Arkivji mensili: Ġunju 2011

KILOMETRI FUQ IR-ROTA B’RISQ DAR TAL-KNISJA F’ĦAŻ-ŻABBAR

B’kollox se jagħmel 1,250 kilometru fuq ir-rota biex jiġbor fondi għal Dar Sagra Familja, Ħaż-Żabbar! L-inizjattiva hi ta’ Franco Azzopardi, iċ-Ċermen ta’ Radju RTK, li aktar tard dan ix-xahar beħsiebu jagħmel żewġ maratoni bir-rota, waħda bejn Londra u Pariġi fuq medda ta’ 500 kilometru, li jrid jagħmel f’24 siegħa, u ġimgħa wara maratona oħra fl-Isvizzera, did-darba ta’ 720 kilometru, fuq terran aktar diffiċli, u li jrid jagħmel fi 28 siegħa… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 11 ta’ Gunju

Mattew 10, 7-13

Intom u sejrin, xandru u għidu li s-Saltna tas-Smewwiet waslet. Fejjqu l-morda, qajjmu l-mejtin, fejjqu l-lebbrużi, keċċu x-xjaten. B’xejn ħadtu, b’xejn agħtu. Tfittxux li jkollkom flus fuqkom, la tad-deheb, la tal-fidda u lanqas tar-ram; u la ħorġa għat-triq, la żewġ ilbiesi, la qrieq u lanqas ħatar, għax il-ħaddiem ħaqqu ħobżu… Kompli aqra »

ISQOF LIBJAN IWISSI DWAR KUNFLITT INTERN, JIKKRITIKA L-ATTAKKI TAN-NATO

Libya happenings

L-uffiċjal għoli tal-Knisja fil-Libja, l-Isqof Giovanni Martinelli ta’ Tripli, esprima t-tħassib serju tiegħu dwar il-kunflitt li qal li jiġġenera aktar ġlied fit-tul fost il-fazzjonijiet u t-tribujiet fil-Libja. Qal li jemmen li soluzzjoni negozjabbli għadha possibbli. Dan irrappurtatu l-l-aġenzija missjunarja tal-aħbarijiet tal-Vatikan.

L-Isqof Martinelli qal lill-aġenzija Fides li “kull min jaħseb li jista’ jissolva l-kunflitt b’attakki u bumbardamenti, sejjer żball”. Martinelli humagħruf għall-kritika konsistenti tiegħu sa mill-bidu għall-attakki tan-NATO kontra l-mexxej Libjan Moammar Gaddafi u l-forzi tiegħu… Kompli aqra »

ĊELEBRAZZJONI DJOĊESANA TAL-VĠILI TA’ GĦID IL-ĦAMSIN

Il-Knisja f’Malta tistieden lill-Insara Maltin għaċ-ċelebrazzjoni Djoċesana tal-Vġili ta’ Għid il-Ħamsin, s-Sibt 11 ta’ Ġunju, 2011, quddiem il-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Safi. It-tema għal din is-sena hi “Id-dixxippli mtlew bil-ferħ u bl-Ispirtu s-Santu. Bdew ixandru l-Kelma tal-Bxara t-Tajba kull fejn marru. Hekk il-Kelma t’Alla baqgħet tinxtered mal-art kollha” (Atti tal-Appostli).

Iċ-ċelebrazzjoni ppreseduta mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. tibda fis-7:30p.m. bit-talba tal-għasar u tilħaq il-qofol tagħha biċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa li tibda fit-8.00p.m… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 10 ta’ Gunju

John 21, 15-19

Wara li kielu xi ħaġa, Ġesù qal lil Xmun Pietru: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni int aktar minn dawn?” “Iva, Mulej,” wieġbu, “int taf li nħobbok.” Qallu: “Irgħa l-ħrief tiegħi.” Staqsieh għat-tieni darba: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni int?” “Iva, Mulej,” wieġbu,”int taf li nħobbok.” Qallu: “Irgħa n-nagħaġ tiegħi.” Għat-tielet darba staqsieh: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni?” Pietru ħass għafsa ta’ qalb għax staqsieh għat-tielet darba, ‘Tħobbni?’ u qallu: “Mulej, int taf kollox, inti taf li nħobbok.” Qallu Ġesù: “Irgħa n-nagħaġ tiegħi… Kompli aqra »

ATTIVITA’ OĦRA TA’ RTK 4 CHARITY

Dil-ġimgħa tnediet l-attività UltraRider fid-Dar tat-Tfal Sagra Familja f’Ħaż-Żabbar. Il-moħħ wara UltraRider huwa ċ-Ċermen ta’ Radju RTK 103FM, Franco Azzopardi. Ultra-Rider hija l-ewwel attività li qed titnieda f’isem RTK4Charity, sezzjoni fi ħdan il-Kumpanija RTK li tnediet matul il-ġimgħa li għaddiet bl-għan u r-rwol ewlieni tagħha jkun li jħaddan il-Corporate Social Responsibility kemm tal-RTK iżda wkoll ta’ kumpanniji oħrajn. Waqt it-tnedija tal-attività UltraRider, Azzopardi qal li l-RTK ħass li għandu jgħożż dan il-kunċett ta’ Corporate Social Responsiblity b’differenza… Kompli aqra »

IL-PAPA JGĦID LI L-KROAZJA TISTA’ TIPPROMWOVI L-VALURI KATTOLIĊI FL-EWROPA

Croatia's EU membership

“Fit-triq tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea, il-Kroazja għandha r-responsabbilta li tippromwovi l-valuri nsara u r-rwol tal-familja fl-edukazzjoni u fil-ħajja soċjali”, qalu l-Papa Benedittu XVI. Fl-ewwel dehra pubblika minn meta rritorna mill-vjaġġ pastorali li għamel fil-kapitali Kroata ż-Żagreb, bejn l-4 u l-5 ta’Ġunju, Benedittu XVI enfasizza r-rwol essenzjali taż-żwieġ u l-fedelta matrimonjali fl-Ewropa, li qal li għandha rati għolja ta’ divorzju u separazzjoni.

Il-Papa tkellem b’mod pożittiv dwar iż-żjara fil-Kroazja, pajjiż ex-Yugoslav… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 9 ta’ Gunju

ĠwanniGn 17, 20-26

“M’iniex nitlob għal dawn biss, imma wkoll għal dawk li għad jemmnu fija bis-saħħa tal-kelma tagħhom; nitolbok li jkunu lkoll ħaġa waħda. Kif inti fija, Missier, u jiena fik, ħa jkunu huma wkoll ħaġa waħda fina, biex hekk id-dinja temmen li inti bgħattni. Il-glorja li int tajt lili jiena tajtha lilhom, biex ikunu ħaġa waħda bħalma aħna ħaġa waħda: jiena fihom u inti fija, biex isiru ħaġa waħda għalkollox, ħalli d-dinja tagħraf li inti bgħattni u li ħabbejt lilhom kif ħabbejt lili… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 8 ta’ Gunju

John 17, 11-19

U jien ma għadnix aktar fid-dinja, iżda huma għadhom fid-dinja, u jiena ġej għandek. Missier qaddis, ħarishom f’ismek dawk li inti tajtni, biex ikunu ħaġa waħda bħalna. Kemm domt magħhom, jiena ħaristhom fl-isem tiegħek, l-isem li tajtni. U jiena ħadt ħsiebhom, u ħadd minnhom ma ntilef ħlief bin it-telfien, biex isseħħ l-Iskrittura… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 7 ta’ Gunju

John 17, 1-11

After saying this, Jesus raised his eyes to heaven and said: Father, the hour has come: glorify your Son so that your Son may glorify you; so that, just as you have given him power over all humanity, he may give eternal life to all those you have entrusted to him. And eternal life is this: to know you, the only true God, and Jesus Christ whom you have sent… Kompli aqra »