Arkivji mensili: Mejju 2011

FESTA GĦALL-FAMILJA – PASS HI+HU

9.00 Quddiesa ċċelebrata mil-Arċisqof Pawlu Cremona O.P.

Il-quddiesa ser tkun animata minn grupp ta’ student reliġjużi u seminaristi.  Wara jkun hemm purċissjoni b’Ġesù Sagramentat biex jitpoġġa fil-kappella tal-adorazzjoni.  Mons Arċisqof wara jibqa’ sejjer biex itħawwel siġra b’tifkira ta’ din l-okkażjoni – il-Jum Internazzjonali tal-Familja li ser jaħbat ukoll ma’ Jum il-Vokazzjonijiet.

10.00 – 15.30 Programm varjat fl-istands differenti

Il-programm fl-istand tat-tfal jinkludi workshops, il-magician u animazzjoni mill-grupp ta’ Once Upon  a Time… Kompli aqra »

IT-TALB JURI L-GĦATX TAL-BNIEDEM GĦAL ALLA, JGĦID IL-PAPA

Il-Papa Benedittu XVI qed jappella lil dawk kollha li jemmnu biex iqattgħu iktar ħin fit-talb, li hu sejjaħ espressjoni tal-ħtieġa profonda tal-bniedem biex isib is-sens u jifhem.

“Għeżież, ejjew nitgħallmu nqattgħu iżjed ħin m’Alla fit-talb. Ejja nagħrfu li fis-skiet, kapaċi nagħrfu ‘l Alla li wera lilu nnifsu f’Ġesu Kristu; nagħrfu fil-fond ta’ qalbna l-vuċi tiegħu li ssejħilna biex infittxu l-għeruq tal-eżistenza tagħna; biex immorru lil hinn minn kull limitu u ninfetħu għal Alla u għall-imħabba infinita tiegħu”, qal il-Papa… Kompli aqra »

PREFETT ĠDID GĦALL-KONGREGAZZJONI TAL-EVANĠELIZZAZZJONI

Il-Papa Benedittu XVI ħatar lill-Arċisqof Fernando Filoni, ta’ 65 sena, bħala Prefett tal-Kongregazzjoni għall-Evanġelizzazzjoni tal-Popli. Il-Vatikan ħabbar li l-Arċisqof se jkun qed jieħu post il-Kardinal Ivan Dias, ta’ 75 sena, li rriżenja minħabba l-eta, wara li għamel ħames snin kap ta’ dan id-dekasteru li jieħu ħsieb il-ħidma missjunarja tal-Knisja.

Il-Kongergazzjoni tieħu ħsieb il-ħidma tal-Kumitat Suprem tas-Soċjetajiet Missjunarji Pontifiċji tat-tixrid tal-fidi, ta’ San Pietru l-Appostlu, fost oħrajn… Kompli aqra »

MARATONA B’RISQ ‘PUTTINU CARES’

Nhar is-Sibt 7 ta’ Mejju, 2011, l-Arċisqof iċċelebra Quddiesa waqt il-maratona għal ġbir ta’ fondi b’risq Puttinu Cares, fil-Marsa Sports Club.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

MINISTERU TAL-LETTORAT

Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Mejju, 2011, l-Arċisqof iċċelebra Quddiesa u fiha ta’ l-ministeru tal-Lettorat lil żewġ seminaristi, fil-Knisja Parrokkjali tal-Ħamrun.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

IL-JUM DINJI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ: 100 JUM ‘IL BOGĦOD

Pentekoste ġdid fuq ix-xefaq, hekk kif jifdalbiss 100jum għaċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ f’Madrid fi Spanja. Il-Kardinal Antonio Ruoco Varela appella għall-aħħar sforz fit-tħejjijiet għall-avveniment il-kbir bejn is-16 u l-21 t’Awwissu.

“Ma nqasniex milli nitħejjew u nuru disponibilita spiritwali u pastorali sabiex il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ f’Madrid mal-Papa,akkumpanjat mill-Isqfijiet u s-saċerdoti mid-djoċesijiet tad-dinja, ikun għal darb’oħra okkażjoni providenzjali għal laqgħa profonda u awtentika ma’ Kristu, is-Salvatur li jsejjaħ liż-żgħażagħ fil-Knisja sabiex ħajjithom ikollha lil Kristu fl-għeruq – verita, tama u mħabba”… Kompli aqra »

IL-BATTALJA ĦAFNA DRABI MINSIJA TAL-OMMIJIET LI JMUTU WAQT LI JWELLDU

Fl-Afrika 4.5 miljun tifel u tifla taħt l-eta ta’ 5 snin, kif ukoll mal-265,000 omm, imutu ta’ kull sena. Ħafna minn dawn l-imwiet huma relatati mat-tqala u t-twelid u huma mwiet li jistgħu jkunu evitati bl-assigurazzjoni ta’ kura bażika tas-saħħa.  Skont rapport tal-organizzazzjoni non-governattiva SAVE THE CHILDREN, dwar l-istat tal-ommijiet fid-dinja, 48 miljun mara kull sena jagħtu twelid mingħajr assistenza professjonali u mingħajr ma jkunu sarulhom ebda laqgħat ta’ konsulta waqt it-tqala tagħhom… Kompli aqra »

A STRONG MARRIAGE

Nhar il-Erbgħa 11 ta’ Mejju, 2011, il-Moviment Kana qiegħed jorganizza sessjoni ta’ informazzjoni dwar id-Divorzju li ser issir l-Istitut Kattoliku, Floriana fis-7.00 p.m. Dawk preżenti ser jiġu ndirizzati minn Dr. Robert Tufigno li ser jiffoka fuq l-aspett legali u Dr. Mario Pace li ser jindirizza xi mistoqsijiet mistoqsi frekwentament dwar is-suġġett. Kompli aqra »