Arkivji mensili: Mejju 2011

LAQGĦAT TA’ TALB GĦALL-FAMILJI

Nhar it-Tlieta 10 ta’ Mejju, 2011,  saret laqgħa oħra ta’ Talb għall-Familji fis-Santwarju ta’ Santa Teresa, B’Kara bis-sehem tal-Parroċċi  li jiffurmaw parti minn Unità 2, 3 u 4.  Numru sabieħ ta’ nies attendew fosthom sorijiet u patrijiet mid-diversi kommunitajiet, kappillani u lajċi.

Dawn il-laqgħat qed jiġu organiżati mis-Segretarjat tal-Parroċċi flimkien mas-Segretarjat tal-Lajċi li għalihom l-insara Maltin kollha huma mistiedna jattendu sabiex ilkoll flimkien, kemm lajċi, kemm saċerdoti kif ukoll reliġjużi rġiel u nisa, jiltaqgħu f’mumenti ta’ talb għall-familji kollha ta’ pajjiżna.  … Kompli aqra »

KONFERENZA TIFFOKA FUQ IT-TAGĦLIM SOĊJALITAL-KNISJA

Konferenza sponsorjata mill-Kunsill Pontifiċju għall-Ġustizzja u l-Paċi qed tirrifletti fuq it-tagħlim soċjali tal-Knisja, speċjalment fil-kuntest tal-inġustizzji u l-globalizzazzjoni tad-dinja tal-lum. Fir-rigward tar-riżultati mistennija mill-Kungress, l-Isqof Mario Toso, segretarju tad-dekasteru, spjega li “nisperaw li jkun hemm kuxjenza ġdida dwar l-importanza tal-mobilizzazzjoni tal-komunitajiet ekkleżjali u assoċjazzjonijiet lajċi varji fir-rigward tal-problemi dinjija”.

Il-Kungress Internazzjonalita’ tliet ijiem bit-tema “Ġustizzja u Globalizzazzjoni: Minn ‘Mater et Magistra’ għal ‘Caritas in Veritate’” qed isir f’Ruma… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 16 ta’ Mejju

Gwann 10,11-18

Jiena r-ragħaj  it-tajjeb. Ir-ragħaj it-tajjeb jagħti ħajtu għan-nagħaġ tiegħu. Il-mikri, li m’huwiex ir-ragħaj, u li n-nagħaġ m’humiex tiegħu, jara  l-lupu ġej, u jħalli n-nagħaġ u jaħrab; u l-lupu jaħtafhom u jxerridhom. Mikri hu, u ma jħabbilx rasu min-nagħaġ. Jiena r-ragħaj it-tajjeb; jiena nagħraf in-nagħaġ tiegħi, u n-nagħaġ tiegħi jagħrfu lili, bħalma l-Missier jagħraf lili u jiena nagħraf lill-Missier; u għan-nagħaġ tiegħi nagħti ħajti… Kompli aqra »

PROFESSUR KEVIN AVRUCH LECTURE 2011


Religion, Conflict and Violence in Contemporary and Historical Perspective

Professor Kevin Avruch

On Monday 16th May, 2011, the Institute for Research on the Signs of the Times (DISCERN) is organizing a Public Lecture on ‘Religion, Conflict and Violence in Contemporary and Historical Perspective’. The guest speaker will be Professor Kevin Avruch, The Henry Hart Rice Conflict Resolution Institute for Conflict Analysis and Resolution George Mason University… Kompli aqra »

PASS HI+HU ĊELEBRAZZJONI TAL-FAMILJA

On the occasion of the International Day dedicated to the Family, which was celebrated on May 15th, 2011, the Diocesan Commission for the Family together with the Pastoral Secretariat of the Church in Malta organized a day long activity for all Maltese families, at the grounds and complex of the Malta Fairs & Conventions Centre (MFCC), Ta’ Qali.

The activity organised this year was given the name ‘Pass hi + hu’, with reference to the traditional game of Hopscotch (Passju)… Kompli aqra »

16 – 22 Mejju

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa mas-seminaristi ndividwalment, jiċċelebra Quddiesa u jibqa’ magħhom għall-ikel.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali, fil-Kurja.

L-Erbgħa

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ numru ta’ żgħażagħ li qegħdin fi żmien ta’ riflessjoni dwar il-vokazzjoni saċerdotali tagħhom, fis-Seminarju,  tal-Virtu’… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum u Kelma Għall-Ħajja – 15 ta’ Mejju

Agħfas fuq l-istampa li tidher hawn taħt biex tara l-iktar edizjoni riċenti tal-programm ‘Kelma għall-Ħajja’.


Gwann 10,1-10

“Tassew tassew ngħidilkom, min ma jidħolx fil-maqjel tan-nagħaġ mill-bieb imma jaqbeż ġewwa minn naħa oħra, dak hu ħalliel u brigant. Imma min jidħol mill-bieb hu r-ragħaj  tan-nagħaġ… Kompli aqra »

IL-KNISJA TGĦALLEM DWAR IL-FAMILJA ANKI JEKK TBATI

Il-Knisja se tkompli twassal messaġġ favur żwieġ stabbli u għalhekk anki kontra d-divorzju u tħeġġeġ lill-Insara jinvolvu ruħhom b’mod attiv fil-ħajja soċjali u politika, u dan minkejja li jkollha tbati minħabba f’hekk.

Din kienet, f’sinteżi, it-tema ta’ messaġġ li ta’ l-Arċisqof Pawl Cremona OP waqt laqgħa maċ-chairperson u r-rappreżentanti tal-Moviment Żwieġ Bla Divorzju, fir-residenża tiegħu Ħ’Attard.

Fil-messaġġ tiegħu l-Arċisqof saħaq li li l-Knisja f’Malta, l-istess kif għamlet f’pajjiżi oħra, trid tkompli twassal it-tagħlim kollu ta’ Kristu dwar iż-żwieġ stabbli u fl-istess ħin tkompli ddawwal lil dawk li jemmnu fih biex iwettquh… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 14 ta’ Mejju

Gwanni 15,9-17

Kif ħabbni Missieri, hekk ħabbejtkom jiena. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi. Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fi mħabbti, kif jiena ħarist il-kmandamenti ta’ Missieri u qiegħed f’imħabbtu. “Għedtilkom dan biex il-ferħ tiegħi jkun fikom, u biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ. Dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien. Ħadd ma għandu mħabba akbar minn din: li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu… Kompli aqra »