Arkivji mensili: Ġunju 2011

Il-Vanġelu tal-Jum – 15 ta’ Gunju

Matthew 6, 1-6,16-18

“Qisu li l-għemil tajjeb tagħkom ma tagħmluhx għal wiċċ in-nies biex tidhru quddiemhom, għax inkella ma jkollkomx ħlas mingħand Missierkom li hu fis-smewwiet.

“Mela meta tagħmel karità, tmurx iddoqq it-trombi quddiemek, kif jagħmlu dawk ta’ wiċċ b’ieħor fis-sinagogi u fit-triqat, biex in-nies tfaħħarhom. Tassew, ngħidilkom, li l-ħlas tagħhom ġa ħaduh… Kompli aqra »

‘NEĦTIEĠU NOPPONU D-DISINTEGRAZZJONI FID-DINJA GĦARBIJA’

Violence and more attacks

Hekk kif is-sitwazzjoni fis-Sirja qed tkompli tkaxkar, hu ferm possibbli li kulma jmur jonqos in-numru ta’ nies li jittamaw fid-djalogu. Sadattant, il-Vatikan ikompli jappella għad-djalogu għax jemmen li huwa soluzzjoni għall-kunflitt. Id-Direttur għall-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, il-Ġiżwita Federico Lombardi, dawwar ħarstu lejn is-Sirja waqt edizzjoni riċenti fuq il-programm televiżiv tal-Vatikan Octava Dies.

Dan isegwi dak li l-Papa ilu jitkellem dwaru tul il-kunflitt li ilu għaddej ix-xhur… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 14 ta’ Gunju

Matthew 5,43-48

“Smajtu x’intqal, ‘Ħobb lil għajrek, u obgħod lill-għadu tiegħek. ‘Imma jiena ngħidilkom: Ħobbu lill-għedewwa tagħkom, u itolbu għal dawk li jippersegwitawkom, biex tkunu wlied Missierkom li hu fis-smewwiet; għax hu jtalla’ x-xemx tiegħu sew fuq  il-ħżiena u sew fuq it-tajbin, u jniżżel ix-xita sew fuq min hu tajjeb u sew fuq min m’huwiex… Kompli aqra »

Check – In

Lulju 2 -3, 2011: iż-żgħażagħ jagħtu bidu differenti għas-Sajf permezz ta’ “Check-in”, ġewwa San Ġiljan. Mijiet ta’ żgħażagħ ser ikunu impenjati f’ħidma volontarja matul is-Sajf, kemm f’Malta kif ukoll barra. Oħrajn se jieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet internazzjonali tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ f’Madrid. Għalkemm kull esperjenza minn dawn hija unika, kollha kemm huma iqanqlu espressjonijiet profondi tal-fidi.

“Check-in” ser iġġib dawn l-esperjenzi kollha flimkien għal attività li tibqa’ għaddeja matul il-lejl kollu… Kompli aqra »

L-GĦAQDA BEJN IL-PAJJIŻI BIS-SAĦĦA TAL-ISPIRTU S-SANTU

Feast of the Holy Spirit

Il-Papa Benedittu XVI qal li l-Ispirtu s-Santu, ċċelebrata fil-festa ta’ Pentekoste, timla lill-univers u tkebbes l-għaqda bejn il-pajjiżi. Qabel it-talba tal-Angelus fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan, il-Papa rrifletta dwar ir-rwol tat-tielet Persuna tat-Trinita Mqaddsa.

Żied li Pentekoste hija l-milja tal-misteru Paskali, tfakkar “l-inżul tal-Ispirtu s-Santu fuq l-appostli, li kienu miġbura ma’ Marija, omm Ġesu, u dixxipli oħra… Kompli aqra »

MESSAĠĠ MILL-ARĊISQOF FIL-VĠILI TA’ PENTEKOSTE



Ħuti,

Din is-sena aħna ġbarna l-esperjenza tal-ewwel Knisja taħt it-tmexxija tal-Ispirtu s-Santu f’dawn it-tlett siltiet: “Id-dixxipli mtlew bil-ferħ u bl-Ispirtu s-Santu” (At 8,4); “bdew ixandru l-Kelma tal-Bxara t-Tajba kull fejn marru” (At 13,52) u b’hekk “il-Kelma t’Alla baqgħet tixtered ma’ l-art kollha” (At 13,40).

Dan il-vġili jrid iħejjina għal dik il-ġrajja li permezz tagħha twieldet il-Knisja: Għid il-Ħamsin… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 13 ta’ Gunju

Matthew 5,38-42

“Smajtu x’intqal, ‘Għajn b’għajn u sinna b’sinna’. Imma jiena ngħidilkom biex bniedem ħażin ma tiqfulux; anzi jekk xi ħadd jagħtik daqqa ta’ ħarta fuq ħaddek tal-lemin, dawwarlu l-ieħor ukoll; u lil min ikun irid itellgħek il-qorti u jeħodlok il-libsa, ħallilu wkoll il-mantar. U jekk xi ħadd iġagħlek timxi miegħu mil wieħed, mur miegħu tnejn.   … Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum u Kelma Għall-Ħajja – 12 ta’ Gunju

Agħfas fuq l-istampa li tidher hawn taħt biex tara l-iktar edizjoni riċenti tal-programm ‘Kelma għall-Ħajja’.

Għid il-Ħamsin,   Pentekoste

Gwann 20, 19-23

Dak in-nhar fil-għaxija, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, meta d-dixxipli kienu flimkien imbeżżgħa mil-Lhud, bil-bibien magħluqa, ġie Ġesù u qagħad f’nofshom; u qalilhom: “Is-sliem għalikom!” Kif qal hekk, uriehom idejh u ġenbu… Kompli aqra »

13 – 19 TA’ Ġunju

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi ndividwalment, jiċċelebra Quddiesa u jibqa’ magħhom għall-ikel.

It-Tlieta

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Bord tas-Seminarju, tal-Virtu’.

L-Erbgħa

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel tal-Knisja.

11.45 a.m. L-Arċisqof jagħlaq it-tieni sessjoni tal-Kors tal-Aġġornament għall-Kleru, is-Seminarju… Kompli aqra »