Arkivji mensili: Lulju 2011

Il-Vanġelu tal-Jum – 8 ta’ Lulju

Mattew 10, 16-23

“Ara, jiena qiegħed nibgħatkom bħal nagħaġ qalb l-ilpup. Kunu mela għaqlin bħas-sriep u safjin bħall-ħamiem. Oqogħdu attenti mill-bnedmin! Għax għad jerħukom f’idejn il-qrati, jagħtukom is-swat fis-sinagogi tagħhom, itellgħukom quddiem gvernaturi u slaten minħabba fija, biex tagħtu xhieda quddiemhom u quddiem il-pagani. Iżda meta jerħukom f’idejhom, tinkwetawx ruħkom kif se titkellmu jew x’se tgħidu, għax dak il-ħin stess jingħatalkom xi jkollkom tgħidu… Kompli aqra »

IL-PAPA JQATTA’ S-SAJF F’CASTELGANDOLFO

Pope in Castel-Gandolfo

F’nota ppubblikata, il-Prefettura għas-Sede Pontifiċja ħabbar li l-Papa, il-Ħamis filgħaxija se jaqbad triqtu lejn Castelgandolfo, il-Palazz Appostoliku fin-nofsinhar ta’ Ruma. Hemm se jkun qed iqatta’ s-sajf.

Matul l-istaġun tal-btajjel, l-udjenzi speċjali u dawk privati, fl-iskedi tal-Papa, se jkunu sospiżi. Bl-istess mod ikunu wkoll sospiżi l-udjenzi ġenerali ta’ kull nhar t’Erbgħa matul Lulju, li jirreżumu imbagħad fl-ewwel Erbgħa t’Awwissu. Fl-istess perjodu, il-Papa se jkun jitlob l-Angelus tal-Ħadd mill-istess Palazz Appostoliku… Kompli aqra »

OĦLOQ TBISSIMA

Dalwaqt terġa tkun magħna l-Maratona Oħloq Tbissima – il-Maratona ta’ 60 siegħa xandir live imtella’ minn ĊAM Productions international (CPi), il-production house fi ħdan is-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP).   Din is-sena Oħloq Tbissima ser tibda  nofsinhar tat-8 ta’ Lulju u tibqa sejra bla waqfien sal-Ħadd 10 ta’ Lulju f’nofsillejl.

Din il-Maratona, din is-sena fid-disa’ edizzjoni tagħha, issa ndrat sew u ħafna jafu li l-għan ta’ din il-maratona hu li titqajjem kuxjenza missjunarja, filwaqt li jinġabru fondi b’risq il-missjonijiet fi ħdan is-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP), fil-Filippini, fil-Peru  u fil-Pakistan, kif ukoll b’risq Dar San Ġużepp f’Santa Venera… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 7 ta’ Lulju

Mattew 10, 7-15

Intom u sejrin, xandru u għidu li s-Saltna tas-Smewwiet waslet. Fejjqu l-morda, qajjmu l-mejtin, fejjqu l-lebbrużi, keċċu x-xjaten. B’xejn ħadtu, b’xejn agħtu. Tfittxux li jkollkom flus fuqkom, la tad-deheb, la tal-fidda u lanqas tar-ram; u la ħorġa għat-triq, la żewġ ilbiesi, la qrieq u lanqas ħatar, għax il-ħaddiem ħaqqu ħobżu… Kompli aqra »

L-ANNIVERSARJU TAL-ORDINAZZJONI EPISKOPALI TAL-ISQOF EMANUEL GALEA

Il-Parroċċa ta’ Ħal Tarxien se torganiżża Quddiesa u talb biex tfakkar l-anniversarju tal-Ordinazzjoni Episkopali tal-Qaddej ta’ Alla, l-Isqof Emanuel Galea, nhar is-Sibt 9 ta’ Lulju, 2011, fis-6.00 p.m. fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Tarxien.

L-Isqof Emanuel Galea ħadem bħala sacerdot f’ din il-Parroċċa matul is-snin li fihom ħuħ Dun Salv Galea kien Kappillan fl-istess Parroċċa (1918-1935). Baqa’ mfakkar bħala konfessur, flimkien ma’ ħuħ ieħor Dun Franġisk, għal ħinijiet twal u regulari ta’ qrar, u bħala predikatur… Kompli aqra »

IL-PAPA IŻUR L-UFFIĊĊJI TAL-‘OSSERVATORE ROMANO’

Pope reading L'Osservatore Romano

Il-Papa żar il-kwartieri ġenerali tal-gazzetta ‘Osservatore Romano’ f’għeluq il-150 anniversarju mit-twaqqif tagħha. L-ewwel edizzjoni tagħha ħarġet fl-1 ta’ Lulju 1861.

Il-Papa sellem lid-Direttur, lill-Viċi-Direttur u lill-ġurnalisti u awguralhom f’din iċ-ċelebrazzjoni.

“Bil-ħidma tagħkom kuljum, ħidma li mhux bilfors tidher u lanqas mingħajr taħbit, intom toħolqu dil-forma unika ta’ komunikazzjoni li hi għas-servizz tal-Ministeru tas-Suċċessur ta’ Pietru, b’kontribut speċifiku għat-tixrid tal-vanġelu u x-xhieda tal-verita… Kompli aqra »

GĦOTJIET TA’ €14,500 f’SOLIDARJETA’ MAL-LIBJA U L-ĦONDURAS

Nhar it-Tlieta 28 ta’ Ġunju 2011, l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech qassam f’isem il-Knisja mill-gżira tat-Tlieta Għoljiet donazzjonijiet lill-knejjes fil-Libja u l-Ħonduras fejn qed jaħdmu prelati Maltin.

Huwa għadda s-somma ta’ €4,000 lill-Isqof Silvestru Magro OFM, Vigarju Apostoliku ta’ Bengażi. Offerta simili se titwassal ukoll lill-Vigarju Apostoliku ta’ Tripli, l-Isqof Giovanni Martinelli OFM.

Il-kelliemi għad-djoċesi ta’ Għawdex, Dun Giovanni Curmi, fisser li f’nota personali, l-Isqof Grech wassal il-viċinanza tal-poplu Għawdxi mal-Knisja fil-Libja, u wiegħed it-talb biex ma ddumx ma sseħħ il-paċi fil-Libja… Kompli aqra »

MIN IĦADDEM U X-XOGĦOL VOLONTARJU

MIN IHADDEM U X-XOGHOL VOLONTARJU

Din is-sena hija dedikataha ghax-Xoghol Volontarju. Ahna bhala Kummissjoni Pastorali fid-Dinja tax-xoghol aktar nittrattaw ix-xoghol bhala impjieg bil-paga li jixraqlu. Imma din is-sena ahna ddiskutejna fuq kif it-tema tal-Volontarjat hija relatatha mad-dinja tax-xoghol. Qeghdha tindara fost il-maltin li jkun hemm min isib hin fl-agenda tieghu biex jaghmel ix-xoghol volontarju, dawn it-talin aktar milli ghandhom hin ghandhom qalb li thoss ghal haddiehor u jsibu hin biex jaghmlu dan ix-xoghol ta’ fejda ghal huthom fil-bzonn… Kompli aqra »

“TINSEWX IL-VANĠELU META TIVVJAĠĠAW”

“Meta tkun qed tippakkja għall-btajjel tas-sajf, ħalli spazju għall-vanġelu fil-bagalja tiegħek”. Dak kien l-appell tal-Papa Benedittu  XVI meta fi Pjazza San Pietru talab it-talba tal-Angelus. Ir-riflessjoni tiegħu dwar il-vaganzi tas-sajf ngħatat bil-Franċiż.

Il-Papa spjega li “btala mhix sempliċiment li wieħed iħalli kollox u jistrieħ, imma hi dwar esperjenza li fiha wieħed jgħix relazzjoni pożittiva ma’ dawk kollha li jħobb, f’relazzjoni dinamika ma’ Alla”… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 6 ta’ Lulju

Mattew 10, 1-7

Sejjaħ lejh it-tnax-il dixxiplu tiegħu, u tahom is-setgħa fuq  l-ispirti ħżiena biex ikeċċuhom, u jfejjqu kull xorta ta’ mard u ‘l kull min kien nieqes minn saħħtu. L-ismijiet tat-tnax-l appostlu huma dawn: l-ewwel Xmun, jgħidulu Pietru, u ħuh Indrì, u Ġakbu ta’ Żebedew, u ħuh Ġwanni, Filippu u Bartilmew, Tumas u Mattew il-pubblikan, Ġakbu ta’ Alfew, u Taddew,  Xmun il-Kanani, u Ġuda l-Iskarjota, li mbagħad ittradieh… Kompli aqra »