Arkivji mensili: April 2011

ĊELEBRAZZJONI GĦALL-FAMILJI MALTIN FL-OKKAŻJONI TA’ JUM IL-FAMILJA

Fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali ddedikat lill-Familja, li ser jiġi ċċelebrat fil-15 ta’ Mejju, il-Kummissjoni Djoċesana Familja flimkien mas-Segreterija Pastorali tal-Knisja f’Malta qed jorganizzaw attivita’ ta’ ġurnata għall-familji Maltin kollha, fil-kumpless u l-grounds tal-Malta Fairs & Conventions Centre (MFCC), Ta’ Qali.

Id-dettalji ta’ din l-attivita’ ngħataw f’konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-Kurja tal-Arċisqof, u li ġiet indirizzata mill-President tal-Kummissjoni Djoċesana Familja, Dr Rita Borg Xuereb, u mis-Sur Edmond Apap u s-Sinjura Mariosa Micallef, membri tal-kumitat organizattiv… Kompli aqra »

IL-KNISJA BL-AKBAR GĦADD TA’ DJAR TAL-ANZJANI F’MALTA

Bħalissa l-Knisja f’Malta u Għawdex għandha l-akbar għadd ta’ djar tal-anzjani. Il-Knisja f’Malta għandha 13-il dar, waqt li f’Għawdex il-Knisja tmexxi tliet djar oħra. Fost id-djar immexxija mill-Knisja hemm tnejn li mhumiex miftuħa għall-pubbliku. Dawn huma d-Dar tal-Kleru f’Birkirkara, li tilqa’ fiha lil dawk is-saċerdoti li ma jkollhomx min idur bihom, u Dar Ħanin Samaritan, li hi mmexxija mis-Soċjetà tal-MUSEUM, u li fiha jgħixu soċi tal-MUSEUM li jispiċċaw weħidhom… Kompli aqra »

IPPUBBLIKAT IL-PROGRAMM TAŻ-ŻJARA TAL-PAPA FIL-KROAZJA

Il-Vatikan ħabbar l-iskeda tal-vjaġġ appostoliku li l-Papa se jagħmel fil-Kroazja bejn ir-4 u l-5 jum ta’ Ġunju li ġej fl-okkażjoni tal-Jum Nazzjonali ddedikat lill-familji kattoliċi fil-pajjiż. Il-Papa huwa skedat jitlaq mill-ajruport ta’ Fiumicino fid-9.30am nhar l-4 ta’ Ġunju, u jasal fl-ajruport internazzjonali ta’ Żagreb fil-Kroazja fil-11am. Hemm issir iċ-ċerimonja ta’ merħba mal-wasla tiegħu.

Il-Papa jgħaddi mbagħad biex jagħmel żjara ta’ kortesija lill-President Kroat fil-Palazz Presidenzjali u wara jiltaqa’ mal-Prim Ministru tal-pajjiż fin-Nunzjatura Appostolika fis-1.50pm… Kompli aqra »

IL-VATIKAN JISTIEDEN LILL-BLOGGERS GĦAL KONFERENZA FIT-2 TA’ MEJJU

Il-Vatikan qed jorganizza konferenza fit-2 ta Mejju għall-bloggers Kattoliċi. Din il-konferenza hija sponsorjata mill-Kunsil Pontifikali għall-Kultura u l-Komunikazzjoni Soċjali.

Din il-konferenza se ssir f’Ruma, ġurnata wara l-beatifikazzjoni tal-Papa Ġwanni Pawlu II. Se jkun hemm rappreżentanti mill-Italja, Spanja, l-Ingilterra, Fanza u l-Polonja.

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 20 ta’ April

l-Erbgħa tal-Ġimgħa Mqaddsa

Matthew 26,14-25

Mbagħad wieħed mit-Tnax, jismu Ġuda l-Iskarjota, mar għand il-qassisin il-kbar u qalilhom: “Xi tridu tagħtuni u jiena nagħtikom lil Ġesù f’idejkom?” U huma tawh tletin biċċa tal-fidda bħala ħlas. Minn dak il-ħin beda jfittex okkażjoni tajba biex jagħtihom lil Ġesù f’idejhom. Fl-ewwel jum ta’ l-Ażżmi d-dixxipli resqu lejn Ġesù u qalulu: “Fejn tridna nħejjulek l-ikla ta’ l-Għid?” U hu qalilhom: “Morru l-belt għand it-tali, u għidulu, ‘Qallek l-Imgħallem: Is-siegħa tiegħi waslet; jien se nagħmel l-ikla ta’ l-Għid għandek mad-dixxipli tiegħi.’ ” Id-dixxipli għamlu kif ordnalhom Ġesù u ħejjew l-ikla ta’ l-Għid… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 19 ta’ April

It-Tlieta tal-Ġimgħa Mqaddsa

Ġwanni, 13:21-33,36-38

Wara li qal dan, Ġesù ħass ruħu jitħawwad, u stqarr bil-miftuħ: “Tassew tassew ngħidilkom li wieħed minnkom se jittradini!” Id-dixxipli qabdu jħarsu lejn xulxin, ma jafux għal min qal hekk. Wieħed mid-dixxipli tiegħu, dak li Ġesù kien iħobb, kien maġenbu fuq il-mejda, b’rasu ma’ sider Ġesù. Xmun Pietru għamillu sinjal u staqsieh: “Għal min qiegħed jgħid?” Dak, kif kien mimdud hekk fuq sider Ġesù, staqsieh: “Min hu, Mulej?” Wieġbu Ġesù: “Dak li għalih se nbill din il-loqma ħobż fil-platt u nagħtihielu.” Mbagħad bill biċċa ħobż, u qabad u taha lil Ġuda ta’ Xmun l-Iskarjota… Kompli aqra »

Jum iż-Żgħazagħ iċċelebrat f’Ħadd il-Palm

Ħadd il-Palm, 17 t’April 2011 – Jum iż-Żgħażagħ kien imfakkar mid-Djoċesi ġewwa l-Parroċċa ta’ San Ġwann. Iċ-ċelebrazzjoni kienet immexxija minn Arċisqof Pawlu Cremona O.P. li bierek il-weraq tal-Palm qabel ma ż-żgħażagħ mxew f’purċissjoni mill-kappella ta’ Santa Margerita sal-Knisja Parrokkjali Madonna ta’ Lourdes.

Il-komunità ta’ San Ġwann laqgħet liż-żgħażagħ fil-knisja fejn ġiet iċċelebrata quddiesa flimkien mal-Arċisqof. Fl-aħħar tal-quddiesa, imbagħad, tqassmu tifkiriet lil dawk miġbura… Kompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-ARĊISQOF F’ĦADD IL-PALM

17 ta’ Marzu, 2011

Ħuti,

Smajna r-rakkont li għalina l-Insara huwa ta’ valur enormi għax huwa l-qofol tal-missjoni ta’ Sidna Ġesu’ Kristu.

Tliet ħsibijiet qosra dwar xi jfisser Ħadd il-Palm biex imbagħad ikollna l-ispirtu tajjeb biex niċċelebraw dawn it-tlett  ijiem.

1.     Ġesu’ l-Iben t’Alla, kien ukoll imwiegħed bħala bin David li kien sultan. Ġesu’ kien iben mastrudaxxa… Kompli aqra »

IL-PAPA JISTAQSI JEKK ĦADD IL-PALM SARX RITWAL LI MA BAQAX ŻMIENU

Pope in Easter Celebrations

Quddiem ġemgħa ta’ eluf ta’ pellegrini ixejru l-palm fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan biex ifakkru d-dħul trijonfali ta’ Ġesu f’Ġerusalemm, il-Papa Benedittu XVI staqsa jekk is-simboliżmu tal-liturġija ta’ Ħadd il-Palm saritx xi ‘ritwal’ li ma baqax żmienu.

It-tweġiba, qal il-Papa, tista’ tinftiehem biss jekk wieħed “ikun ċar dwar dak li xtaq jagħmel u fil-fatt għamel Ġesu”. B’dan il-mod il-Papa fetaħ l-omelija waqt iċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il-Palm… Kompli aqra »