Arkivji mensili: Mejju 2011

IT-TRIBUNAL EKKLEŻJASTIKU JISWA LILL-KNISJA MADWAR €500,000 FIS-SENA

Kuntrarjament għal dak li sostna l-Imħallef Emeritu Philip Sciberras ma’ The Sunday Times il-Ħadd li għadda, il-Knisja mhux talli ma tagħmilx qligħ mit-Tribunal Ekkleżjastiku, imma talli skont l-aħħar Rapport Finanzjarju u Pastorali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, dan qed jiswa lill-Knisja madwar €500,000 fis-sena.

L-Imħallef Sciberras sostna ma’ The Sunday Times li “l-kampanja tal-Knisja kontra d-divorzju hi motivata minn konsiderazzjonijiet finanzjarji għaliex tista’ titlef l-eġemonija tagħha fuq l-annullamenti taż-żwieġ”… Kompli aqra »

9 -15 ta’ Mejju

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

12.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra s-Supplika tal-Madonna ta’ Pompei fil-Knisja tal-Ġiżwiti, il-Belt.

7.00 p.m. L-Arċisqof jattendi festin fl-okkażjoni tal-anniversarju tal–elezzjoni tal-Papa Benedettu XVI, fin-Nunzjatura Apostolika, tal-Virtu’.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jindirizza l-membri tal-Provinċja Maltija (OFM) waqt li jkunu fil-Kapitlu Provinċjali f’Dar Porziuncola, Baħar iċ-Ċagħaq.

4.30 p.m… Kompli aqra »

FESTA SAN ĠORĠ PRECA

PROGRAMM TAL-FESTA TA’ SAN ĠORĠ PRECA

Il-Ħamis, 5 ta’ Mejju, 2010

Quddiesa fil-Kappella tal-Medalja Mirakuluża, Blata l-Bajda, fis-7.30 a.m.

Laqgħa ta’ talb ta’ San Ġorġ Preca, mil-10.00 – 10.30 a.m. animata mill-membri tas-Soċjeta’ tad-Duttrina Nisranija, M.U.S.E.U.M, fil-Kappella tal-Midalja Mirakuluża.

Quddiesa fil-Kappella tal-Midalja Mirakuluża, fis-6.00 p.m.

Il-Ġimgħa, 6 ta’ Mejju, 2010

Quddiesa fil-Kappella tal-Midalja Mirakuluża, fis-6.00 p.m, iċċelebrata minn Dun Frans Abdilla… Kompli aqra »

RIŻORSI GĦAL JUM IL-VOKAZZJONIJIET

L-Isqfijiet Amerikani qed jinkoraġixxu l-parteċipazzjoni fil-Jum Dinji tat-Talb għall-Vokazzjonijiet billi joffru riżorsi biex jintużaw fil-ġurnata tal-15 ta’ Mejju li matulha se ssir iċ-ċelebrazzjoni dis-sena. It-tema għat-48 Jum Dinji huwa ‘Proposing Vocations in the Local Church’ – marbuta mal-promozzjoni tal-vokazzjonijiet fil-Knisja lokali.

L-Isqfijiet ġeddew l-appell tal-Papa Benedittu XVI, li fil-messaġġ tiegħu għal dan il-Jum, qal li kull komunita nisranija , kull membru tal-Knisja, jeħtieġu jħossu r-responsabbilta għall-promozzjoni tal-vokazzjonijiet… Kompli aqra »

‘IT-TALB HU PARTI NATURALI MILL-ĦAJJA UMANA’ – IL-PAPA

Il-Papa Benedittu XVI qal li nies minn kull epoka u f’kull kultura, talbu għax in-nies dejjem irrikonoxxew li fl-univers hemm x’inhu ikbar u ‘l fuq mill-bniedem. Fil-messaġġ li ta fl-udjenza ġenerali ta’ dil-ġimgħa, il-Papa qal li “l-ħajja umana hi taħlita ta’ tajjeb u ħażin, ta’ tbatija mhux mixtieqa u ta’ ferħ u affarijiet sbieħ, li spontanjament u b’mod irreżistibbli jiddereġuna lejn Alla li jagħtina d-dawl u l-qawwa ġewwiena tiegħu” biex isalvana u jassiguralna l-ħajja wara l-mewt… Kompli aqra »

ID-DIKJARAZZJONI TA’ NULLITA` MIT-TRIBUNALI TAL-KNISJA

L-istqarrija tal-Moviment IVA li ħarġet illum dwar id-dikajarazzjoni ta’ nullita` turi konfużjoni dwar numru ta’ punti mportanti fid-differenza bejn id-divorzju u dikjarazzjoni ta’ nullita`. L-eżempji li ssemmi l-istqarrija dwar problemi li jinqalgħu wara numru ta’ snin ta’ żwieġ, jekk ma jkollhomx l-għeruq tagħhom f’sitwazzjonijiet li kienu jeżistu fil-mument tal-kunsens taż-żwieġ, ma jistgħux ikunu bażi ta’ dikjarazzjoni ta’ nullita` la mill-Qorti Ċivili u l-anqas mit-Tribunal tal-Knisja… Kompli aqra »

LAQGĦAT TA’ FORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻWIEĠ U L-FAMILJA

Fix-xahar ta’ Mejju ġewwa l-Parroċċa Madonna tal-Karmnu Fgura ser isiru tliet laqgħat ta’ formazzjoni  miftuħin għal kulħadd dwar iż-żwieġ u l-familja. Dawn il-laqgħat ser isiru ġewwa ċ-ċentru parrokkjali (taħt il-knisja) fis- 7.15 p.m.

 Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Mejju 2011

Kelliem : Dr Arthur Galea Salomone 

 It-Tnejn 9 ta’ Mejju 2011

Kelliem : Fr Brendan Gatt 

 Il-Ġimgħa 20 ta’ Mejju 2011

Kelliem : L-E.T Mons Mario Grech , Isqof ta’Għawdex

Kompli aqra »

ĊELEBRAZZJONIJIET TA’ SAN ĠUŻEPP ĦADDIEM

Nhar il-Ġimgħa 29 ta’ April, 2011, l-Arċisqof iltaqa’ mas-sagristani fil-Kurja, fl-okkażjoni taċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem. Aktar tard, l-Arċisqof iltaqa’ mal-ħaddiema ta’ Trasport Malta u ċċelebra Quddiesa fl-uffiċini tal-kumpanija, fil-Marsa.

Nhar it-Tlieta 3 ta’ Mejju, l-Arċisqof żar il-ħaddiema tal-Wasteserve u ltaqa’ mal-furnara, f’Ħal-Qormi.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

WARA L-QTIL TA’ BIN LADEN: IL-VATIKAN ISEJJAĦ GĦAL RIFLESSJONI U MHUX ĊELEBRAZZJONI

Osama Bin Laden

Wara l-aħbar tal-qtil tal-mexxej tal-Al-Qaeda Osama Bin Laden, il-moħħ wara l-attakk terroristiku tal-11 ta’ Settembru li ħalla aktar minn 3,000 persuna mejta, il-Vatikan innota ċ-ċelebrazzjonijiet li saru u sejjaħ għal riflessjoni, iktar milli ċelebrazzjoni.

Il-President Amerikan Barack Obama ħabbar nhar it-Tnejn, li tijm ta’ Amerikani eliminaw f’attakk lil Bin Laden fil-Pakistan.

Id-Direttur tal-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, il-Ġiżwita Federico Lombardi, qal fi stqarrija li “nisrani qatt ma jiċċelebra l-mewt ta’ xi ħadd”… Kompli aqra »

SERATA AKKADEMIKA ANNWALI F’ĠIEĦ SAN TUMAS T’AKWINU

L-Għaqda Studenti tat-Teologija (GĦST) qed torganizza s-Serata Akkademika Annwali tagħha f’ġieħ San Tumas t’Akwinu taħt il-patrunaġġ tal-Arċisqof Pawlu Cremoa O.P. Din ħa ssir fil-Grand Ballroom tal-Hotel Phoenicia, Floriana nhar l-Erbgħa 4 ta’ Mejju 2011 fis-7.30pm.

Il-Prof Sigrid Muller, Viċi-Dekan u għalliema tat-Teoloġija Morali fil-Fakulta’ tat-Teoloġija Kattolika fi ħdan l-Universita’ ta’ Vienna ser tagħti taħdita fuq ‘Searching for Happiness’… Kompli aqra »