Pope John Paul II

L-organizzaturi tal-beatifikazzjoni tal-Papa Ġwanni Pawlu II qed jaffermaw li se jkun hemm spazju biżżejjed għall-pellegrini kollha li se jattendu. Mons Liberio Andreatta  tal-Opera Romana Pellegrinaggi – l-istituzzjoni tal-Vatikan li l-missjoni tagħha hi li tevanġelizza permezz tat-turiżmu pastorali u l-ministeru tal-pellegrinaġġi.

Waqt il-preżentazzjoni dwar l-attivitajiet relatati mal-beatifikazzjoni ta’ Ġwanni Pawlu II, Mons Andreatta qal li “Ruma hi lesta biex tilaqa’ lill-pellegrini li jixtiequ jattendu. Għandna postijiet biżżejjed biex nilqgħu n-nies, anki fl-ibliet tal-periferija ta’ Ruma”. Fil-kwartieri tal-Vigarjat ta’ Ruma, fil-preżenza tal-awtoritajiet ċivili, Mons Andreatta assigura lil dawk xettiċi li l-attivita mhu se twassal għall-ebda sitwazzjoni t’emerġenza”. Irrefera għad-dettalji li ngħataw diġa dwar kif se jaħdem it-trasport tal-ferroviji, fost oħrajn. Qal ukoll li ntagħżlet il-ġurnata tal-1 ta’ Mejju għall-fatt li hi ddedikata għall-Ħniena Divina.

L-ewwel: il-vġili f’Circus Maximus fit-30 t’April, preseduta mill-Kardinal Agostino Valli organizzata mid-Djoċesi ta’ Ruma. Il-Papa se jkun qed jieħu sehem b’video conferencing.

It-tieni: il-quddiesa tal-beatifikazzjoni fi Pjazza San Pietru fl-1 ta’ Mejju fl-10am, preseduta mill-Papa nnifsu.  Wara fil-Bażilika ta’ San Pietru tibqa’ tingħata l-qima lill-fdalijiet ta’ Ġwanni Pawlu II sakemm kull min ikun hemm ilesti.

It-tielet: Quddiesa ta’ radd il-ħajr fit-2 ta’ Mejju, li se tkun iċċelebrata mis-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Tarcisio Bertone.

L-organizzaturi insistew li l-ebda attivita mhu se tkun b’biljett.