-tema – ‘Rooted and built up in Jesus Christ, Firm in the Faith’. Iċ-ċerimonja tibda fid-9.30am bit-tberik tal-Palm fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan. Issegwi purċissoni u quddiesa… Kompli aqra »

ŻJARA TAL-ARĊISQOF LIL-FORENSIC UNIT, MOUNT CARMEL

Il-Ħamis 7 t’April, 2011,  l-Arċisqof Pawlu Ċremona OP, żar lill-priġunieri li jinsabu fil-Forensic Unit fl-isptar Monte Carmeli. Mal-wasla tiegħu intlaqa’ mill-uffiċċjali u nfermiera li jaħdmu f’din is-sezzjoni. Iż-żjara bdiet fid-9.30am b’quddiesa li fiha l-Arċisqof ikkonċelebra flimkien ma P.Franco Fenech Franġiskan Kapuċċin li huwa l-kappillan tal-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin, u ma P.Charles Buġelli Franġiskan Kapuċċin li huwa l-kappillan tal-isptar Monte Carmeli… Kompli aqra »

Jum Iż-Żgħażagħ

F’Ħadd il-Palm, 17 ta’ April, 2011, id-djoċesijiet madwar id-dinja ser ikunu qiegħdin ifakkru Jum iż-Żgħażagħ. Hekk ukoll il-Knisja f’Malta, li ilha tiċċelebra dan il-Jum sa minn mindu kien imwaqqaf minn Papa Ġwanni Pawlu II fl-1984.

Din is-sena, iċ-ċelebrazzjonijiet qed ikunu organiżżati mill-Parroċċa ta’ San Ġwann. L-attività tibda bit-tberik tradizzjonali tal-Palm fil-Kappella ta’ Santa Margerita, 5:40pm. Iż-żgħażagħ, imbagħad, se jimxu proċessjonalment sal-Knisja Parrokkjali fejn tiġi ċċelebrata quddiesa flimkien mal-Arċisqof Pawl Cremona O.P… Kompli aqra »

LAQGĦAT TA’ TALB GĦALL-FAMILJI

Is-Segretarjat tal-Parroċċi flimkien mas-Segretarjat għal-Lajċi qed jorganizza Laqgħat ta’ Talb għall-Familji li għalihom l-insara Maltin kollha huma mistiedna jattendu sabiex ilkoll flimkien, kemm lajċi, kemm saċerdoti kif ukoll reliġjużi rġiel u nisa, jiltaqgħu f’mumenti ta’ talb għall-familji kollha ta’ pajjiżna. F’dawn il-laqgħat tintalab it-Talba tar-Rużarju tal-Familja u Adorazzjoni Ewkaristika.

L-ewwel laqgħa saret fil-Parroċċa ta’ Marsascala nhar it-Tlieta 15 t’April 2011 u oħra nhar it-Tlieta 12 t’April 2011 fil-Parroċċa ta’ San Sebastjan , Qormi saret Laqgħa ta’ Talb għall-Familji li għaliha attendew numru sabiħ ta’ nies mill-Parroċċi ta’:

Unità 4 : Attard, Iklin, Lija

Unità 5 : Dingli, Mdina, Mtarfa, Rabat

Unità 6 : Qormi San Sebastjan, Qormi San Ġorġ, Siġġiewi, Żebbuġ

Laqgħa oħra bħal din ser issir nhar it-Tlieta 19 t’April fis-7.30pm fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl il-Baħar bis-sehem tal-Parroċċi ta’:

Unità 7 : Għargħur, Mġarr, Mosta, Naxxar

Unità 8 : Burmarrad, Manikata, Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Qawra

Kompli aqra »

EŻERĊIZZI FUQ RADJU RTK

Fr Ray Francalanza, Kappillan tal-parroċċa ta’ Santu Wistin, il-Belt, se jkun jagħmel ir-Riflessjonijiet għall-Ġimgħa Mqaddsa ta’ din is-sena fuq Radju RTK.

Dawn se jsiru mit-Tnejn 18, sal-Ġimgħa, 22 ta’ April, fis-7.25pm b’ripetizzjoni fl-10.25pm.

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com Kompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-ARĊISQOF GĦALL-ĦAMSIN ANNIVERSARJU MILL-KONSAGRAZZJONI TAL-KAPPELLA FL’ISTITUT SAN ĠUŻEPP

14 ta’ April, 2011

Ħuti,

Fl-ewwel lezzjoni għandna lil Salamun li għadu kemm bena t-tempju tal-Mulej u jistagħġeb u jgħidlu, mhux bl-istess kliem tiegħu: “Mulej, imma kemm inti umli biex kapaċi tkun preżenza fit-tempju li aħna nibnulek bil-ġebla, il-ġebla umli”.

Is-Salm Responsorjali kien it-tweġiba ta’ wieħed minn dawk li mbagħad kienu jmorru t-tempju u t-tweġiba tiegħu kienet ta’ ħerqa kbira għaliex: “qalbi tixxennaq għat-tempju tiegħek, għal preżenza fit-tempju tiegħek”.  … Kompli aqra »