Arkivji mensili: April 2011

“MA NISTGĦUX NAGĦŻLU MILL-MESSAĠĠ TA’ ĠESU’…”

L-Arċisqof Pawlu Cremona OP ħeġġeġ liż-żgħażagħ biex ma jibżgħux jieħdu fuq spallejhom il-missjoni li jkunu xandara tal-messaġġ Nisrani, waqt li ħeġġiġhom biex jagħżlu lil Kristu sħiħ, u mhux bil-biċċiet.

Huwa kien qed jitkellem fil-parroċċa ta’ San Ġwann, waqt il-manifestazzjoni djoċesana li fakkret Jum iż-Żgħażagħ; rikorrenza annwali mwaqqfa mill-Papa Ġwanni Pawlu II fl-1984 u li titfakkar kull sena f’Ħadd il-Palm.

Din is-sena, Jum iż-Żgħażagħ għandu sinjifikat speċjali hekk kif huwa preludju għaċ-ċelebrazzjoni f’Madrid tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ f’Awwissu li ġej… Kompli aqra »

LAQGĦAT TA’ TALB GĦALL-FAMILJI

Is-Segretarjat tal-Parroċċi flimkien mas-Segretarjat għal-Lajċi qed jorganizza Laqgħat ta’ Talb għall-Familji li għalihom l-insara Maltin kollha huma mistiedna jattendu sabiex ilkoll flimkien, kemm lajċi, kemm saċerdoti kif ukoll reliġjużi rġiel u nisa, jiltaqgħu f’mumenti ta’ talb għall-familji kollha ta’ pajjiżna. F’dawn il-laqgħat tintalab it-Talba tar-Rużarju tal-Familja u Adorazzjoni Ewkaristika.

Il-laqgħa li tmiss ser issir nhar it-Tlieta 26 t’April fis-7.30pm fil-Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq bis-sehem tal-Parroċċi ta’ Ħal Kirkop, Mqabba, Qrendi u Ħal Safi li jiffurmaw parti mill-istess Unità 16… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 23 ta’ April

Sibt il-Għid

Mattew 28,1-10

Meta għadda s-Sibt, maż-żerniq ta’ l-ewwel jum tal-ġimgħa, Marija ta’ Magdala u Marija l-oħra marru jaraw il-qabar. U ara, nħasset theżhiża kbira għax niżel anġlu tal-Mulej mis-sema, u resaq igerbeb il-ġebla u qagħad bilqiegħda fuqha. Id-dehra tiegħu kienet bħal berqa; lbiesu abjad bħas-silġ. Bil-biża’ tiegħu   l-għassiesa qabdithom rogħda u saru qishom mejtin… Kompli aqra »

ESTIŻI L-ĦINIJIET TAL-MUŻEWIJIET TAL-VATIKAN GĦALL-BEATIFIKAZZJONI TA’ ĠWANNI PAWLU II

Pope John Paul II

Il-Mużewijiet tal-Vatikan qed jestendu l-ħiniiet tal-ftuħ matul il-ġimgħa li matulha se jkun ibbeatifikat il-Papa Ġwanni Pawlu II. Dan qaluh rapporti tas-Santa Sede.

L-uffiċċju tat-tmexxija tal-Istat tal-Vatikan ħabbar li l-Mużewijiet  tal-Vatikan se jiftħu bejn is-7pm u nofsillejl, bl-aħħar dħul ikun fl-10pm. Dan se japplika għas-26, 27, 28 u 29 ta’ April kif ukoll għat-2 ta’ Mejju 2011.

Aktar minn hekk, il-ġurnal semi-uffiċjali tal-Vatikan L’Osservatore Romano, irraporta fl-aħħar jiem li l-miżata tad-dħul se titnaqqas għal 8 ewro għall-pellegrini li fid-daħlatal-mużew jippreżentaw ittra mill-parroċċa, mid-djoċesi jew mill-kongregazzjoni reliġjuża tagħhom… Kompli aqra »

ĦAMIS IX-XIRKA

Nhar il-Ħamis, 21 ta’ April, 2011, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann l-Arċisqof Paul Cremona O.P.  ippresieda ċ-Ċelebrazzjoni tat-twaqqif tal-Ewkaristija . Wara l-Quddiesa, l-Arċisqof ittrasporta s-Sagrament lejn l-Artal tar-Repożizzjoni, fejn is-Sagrament inżamm għall-qima tal-Insara.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 22 ta’ April

Il-Ġimgħa l-Kbira

Ġwanni 18:1-19:42

Kif qal dan, Ġesù ħareġ mad-dixxipli tiegħu u qasam għan-naħa l-oħra tal-Wied ta’ Kedron; hemmhekk kien hemm ġnien, u daħal fih mad-dixxipli tiegħu. Ġuda, dak li ttradih, kien jafu l-post, għax Ġesù kien sikwit jinġabar hemm mad-dixxipli tiegħu. Ġuda ħa ġemgħa suldati u xi għases mingħand  il-qassisin il-kbar u l-Fariżej, u mar bihom hemmhekk, bil-fanali, torċi u armi… Kompli aqra »

IL-ĠURNAL L’OSSERVATORE ROMANO JNIEDI SIT INTERNET ĠDID

L'Osservatore Romano

Il-ġurnal semi-uffiċjali tal-Vatikan, L’Osservatore Romano, nhar it-Tlieta nieda sit internet ġdid, eżattament fil-ġurnata li fakkret s-6 anniversarju minn meta Benedittu XVI kien elett Papa fl-2005.

L’Osservatore Romano, aċċessibbli fuq www.osservatoreromano.va hu provdut online ukoll b’lingwi differenti, minbarra li hu stampat kuljum bit-Taljan.

Wieħed jista’ jinkiteb fl-edizzjoni ta’ kull xahar li diġa hi offruta. Ta’ kuljum, se tibqa’ tingħata b’xejn sal-aħħar t’Awwissu, biex imbagħad minn Settembru wieħed ikun jista’ jinkiteb fiha… Kompli aqra »

VIA CRUCIS NAZZJONALI FL-IMDINA

Nhar l-Erbgħa 20 ta’ April, 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. mexxa l-Via Crucis Nazzjonali li kien organniżat minn Radju RTK flimkien mas-Segretarjat Pastorali tal-Knisja f’Malta. Dan sar fl-okkażjoni tal-beatifikazzjoni tal-Papa Ġwanni Pawlu II u r-rabta tiegħu ma’ Malta.

Dan sar issir mas-swar tal-Imdina, fit-8.00 p.m. Il-Via Crucis bdiet minn ħdejn il-Knisja ta’ Santu Wistin fir-Rabat, għaddiet mit-toroq tal-Imdina u ntemmet quddiem Kattidral… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF MATUL IL-ĠIMGĦA MQADDSA


Fil-jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. se jmexxi ċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi li jsiru fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, Valletta.

Nhar Ħamis ix-Xirka fid-9.30a.m. tibda ċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa tat-Tberik taż-Żjut Imqaddsa. Flimkien ma’ l-Arċisqof, f’din iċ-ċelebrazzjoni jieħdu sehem saċerdoti djoċesani u reliġjużi. L-Arċisqof ibierek iż-Żjut Imqaddsa li jintużaw fiċ-ċelebrazzjoni tas-sagramenti tal-Griżma tal-Morda, tal-Magħmudija, tal-Konfermazzjoni u l-Ordni Sagri. Is-saċerdoti preżenti jġeddu l-wegħdiet li għamlu dakinhar tal-ordinazzjoni saċerdotali… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 21 ta’ April

Il-Ħamis ix-Xirka

Ġwanni 13,1-15

Qabel il-festa ta’ l-Għid, billi kien jaf Ġesù li waslet is-siegħa tiegħu biex jgħaddi minn din id-dinja għal għand il-Missier, hu, li kien ħabb lil tiegħu li kienu fid-dinja, ħabbhom għall-aħħar. Kienu qegħdin għall-ikel. Ix-Xitan kien ġa webbel lil Ġuda ta’ Xmun l-Iskarjota u daħħallu f’rasu li jittradih. Ġesù kien jaf li l-Missier tah kollox f’idejh, u li hu kien ġie mingħand Alla u kien sejjer għand Alla… Kompli aqra »