Arkivji mensili: Awwissu 2011

Il-Vanġelu tal-Jum – 10 ta’ Awwissu

Ġwanni 12, 24-26

Tassew tassew ngħidilkom, jekk il-ħabba tal-qamħ ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa’ weħidha; imma jekk tmut, tagħmel ħafna frott. Min iħobb lil ħajtu jitlifha; imma min jobgħod lil ħajtu f’din id-dinja jħarisha għall-ħajja ta’ dejjem. Jekk xi ħadd irid jaqdini, hu għandu jimxi warajja; u fejn inkun jien, hemm ukoll ikun il-qaddej tiegħi. Min jaqdi lili, il-Missier jagħtih ġieħ… Kompli aqra »

KARDINAL: IL-ĦNIENA HIJA T-TRIQ LEJN ID-DJALOGU INTER-RELIĠJUŻ

L-Arċisqof  ta’ Lyon, il-Kardinal Philippe Barbarin, tkellem dwar il-ħniena, sinonima mal-isem t’Alla, u fisser li r-rwol tagħha ma jistax jintesa u jitwarrab waqt id-djalogu inter-reliġjuż.

Il-Primat ta’ gaul indirizza dan is-suġġett meta kien qedjippresiedi quddiesa fil-Knisja ddedikata lis-seba’qaddisin ta’ Efesu, fil-villaġġ żgħirta’ Vieux-Marche. Huwa kien qedjitkellem fil-kuntest tal-pellegrinaġġ Musulman-Nisrani, li nżamm għal dawn l-aħħar 60 sena f’din il-lokalita.

“Għaliex il-kelma ‘ħniena’ naqset milli ssib postha fi kliemna? … Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 9 ta’ Awwissu

Mattew 25, 1-13

“Mbagħad is-Saltna tas-Smewwiet ixebbhuha ma’ għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus. Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin, għax il-boloh ħadu l-imsiebaħ imma ma ħadux żejt magħhom, waqt li   l-għaqlin ħadu mhux biss l-imsiebaħ iżda wkoll iż-żejt fil-kwies. L-għarus iddawwar ma ġie, u għalhekk ilkoll ħadhom  in-ngħas u raqdu… Kompli aqra »

1,399 KAŻ TA’ ABBUŻ FUQ IT-TFAL FL-2010

Ċifri mogħtija mill-Aġenzija Appoġġ lil IL-ĠENSillum online juru li matul is-sena li għaddiet Appoġġ kellha quddiemha 1,399 każ ta’ abbuż ta’ tfal, jew li kienu f’riskju li jkunu abbużati. Dan hu f’kuntrast ma’ ħames snin ilu, meta l-każi rrappurtati lil Appoġġ kienu 995, li jfisser żieda ta’ 404 każ f’temp ta’ ħames snin.

Ħarsa lejn iċ-ċifri għal dawn l-aħħar snin turi li minn sena għal oħra quddiem Appoġġ kien hemm żieda kostanti fl-għadd ta’ dawn il-każi… Kompli aqra »

IS-SANTA SEDE TFAKKAR LILL-ĠNUS MAQGĦUDA FID-DRITT TAL-ĠENITURI LI JGĦALLMU S-SESSWALITA

Is-Santa Sede qalet li l-politika tal-Ġnus Maqgħuda dwar iż-żgħażagħ għandha tirrispetta d-dritt tal-ġenituri li jedukaw lil uliedhom, speċjalment f’dak lijirrigwarda s-sesswalita umana u s-settur tas-saħħa riproduttiva.

L-Arċisqof Francis Chullikatt, Osservatur Permanenti tas-Santa Sede għall-Ġnus Maqgħuda, afferma dan meta indirizza laqgħa ta’ livell għoli tal-Ġnus Maqgħuda dwar iż-żgħażagħ. Qal li “kull persuna għandha titħalla titla f’ambjent fejn tkun tista’ tikber u titgħallem – f’komunita, f’soċjeta ikkaratterizzata mill-paċi u l-armonija, lil hinn mill-vjolenza u n-nuqqas ta’ qbil… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 8 ta’ Awwissu

Mattew 17, 22-27

Meta darba kienu flimkien fil-Galilija, Ġesù qalilhom: “Bin il-bniedem għandu jkun mogħti f’idejn il-bnedmin u joqtluh, u fit-tielet jum iqum.” U huma sewwdu qalbhom ħafna. Reġgħu daħlu Kafarnahum, u resqu fuq Pietru dawk li jiġbru t-taxxa għat-tempju, u qalulu: “L-imgħallem tagħkom ma jħallashiex it-taxxa?” “Iva !” qalilhom… Kompli aqra »

8 – 14 ta’ Awwissu

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali, l-Kurja.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkazjoni tal-Ġimgħa tal-Festa ta’ Santa Marija Ħal-Għaxaq.

L-Erbgħa

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Rappreżentattiv Djoċesan u tal-Kunsill Pastorali Djoċesan, il-Kurja.

Il-Ħamis

Il-Ġimgħa

7.00 p.m… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum u Kelma Għall-Ħajja – 7 ta’ Awwissu

Agħfas fuq l-istampa li tidher hawn taħt biex tara l-iktar edizjoni riċenti tal-programm ‘Kelma għall-Ħajja’.


Matthew 14, 22-33

U minnufih ġiegħel lid-dixxipli jitilgħu fuq id-dgħajsa u jmorru qablu x-xatt l-ieħor, sakemm jibgħat lin-nies. Wara li bagħat lin-nies, tela’ waħdu fuq l-għoljiet biex jitlob… Kompli aqra »

IL-JDŻ JIFFOKA FUQ IL-BŻONNIJIET TAL-FAMILJA U Ż-ŻGĦAŻAGĦ

Il-familji u ż-żgħażagħ se jkunu l-benefiċjarji ta’ żewġ proġetti soċjali f’Madrid u l-Brażil li se jittellgħu matul il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ f’Madrid bejn is-16 u l-21 ta’ Awwissu.

Madrid intagħżlet bħala s-sit ta’ bini għal familji f’riskju ta’ esklużjoni soċjali. Il-bini se jkun ta’ erba’ sulari u jkopri 127 dar.

Javier Hernando, il-Kordinatur Ġenerali ta’ Caritas Madrid, saħaq li “s-sitwazzjoni ekonomika preżenti qed taffettwa direttament l-impjiegi, il-ħtieġa tad-djar u l-ħtiġiet bażiċi tal-familja; għalhekk dan il-proġett jolqot problema li qed tkisser ħafna familji.”

Dan huwa t-tielet kumpless li Caritas Madrid għandha f’din il-belt, fejn wieħed fetaħ fl-2004 u l-ieħor fl-2006… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 6 ta’ Awwissu

It-Transfigurazzjoni tal-Mulej

Mattew 17, 1-9

Sitt ijiem wara, Ġesù ħa miegħu lil Pietru u ‘l Ġakbu u ‘l ħuh Ġwanni, tellagħhom fuq muntanja għolja weħidhom, u tbiddel quddiemhom. Wiċċu sar jiddi bħax-xemx, u lbiesu sar abjad bħad-dawl. U dehrulhom Mosè u Elija jitħaddtu miegħu. Qabeż Pietru u qal lil Ġesù: “Mulej, kemm hu sew li aħna hawn! … Kompli aqra »