Arkivji mensili: Awwissu 2011

ISSA TISTENNA LI TINGĦATA MAĦFRA

Il-laqgħa li l-Arċisqof kellu lbieraħ ma’ dawk li snin ilu soffrew abbuż minn żewġ saċerdoti meta kienu għal kenn f’dar tal-Knisja, kienet f’postha, meħtieġa, daqstant ieħor urġenti.

Din id-darba ħadd ma jista’ jakkuża l-Knisja li damet taħsibha. Għall-kuntrarju, hekk kif  l-Arċisqof il-ġimgħa li għaddiet wiegħed li kien se jiltaqa’ ma’ dawn il-vittmi, dlonk żamm kelmtu, iltaqa’ magħhom wiċċ imb’wiċċ, u reġa’ qal li jiddispjaċih ħafna għal dak li ġara… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 13 ta’ Awwissu

Mattew 19,13-15

Mbagħad ressqulu quddiemu xi tfal żgħar biex iqiegħed idejh fuqhom u jitlob għalihom. Iżda d-dixxipli qabdu jgħajjtu magħhom. U Ġesù qalilhom: “Ħalluhom it-tfal iż-żgħar jiġu għandi, u la żżommuhomx, għax ta’ min hu bħalhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.” Mbagħad qiegħed idejh fuqhom u telaq minn hemm.

Il-Qaddisin tal-jum: San Ponzjanu u San Ippollitu

Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 12 ta’ Awwissu

Mattew 19,3-12

Resqu fuqu xi Fariżej biex iġarrbuh, u qalulu: “Jista’ wieħed jitlaq lil martu fuq xi ħaġa, tkun xi tkun?” Iżda hu qalilhom: “Ma qrajtux li sa mill-bidu  l-Ħallieq għamilhom raġel u mara, u qal, ‘Minħabba f’hekk raġel iħalli lil missieru u ‘l ommu u jingħaqad ma’ martu u t-tnejn isiru ġisem wieħed?’ Għalhekk m’humiex iżjed tnejn, imma ġisem wieħed… Kompli aqra »

IL-ĦTIEĠA TAS-SILENZJU

Pope in Castel-Gandolfo

Li wieħed jitgħallem iħalli għal ftit dak kollu li miegħu iddur il-ħajja tiegħu hu mod ta’ kif isib is-silenzju. Fi kliem il-Papa Benedittu XVI waqt il-messaġġ li għadda fl-udjenza ġenerali ta’ dil-ġimgħa, “is-silenzju huwa l-kundizzjoni li l-iktar hi meħtieġa għall-kontemplazzjoni, biex wieħed jisma lil Alla u jimmedita”.

F’Castel Gandolfo,Benedittu XVI żied li “l-fatt li wieħed ikun kapaċi japprezza u jimtela bis-silenzju, iħejjih għat-talb… Kompli aqra »

Żgħażagħ Maltin U Għawdxin jitilqu għall-JDŻ f’Madrid

Nhar il-Erbgħa 10 ta’ Awwissu, 2011, żgħażagħ Maltin u Għawdxin bdew il-vjaġġ tagħhom lejn Madrid, Spanja, fejn ser jieħdu sehem fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ (JDŻ), bejn il-15 u l-21 t’Awwissu. L-avveniment internazzjonali huwa ċelebrazzjoni ta’ kultura u fidi nisranija li jġib flimkien maż-żewġ miljun ruħ minn madwar id-dinja.

It-tema tal-JDŻ għal din is-sena hija “Niżżlu għeruqkom fi Kristu, u nbnew fuqu; issaħħu fil-fidi” (Kol 2,7)… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 11 ta’ Awwissu

Mattew 18,21-19,1

Pietru resaq lejn Ġesù u qallu: “Mulej, xi kemm-il darba jrid jonqosni ħija biex jiena naħfirlu? Sa seba’ darbiet?” “Ma ngħidlikx sa seba’ darbiet,” wieġbu Ġesù,”imma sa sebgħa u sebgħin darba. Għalhekk is-Saltna tas-Smewwiet nistgħu nxebbhuha ma’ wieħed sultan, li ried jagħmel il-kontijiet mal-qaddejja tiegħu. Kif beda jagħmel dan, ħadulu quddiemu wieħed li kellu jagħtih għaxart elef talent… Kompli aqra »

KAVALLIERI TA’ KOLOMBA U SORIJIET JILQGĦU PELLEGRINI F’MADRID

WYD2011

Għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ f’Madrid fi Spanja, l-organizzazzjoni Knights of Colombus and the Sisters of Life, b’appoġġ minn diversi organizzazzjonijiet, qed jilqgħu u jagħtu servizz lil pellegrini li jitkellmu bl-Ingliż f’ċentru enormi fejn dawn jistgħu jattendu kunċerti, jitgħallmu iktar dwar il-fidi nisranija, jitolbu fis-skiet, jiddiskutu kwistjonijiet attwali u saħansitra jaċċessaw l-internet bla ħlas.

Għal waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, bejn is-16 u l-21 t’Awwissu, il-Palacio de Deportes ta’ Madrid jista’ jingħad li se jkun konvertit f’Ċentru tal-Ħajja u tal-Imħabba… Kompli aqra »

TFITTEX LIL WIĊĊ ĠESU PERMEZZ TAL-KONTEMPLAZZJONI

Għalfejn għandna nitolbu u nfaħħru l-Alla permezz tal-kant, talb u affarijiet oħra?   Ian ser jiddiskuti din it-tema ma Joseph Maggi, li hu l-Worship leader tal-komunita’ Marana Tha’. X’għandu bżonn li wieħed jaghmel biex jersaq iżjed lejn Ġesu’?  Kirsten u xi uhud mill-membri zgħar tal-komunita’ ser joffru reċa u żifna li żgur li t-telespettaturi zgħar tagħna ser jiggustaw.Is-sorijiet flimkien mal-voluntiera tal-Missjoni tal-Karita’ ta Mother Theresa ukoll jgħidulna kif huma jaraw Wiċċ Ġesu’ f’dak li jagħmlu mat- tfal u ż-żgħażagħ li jmorru għandhom… Kompli aqra »

600 Żagħżugħ Malti għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ

WYD 2011 logo

Aktar minn 600 żagħżugħ Malti u Għawdxi ser jieħdu sehem fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ (JDŻ) f’Madrid, Spanja, bejn il-15 u l-21 t’Awwissu. L-avveniment internazzjonali huwa ċelebrazzjoni ta’ kultura u fidi nisranija li jġib flimkien maż-żewġ miljun ruħ minn madwar id-dinja.

L-Isqof Mario Grech ser ikun qed imexxi d-delegazzjoni Maltija u ġie mistieden jagħti serje ta’ katekeżi u laqgħat għal udjenzi internazzjonali ta’ żgħażagħ… Kompli aqra »