Arkivji mensili: Mejju 2011

FL-INGILTERRA T-TKISSIR TAL-FAMILJA LAĦAQ L-GĦOLA LIVELLI

Minkejja li d-divorzju ilu s-snin legali fl-Ingilterra, l-għadd tal-koppji li jiddeċiedu li jgħixu flimkien mingħajr ma jiżżewġu qiegħed dejjem jiżdied. Flimkien mal-għadd dejjem jikber ta’ trabi li jitwieldu barra ż-żwieġ, li llum ilaħħqu għal madwar 45 fil-mija, il-koabitazzjoni llum qed titqies bħala fattur importanti li qed iwassal għal aktar faqar soċjo-ekonomiku fil-pajjiż.

Dawn il-fatti joħorġu minn studju dwar l-istorja tal-famlija bl-isem ta’ ‘History and Family: setting the records straight… Kompli aqra »

FTUĦ TAĊ-ĊENTRU ‘FAMILJA MQADDSA’ F’ĦAD-DINGLI

Nhar il-Ħadd 1 ta’ Mejju, 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. inawgura Ċentru Parrokkjali ġdid f’Ħad-Dingli.  Iċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni taċ-ċentru li ġie ddedikat lill-Familja Mqaddsa saret fi tmiem Quddiesa ta’ radd il-ħajr lil Alla ċċelebrata fil-beraħ quddiem l-istess binja.

Dan iċ-Ċentru Parrokkjali għandu jgħin lill-parroċċa ta’ Ħad-Dingli taħdem f’ambjent aktar modern u spazjuz li jagħti ċ-ċans lill-għaqdiet tagħha jkunu ta’ servizz akbar għall-komunita’ kollha residenti fi ħdanha.  … Kompli aqra »

MEXXEJJA TAL-KNISJA JINGĦAQDU FI PROTESTI BIEX JITWAQQAF IMPJANT NUKLEARI INDJAN

Mexxejja tal-Knisja f’Maharashtra ingħaqdu bil-vuċi tagħhom ma’ movement li qed jopponi diversi proġetti nukleari proposti f’dan l-Istat, inkluż dak li hu maħsub li jkun l-ikbar impjant nukleari fid-dinja.

L-Isqof Alwyn Barreto ta’ Sindhudurg, qal lill-aġenzija tal-aħbarijiet UCA News, li “ma rridux li fl-Indja jseħħ diżastru nukleari bħal Chernobyl jew kriżi bħal ta’ Fukushima”. Hu qal li ċ-ċentru djoċesan għall-azzjoni soċjali organizza laqgħat maħsuba biex jedukaw nies  dwar il-konsegwenzi ta’ inċident nukleari fuq ir-reġjun tal-punent tal-kosta… Kompli aqra »

IL-PAPA ĠWANNI PAWLU II IDDIKJARAT BEATU

Beatification of Pope John Paul II

Il-Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni dalgħodu ġie dikjarat beatu waqt ċerimonja f’quddiesa solenni immexxija mis-suċċessur tiegħu, il-Papa Benedettu Sittax fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan. Din kienet l-ewwel darba fl-aħħar għaxar sekli li l-Papa tal-Knisja Kattolika iddikjara beatu lill-predeċessur tiegħu.

Biex jassistu għal din iċ-ċelebrazzjoni kien hemm madwar miljun pellegrin miġbura fi Pjazza San Pietru flimkien ma’ 90 delegazzjoni uffiċjali minn kull rokna tad-dinja, fosthom membri ta’ ħames familji Rjali Ewropej u 16 –il Kap ta’ stat… Kompli aqra »

LAQGĦAT TA’ TALB GĦALL-FAMILJI

Nhar it-Tlieta 26 t’April saret laqgħa oħra ta’ Talb għall-Familji.  Din saret fil-Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq bis-sehem tal-Parroċċi ta’ Ħal Kirkop, Mqabba, Qrendi u Ħal Safi li jiffurmaw parti mill-istess Unità 16.

Dawn il-laqgħat qed jiġu organizzati mis-Segretarjat tal-Parroċċi flimkien mas-Segretarjat tal-Lajċi li għalihom l-insara Maltin kollha huma mistiedna jattendu sabiex ilkoll flimkien, kemm lajċi, kemm saċerdoti kif ukoll reliġjużi rġiel u nisa, jiltaqgħu f’mumenti ta’ talb għall-familji kollha ta’ pajjiżna.  … Kompli aqra »

2 – 8 TA’ Mejju

Monday

9.15 a.m. The Archbishop presides over a Curia senior staff meeting.

Tuesday

9.00 a.m. As part of the celebrations of the Feast of St. Joseph the Worker, the Archbishop visits Wasteserve workers and then visits bakers in Qormi.

4.00 p.m. The Archbishop participates in a ‘live’ programme on Radju RTK.

Wednesday

8.30 a.m… Kompli aqra »