Arkivji mensili: April 2011

IL-PAPA JĦEĠĠEĠ LIL-LAJĊI SABIEX IXERRDU Ż-ŻERRIEGĦA TAL-VANĠELU FIS-SOĊJETA

Il-Papa Benedittu XVI qed jinkoraġixxi lil-lajċi kattoliċi sabiex jintensifikaw l-isforzi effettivi tagħhom sabiex b’suċċess ixerrdu ż-żerriegħa tal-Vanġelu fis-soċjeta. Huwa għamel dan l-appell f’messaġġ mibgħut mis-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Tarcisio Betomne fl-okkażjoni tat-80 anniversarju tal-Azzjoni Kattolika fl-Arġentina. Il-messaġġ intbagħat lill-Assistant Ġenerali tal-Istituzzjoni, l-Isqof Luis Collazuol. Il-messaġġ, li kien ippubblikat ukoll fuq is-sit internet tal-organizzazzjoni, esprima “radd ta’ ħajr lil Alla għal das-snin ta’ evanġelizzazzjoni intensa u ħidma sfieqa”… Kompli aqra »

LIVE-IN IS-SEMINARJU TA’ L-ARĊISQOF

Il-Grupp Missjoni u Vokazzjonijiet tas-Seminarju qed jorganiżża Live-In għal-ġuvintur ‘l fuq minn 16-il sena. Dan ser isir nhar il-Ġimgħa 8 ta’ April sas-Sibt 9 ta’ April, 2011, is-Seminarju tal-Arċisqof. Il-Live-In jibda il-Ġimgħa fil-5.30 p.m. u jispiċċa s-Sibt fid-9.30 p.m.

It-tema ta’ dan il-Live hi ‘L-Imgħallem qiegħed hawn u qiegħed isejjaħlek’ (Ġw11:28)

Min jixtieq jattendi għandu jibgħat email fuq [email protected]

Kompli aqra »

IL-PAPA: “EJJA NĦALLU LIL ĠESU JDAWWLILNA ĦAJJITNA”

Pope Benedict XVI

Il-Papa Benedittu XVI qal li jekk wieħed iħalli lil Ġesu jdawwallu ħajtu, jista’ jelemina dak kollu li jhedded il-fulfillment sħiħ fil-ġewwieni tal-bniedem. Fl-indirizz tradizzjonali tiegħu qabel ma talab it-talba tal-Angelus fi Pjazza San Pietru, Benedittu XVI irrefera għall-ferħ u s-sens ta’ ċelebrazzjoni f’nofs ir-Randan…sens ta’ ferħ għax il-festa tal-Għid il-Kbir tinsab fil-qrib.

“Jgħidilna l-Vanġelu li fih Ġesu jfejjaq ir-raġel agħma mit-twelid… Kompli aqra »

Il-mistoqsija tad-Divorzju – Jikteb l-Arċisqof

A QUESTION OF PROCEDURE OR OF VALUES

I am very much intrigued to hear the opinion that the guiding line in the stable marriage-divorce question is based on the ‘principle’ that society should be led by the ‘rights’ of minority groups, before all other considerations. But has this really been so with other issues, or have they been guided by a different procedure? … Kompli aqra »

4 – 10 ta’ April

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof iżur iċ-Ċentru tad-Duttrina f’Birkirkara (S. Marija), bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu f’din il-parroċċa.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Kateketika tal-istess parroċċa.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, Kummissjoni għall-Implimentazzjoni tas-Sinodu u l-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali.

It-Tlieta

9.30 a.m… Kompli aqra »

IL-PAPA JSEJJAĦ GĦAS-SIGURTA’, DINJITA’ U STABBILTA’ FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL

Waqt laqa li kellu ma’ grupp ta’ pellegrini mid-djoċesi Taljana ta’ Terni-Narni-Ameila, il-Papa Benedittu XVI saħaq fuq l-importanza tad-dinjità lejn ix-xogħol, il-ħidma, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-impjieg.

Din il-laqgħa saret biex tikkommemora t-30 anniversajru miż-żjara tal-Papa Ġwanni Pawlu II fil-fabbrika tal-metall f’Terni.

AGĦFAS HAWN biex tkompli taqra dan l-artiklu fuq is-sit www.il-gensillum.com Kompli aqra »

KJARIFIKA DWAR SEHEM IL-KNISJA FIS-SEMINAR TAL-FESTI

Dwar dak li ntqal fuq is-sehem tal-Awtoritajiet tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, fis-Seminar tal-Festi organizzat mis-Soċjeta Muzikali Madonna tal-Gilju tal-Imqabba, irrid jiġi ċċarat dan li ġej.

L-awtoritajiet tal-Arċidjoċesi qatt ma rċevew stedina biex jindirizzaw dan is-seminar. Monsinjur Anton Gouder irċieva invit bil-programm lest u stampat, kif irċevew numru ta’ persuni u assoċjazzjonijiet oħra.

Kulħadd jaf li l-Knisja mhux iżżomm distanza mill-Festi, anzi mexxiet eżerċizju sħiħ biex il-Festi jkunu restawrati… Kompli aqra »

RUMA LESTA GĦALL-BEATIFIKAZZJONI TA’ ĠWANNI PAWLU II

Pope John Paul II

L-organizzaturi tal-beatifikazzjoni tal-Papa Ġwanni Pawlu II qed jaffermaw li se jkun hemm spazju biżżejjed għall-pellegrini kollha li se jattendu. Mons Liberio Andreatta  tal-Opera Romana Pellegrinaggi – l-istituzzjoni tal-Vatikan li l-missjoni tagħha hi li tevanġelizza permezz tat-turiżmu pastorali u l-ministeru tal-pellegrinaġġi.

Waqt il-preżentazzjoni dwar l-attivitajiet relatati mal-beatifikazzjoni ta’ Ġwanni Pawlu II, Mons Andreatta qal li “Ruma hi lesta biex tilaqa’ lill-pellegrini li jixtiequ jattendu… Kompli aqra »

LAQGĦA GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ FUQ IŻ-ŻWIEĠ U L-FAMILJA

Il-Kummissjoni Parrokkjali Adolexxenti u Żgħażagħ tal-Parroċċa Madonna tal-Karmnu, Fgura, qed tistieden liż-żgħażagħ minn 16 -il sena ‘l fuq għal-laqgħa dwar il-valuri taż-żwieġ u l-familja. Din il-laqgha ser issir nhar it-Tlieta 5 t’ April, 2011, fiċ-Ċentru Parrokkjali tal-Fgura (taħt il-Knisja) fit-8:00pm.  Il-kelliema ser ikunu Pierre u Mirielle Cordina. Kompli aqra »