Arkivji mensili: Ġunju 2011

FILM DWAR GWANNI PAWLU II F’MALTA

Ilbieraħ ġie muri għall-ewwel darba f’Malta l-film dwar il-Papa Ġwanni Pawlu II “John Paul II, I kept looking for you…”. Dan wara li t-Teatru tal-Opra Aurora (Soċjetà Filarmonika Leone) akkwista d-drittijiet għal dan il-film internazzjonali.

Il-produzzjoni Pollakka, li ġiet deskritta mill-kelliemi għall-istess teatru, Matthew Sultana, bħala waħda li “tagħti ħarsa lejn il-personalità u l-ministeru ta’ dan il-Papa rivoluzzjonarju tas-seklu 20”, ġiet murija għall-ewwel darba fl-istess teatru fir-Rabat, Għawdex, waqt gala premiere… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 18ta’ Gunju

Matthew 6, 24-34

“Ħadd ma jista’ jaqdi żewġ sidien; għax jew ikun jobgħod lil wieħed u jħobb lill-ieħor, jew jintrabat ma’ wieħed u jistmell lill-ieħor. Ma tistgħux taqdu lil Alla u lill-flus. “Għalhekk ngħidilkom: tinkwetawx ruħkom għal ħajjitkom, x’se tieklu jew x’tixorbu, anqas għal ġisimkom x’se tilbsu… Kompli aqra »

L-ISQFIJIET FL-EWROPA JIFFUKAW FUQ L-EVANĠELIZZAZZJONI L-ĠDIDA

CCEE

Il-Kunsill tal-Konferenzi Episkopali tal-Ewropa, is-CCEE, qed idawwar ħarstu lejn l-evanġelizzazzjoni l-ġdida, b’żewġ laqgħat skedati fuq is-suġġett matul dan ix-xahar. Bdiet diġa laqgħa tas-Segretarji Ġenerali u sa tmiem il-ġimgħa ssegwi laqgħa tal-Uffiċjali tal-Komunikazzjoni li se tħares lejn l-evanġelizzazzjoni l-ġdida fil-kontinent Ewropew.

Stqarrija tal-Kunsill tal-Konferenzi Epsikopali Ewropej innotat li dinhi l-ewwel darba li s-Segretarji Ġenerali ul-Uffiċjali tal-Komunikazzjoni tlaqqgħu flimkien biex jiddiksutu l-kwistjoni tal-komunikazzjoni tal-Knisja… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IŻUR L-ISPTAR SIR PAUL BOFFA

Nhar il-Ħamis 16 ta’ Ġunju, 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. waqt żjara lill-pazjenti li qed jingħataw il-kura fl-Isptar Boffa u anke lill-istaff mediku, ħeġġeġ lil morda biex qatt ma jaqtgħu qalbhom fil-mument ta’ għawġ u jħossuhom waħedhom. Fakkarhom li minkejja x-xjenza u l-mediċina għamlu passi ta’ ġgant, l-ispiritwalità tagħti sens lit-tbatija tal-bniedem.

Waqt iż-żjara, l-Arċisqof kien akkumpanjat mill-Ministru tas-Saħħa, Dr… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 17 ta’ Gunju

Mattew 6, 19-23

“Tgeddsux għalikom teżori f’din id-dinja, fejn kollox jitmermer bil-kamla u s-sadid, u fejn il-ħallelin jinfdu u jisirqu. Iżda ġemmgħu għalikom teżori fis-sema, fejn xejn ma jitmermer u la bil-kamla u lanqas bis-sadid, u fejn ma hemmx ħallelin jinfdu u jisirqu. Għax fejn hemm it-teżor tiegħek, hemm tinsab qalbek ukoll… Kompli aqra »

APPELL BIEX IL-KOPPJI JITOLBU FLIMKIEN

A praying couple

Il-Papa Benedittu XVI qal li ħafna koppji jaslu għall-ġurnata taż-żwieġ tagħhom mingħajr ma qatt ikunu talbu flimkien. F’dan id-dawl huwa appellalhom jingħaqdu flimkien fit-talb sabiex l-imħabba tagħhom tkun iżjed awtentika u dejjiema.

Din l-istedina tal-Kap tal-Knisja saret waqt l-udjenza ġenerali ta’ dil-ġimgħa, meta huwa sellem liż-żgħażagħ, lill-morda u lil dawk li għadhom kemm ingħaqdu fis-Sagrament taż-Żwieġ.

Lil dawn tal-aħħar qalilhom li “hi xewqa sinċiera tiegħi li intom titgħallmu titolbu flimkien,sabiex l-imħabba tagħkom tkun ta’ veru u għal dejjem”… Kompli aqra »

‘OĦLOQ TBISSIMA’ REĠGĦET MAGĦNA

Id-disa’ edizzjoni tal-maratona “Oħloq Tbissima” din is-sena se tkun organizzata bejn it-8 u l-10 ta’ Lulju 2011. “Oħloq Tbissima”  għandha l-għan uniku li tqajjem kuxjenza missjunarja u tiġbor fondi b’risq il-ħidma li s-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP) għandha fil-Perù, fil-Pakistan, fil-Filippini u anki hawn Malta fid-Dar ta’ San Ġużepp f’Santa Venera.

Kelliem għall-MSSP qal lil IL-ĠENSillum online li fil-Perù, is-saċerdoti missjunarji jieħdu ħsieb diversi parroċċi, fejn minbarra x-xogħol pastorali u spiritwali, huma jagħtu għajnuniet bażiċi bħal ikel u ħwejjeġ… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 16 ta’ Gunju

Mattew 6, 7-15

Intom u titolbu toqogħdux tlabalbu bħall-pagani; dawn mingħalihom li, iktar ma jgħidu, iktar jinstemgħu. Tkunux bħalhom, għax Missierkom jaf x’teħtieġu, qabel ma titolbuh intom. Mela itolbu hekk:n’Missierna, li inti  fis-smewwiet, jitqaddes ismek, tiġi saltnatek,  ikun li trid int, kif fis-sema, hekkda fl-art. Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum… Kompli aqra »

IS-SANTA SEDE TINDIRIZZA L-PROBLEMA TAL-QGĦAD

Employment

Skont is-Santa Sede, il-kwistjoni globali tal-qgħad hi indikazzjoni tal-problema strutturali li kienet identifikata ħafna qabel faqqgħet il-kriżi finanzjarja dinjija. Il-konsegwenza tagħha intqal li hu xenarju li “kulħadd għandu jevita”.

Ir-rappreżentant permanenti tas-Santa Sede fl-Uffiċċji tal-Ġnus Maqgħuda f’Ġinevra, l-Arċisqof SilvanoTomasi, għamel din l-osservazzjoni waqt il-mitt sessjoni tal-Konferenza Internazzjonali tax-Xogħol.

L-Arċisqof innota kif “f’ħafna każijiet, Gvernijiet sovrana ma kienux kapaċi jsibu formula ta’ tkabbir ekonomiku li jirrestewra l-impjiegi u jassigura opportunitajiet ġodda ta’ xogħol għall-miljuni ta’ nies li qed ifittxu impjieg.Għaldaqstant ir-rati tal-qgħad jibqgħu għoljin u ma juru l-ebda sinjal ta’ rkupru fi żmien qasir…ebda prospett tajjeb għall-ġejjieni”… Kompli aqra »