Arkivji mensili: Settembru 2011

Din il-pagna ma gietx tradotta b’din il-lingwa.

It-Tnejn

It-Tlieta

5.05 a.m. L-Arċisqof jirritorna minn pellegrinaġġ f’Lourdes.

4.00 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’programm ‘live’ fuq RTK.

6.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi Quddiesa konċelebrata li fiha Patri Richard Grech OFM, jinħatar kappillan ġdid tal-parroċċa Sacro Cuor, tas-Sliema.

L-Erbgħa

8.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u jbierek l-oqbra tal-Kavallieri, fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JERĠA’ JITLOB MAĦFRA

“Ma nistgħux ma nagħmlux riflessjoni fuq il-weġgħa kbira li għaddejna minnha ftit ilu. Qed nirreferi għall-abbużi fuq numru ta’ tfal u żgħażagħ minn xi saċerdoti snin ilu.”

Hekk sostna Mons Arċisqof Pawlu Cremona OP, fil-messaġġ tiegħu fil-ħarġa ta’ Settembru ta’ “Flimkien”, ir-rivista ta’ kull xahar maħruġa mill-Kulleġġ tal-Kappillan. L-Arċisqof fakkar li hu diġà kien talab maħfra lill-vittmi ta’ dawn l-abbużi.

Kien fil-bidu t’Awwissu li għadda li żewġ patrijiet tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl instabu ħatja ta’ abbużi fuq minorenni, meta dawn kienu taħt il-kura tagħhom f’Dar tal-Knisja… Kompli aqra »

L-INTENZJONIJIET TAL-PAPA GĦAL SETTEMBRU

L-intenzjoni ġenerali tat-talb tal-Papa għal dan ix-xahar ta’ Settembru hija sabiex l-għalliema kollha jkollhom l-għarfien ta’ kif jikkomunikaw l-imħabba tal-verita lit-tfal afdati f’idejhom. Barra minn hekkinisslu fihom valuri morali u spiritwali awtentiċi.

L-Appostolatura tat-talb tal-Papa,bħal kull ftuħ ta’ xahar ġdid, ħabbret ukoll l-intenzjoni appostolika tal-Kap tal-Knisja. Qalet li l-Papa Benedittu XVI, matul dan ix-xahar ta’ Settembru, se jkun qed jitlob  sabiex il-komunitajiet insara tal-Asja jipproklamaw il-Vanġelu b’entużjażmu, b’xiehda għas-sbuħija tiegħu u bil-ferħ ġej mill-fidi… Kompli aqra »

350 MALTIN F’PELLEGRINAĠĠ LOURDES

L-Erbgħa 31 ta’ Awwissu 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħalla Malta għal Lourdes biex imexxi pellegrinaġġ organizzat mill-Assoċjazzjoni Volontarji Lourdes. Għal dan il-pellegrinaġġ qed jattendu 350 persuna li jinkludu 120 pazjent, 6 tobba, 12-il infermier, terapista u spiżjar. Barra minn hekk, kull pazjent se jkun akkumpanjat min helper.

Din is-sena, l-Assoċjazzjoni Volontarji Lourdes qed tiċċelebra l-għaxar anniversarju mit-twaqqif tagħha… Kompli aqra »