Arkivji mensili: Ġunju 2011

TIFTAĦ IR-REĠISTRAZZJONI GĦALL-KUNGRESS EWKARISTIKU INTERNAZZJONALI TAL-2012

Fetħet uffiċjalment ir-reġistrazzjoni għall-50 Kungress Ewkaristiku Internazzjonali tal-2012.L-organizzaturi jittamaw li l-attivita twassal għal qawmien tal-Knisja fl-Irlanda. Delegati minn madwar 70 pajjiż iltaqgħu fl-ewwel tliet ijiem ta’ dax-xahar biex jinstemgħu l-pjani għall-attivitajiet li l-Arċisqof Diarmuid Martin iddeskriva bħala “element vitali fl-aġenda ta’ riforma tal-Knisja fl-Irlanda”.

Parteċipanti fil-Kungress li se jsir bejn l-10 u s-17 ta’ Ġunju 2012 se jkunu qed jisimgħu u jaqsmu riflessjonijiet, katekeżi u jieħdu sehem ukoll fi gruppi ta’ ħidma, li se jkunu koordinati minn Isqfijiet u Teoloġi… Kompli aqra »

IL-KNISJA GĦANDHA SSIB MEZZI IKTAR EFFETTIVI BIEX TEVANĠELIZZA

Evangelisation

Il-Papa Bendittu XVI qal li “l-Evanġelizzazzjoni ġdida tfisser li wieħed ifittex l-iktar mezzi effettivi biex jitwassal il-messaġġ tal-vanġelu lid-dinja li llum hija aktar distratta jew wisq għamja biex taqra dak li hu divin”. Fi kliemu, l-kriżi spiritwali hi karatterizzata b’nies li jeskludu lil Alla minn ħajjithom, “b’indifferenza ġeneralizzata” lejn il-Kristjaneżmu, fejn il-fidi hi mbuttata mill-isfera pubblika għal dik privata. Il-Knisja, kompla, trid issib mezzi biex tkun iżjed effettiva fil-proklamazzjoni tal-messaġġ tas-salvazzjoni… Kompli aqra »

KONFERENZA TAL-VATIKAN DWAR L-AIDS TIFFOKA FUQ IL-ĦTIEĠA TA’ BIDLA FL-IMĠIEBA SESSWALI

Taħdita wara l-oħra fil-konferenza tal-Vatikan dwar l-AIDS urew li l-użu tal-kondoms fil-prevenzjoni tal-AIDS tibqa’ kwistjoni sensittiva kemm għal uffiċjali tal-Knisja kif ukoll għal esperti tas-saħħa fix-xena internazzjonali.

Michel Sidibe, direttur eżekuttiv tal-UNAIDS, qal lill-parteċipanti tal-konferenza li kien pożittiv li fil-ktieb riċenti tiegħu “Light of the World” il-Papa Benedittu XVI argumenta li l-użu tal-kondom fil-prevenzjoni ta’ infezzjoni jista’ jkun l-ewwel pass lejn responsabbilta morali… Kompli aqra »