Arkivji mensili: Awwissu 2011

Il-Vanġelu tal-Jum – 5 ta’ Awwissu

Mattew 16, 24-28

Mbagħad qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu, u jimxi warajja. Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha, imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi, isibha. Għax xi jkun jiswielu l-bniedem jekk jikseb id-dinja kollha u mbagħad jitlef ħajtu? … Kompli aqra »

GĦAJNUNA LILL-FAMILJA TA’ ASHIH TEKLEAB HAILE

It-Taqsima Refuġjati tal-Kummissjoni Emigranti tal-Knisja f’Malta ser tgħaddi s-somma ta’ €2000 bħala għajnuna lil Selemawit Hagu Belay, mart ASHIH TEKLEAB HAILE li miet waqt li kien qed isalva raġel ieħor mill-għarqa fl-20 ta’ Lulju 2011. Din is-somma hija d-differenza bejn l-għotjiet li nġabru u l-ispejjez tat-trasferiment tal-katavru ta’ Ashih Tekleab Haile lura lejn l-Eritrea, li ammontaw għal €4690. L-għotjiet mgħoddija lill-Kummissjoni Emigranti u lil martu s’issa ammontaw għas-somma ta’ €6673… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JILTAQA’ MAL-MUT U L-EMIGRANTI MALTIN

Nhar l-Erbgħa 3 ta’ Awwissu, 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ mal-kunsill eżekuttiv il-ġdid tal-Union tal-Għalliema (MUT), u wara ltaqa’ mal-emigranti li qegħdin Malta għal btala, il-Kurja.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 4 ta’ Awwissu

Mattew 16,13-23

Meta wasal fl-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippu, Ġesù staqsa  lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Min jgħidu n-nies li hu Bin il-bniedem?” U huma weġbuh: “Xi wħud, Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, Ġeremija jew wieħed mill-profeti. ” Imma intom min tgħidu li jien?” staqsiehom. U qabeż Xmun Pietru u qallu: “Inti l-Messija, Bin Alla l-ħaj.” U Ġesù wieġbu u qallu: “Hieni int, Xmun bin Ġona, għax mhux bniedem tad-demm u l-laħam uriek dan, imma Missieri li hu fis-smewwiet… Kompli aqra »

SOGĦBA PROFONDA

Il-Knisja f’Malta għal darb’oħra tistqarr is-sogħba profonda tagħha li minuri li kienu taħt il-ħarsien tagħha kienu abbużati. Titlob maħfra għal dan l-abbuż l-ewwelnett lil dawk li sofrew l-abbuż kif ukoll lis-socjetà Maltija kollha. Il-Knisja turi s-sogħba tagħha wkoll ghal fatt li l-investigazzjonijiet dwar r-rapporti damu daqshekk biex ġew konklużi.

L-Arċisqof Pawlu Cremona bi ħsiebu fi żmien qasir jerġa’ jiltaqa’ mal-vittmi biex jitlobhom din il-maħfra personalment… Kompli aqra »

LAQGĦA MAS-SEGRETARJAT TAL-KOMMUNIKAZZJONI SOĊJALI

Nhar it-Tnejn 1 ta’ Awwissu 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ mal-membri tal-Kunsill tas-Segretarjat tal-Kommunikazzjoni Soċjali, fir-residenza tiegħu Ħ’Attard.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinkisbu mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected] Kompli aqra »

‘IS-SOĊJETA’ QED ISSOFRI MINN VOJT TA’ AWTORITA’

Skont l-Isqof ta’ Għawdex Mons Mario Grech, is-soċjetà ta’ llum qed issofri minn dak li hu sejjaħ ‘vojt’ ta’ awtorità, u dan mil-livell ta’ familja għal-livell ta’ pajjiż. Dan, fil-fehma tiegħu, qed iwassal għal dak li huwa sejjaħ bħala “kważi anarkija fis-soċjetà”. Fl-istess waqt hu kkundanna l-argument li kollox jiddependi mir-rieda tal-maġġoranza li qed twassal għal “reliġjon ċivili” li tiddetta x’inhi l-verità.

Mons Grech sostna dan il-Ħadd li għadda waqt l-omelija li għamel fir-raħal ta’ Sannat fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Margerita… Kompli aqra »

IL-PELLEGRINAĠĠ TAL-ARĊISQOF F’LOURDES

Nhar il-Ħamis 21 ta’ Lulju, 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P.  mexxa pellegrinaġġ tal-morda f’Lourdes, organiżżat mill-Għaqda għat-Trasport tal-Morda. L-Arċisqof kien akkumpanjat minn Mons. Annetto Depasquale, Vigarju Ġenerali u mill-Arċisqof Emeritus Ġuzeppi Mercieca. Għal dan il-pellegrinaġġ  attendew 130 ruħ bejn morda, voluntiera u pellegrini.

Il-Vanġelu tal-Jum – 3 ta’ Awwissu

Mattew 15,21-28

Ġesù ħareġ minn hemm u telaq lejn Tir u Sidon. U ħarġet waħda mara Kangħanija minn dawk l-inħawi, u qabdet tgħajjat u tgħid: “Ħenn għalija, Mulej, Bin David; binti għandha fiha xitan, u magħdura ħafna !” Iżda hu ma weġibhiex kelma. Resqu lejh id-dixxipli tiegħu, jitolbuh u jgħidulu: “Eħles minnha, għax ġejja tgħajjat warajna.” Imma hu qalilhom: “Ma ġejtx mibgħut ħlief għan-nagħaġ li ntilfu mid-dar ta’ Iżrael.” Iżda hi resqet, nxteħtet quddiemu u qaltlu: “Għinni, Mulej !” Hu weġibha: “M’hux sewwa tieħu l-ħobż ta’ l-ulied u tixħtu lill-ġriewi.” “Hekk hu, Mulej,” qaltlu,”iżda l-ġriewi wkoll jieklu l-frak li jaqa’ minn fuq il-mejda ta’ sidienhom?” Mbagħad wieġeb Ġesù u qalilha: “Mara, il-fidi tiegħek kbira! … Kompli aqra »

AVVENIMENTI RIMARKABBLI S’ISSA TUL L-2011 FIL-KALENDARJU PAPALI

Il-Vatikan ippubblika dak li qed jissejjaħ “a year in review” – ħarsa lejn l-attivitajiet ewlenin tal-Papa tul ix-xahar. Fil-fatt ħarġu diġa d-dettalji sa Lulju li għadda. Fuqnett tal-lista jidher li kien hemm l-awtorizzazzjoni tal-miraklu attribwit għall-Papa Ġwanni Pawlu II. Wara l-ewwel avveniment stabbilit fl-Ingilterra u Wales ta’ dawk li kienu Anglikani u li fittxew għaqda sħiħa fi ħdan il-Knisja Kattolika.

L-Isqfijiet tal-Filippini kienu wkoll parti ċentrali fix-xhur tal-2011,bil-Papa jilqa’ għandu gruppi minnhom fiż-żjarat ta’ rutina ta’kull ħames snin… Kompli aqra »