Arkivji mensili: Settembru 2011

Il-Vanġelu tal-Jum – 19 ta’ Settembru

Luqa 8, 16-18

“Ħadd ma jixgħel musbieħ u jgħattih b’għatu jew iqiegħdu taħt sodda, imma jqiegħdu fuq l-imnara, biex kull min jidħol ġewwa jara  d-dawl. Għax ma hemm xejn moħbi li ma għadx jidher, u xejn ma hemm mistur li ma għadx jingħaraf u jinġieb għad-dawl.  Mela oqogħdu attenti kif tisimgħu! Għax min għandu, jingħatalu; u min ma għandux, jitteħidlu saħansitra dak li jaħseb li għandu.”

Il-Qaddis tal-jum: San Gennaru Kompli aqra »

19 – 25 ta’ Settembru

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

6.00 p.m. L-Arċisqof jattendi l-ftuħ tas-Sena Pastorali tal-Moviment ta’ Kana u jindirizza l-Assemblea Ġenerali, fiċ-centru Pastorali Ħ’Attard.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof jindirizza għalliema ġodda fl-iskejjel tal-Knisja li qegħdin jagħmlu Induction Course, fil-Kurja.

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali, l-Kurja.

4.30 a.m… Kompli aqra »

KAPPILLAN ĠDID GĦALL-PARROĊĊI TAL-IMSIDA U ĦAD-DINGLI

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Norman Zammit bħala Kappillan tal-Parroċċa tal-Imsida, u lil Dun Ewkarist Zammit bħala Kappillan tal-Parroċċa ta’ Ħad-Dingli.

Dun Norman Zammit twieled nhar it-3 ta’ Awwissu, 1973. Irċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja taż-Żurrieq u fl-iskejjel sekondarji San Mikiel u l-kulleġġ Mount Carmel, it-tnejn f’Santa Venera.  Kompla l-istudji terzjarji fil-Fakulta tat-Teoloġija fl-Universita’ ta’ Malta.

Dun Norman ġie ordnat saċerdot nhar it-3 ta’ Awwissu, 2001.  … Kompli aqra »

IL-KNISJA F’MALTA TĦADDEM MAGĦHA AKTAR MINN 3,370 PERSUNA

Matul is-sena li għaddiet, il-Knisja f’Malta kienet tħaddem magħha madwar 1,125 persuna, bi spiża f’pagi ta’ kważi €13-il miljun. Dawn barra l-2,246 impjegat ieħor, fosthom għalliema u ħaddiema klerikali, li jaħdmu fl-iskejjel tagħha. Irid jingħad li l-biċċa l-kbira tal-għalliema jirċievu s-salarju tagħhom mill-Istat, skont il-ftehim li kien sar bejn l-Istat Malti u s-Santa Sede f’Novembru 1991.

B’total ta’ 3,371 impjegat, il-Knisja f’Malta tispiċċa fost l-ikbar employers fil-pajjiż… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 17 ta’ Settembru

Luke 8, 4-15

Nġemgħet kotra kbira ta’ nies li kienu ġejjin lejh minn kull belt, u hu qalilhom din il-parabbola: “Wieħed bidwi ħareġ jiżra’ ż-żerriegħa li kellu. Huwa u jiżra’, xi żerrigħat waqgħulu mal-mogħdija u ntrifsu, u l-għasafar ta’ l-ajru naqqruhom kollha.  Oħrajn waqgħu fuq il-blat, u nibtu u nixfu, għax tira ma kellhomx. Oħrajn waqgħu qalb ix-xewk, u x-xewk kiber magħhom u ħonoqhom… Kompli aqra »

PROGRAMM TAŻ-ŻJARA PASTORALI FIL-PARROĊĊA SAN PAWL, IR-RABAT

Il-Ġimgħa, 16 ta’ Settembru

11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Arċipriet, dwar iż-żjara pastorali f’din il-parroċċa.

Il-Ħamis, 22 ta’ Settembru

8.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti individwali u flimkien għand is-Sorijiet t’Ulied Qalb ta’ Ġesu’ u jiekol magħhom.

Is-Sibt, 24 ta’ Settembru

6.00 p.m. L-Arċisqof iqaddes fil-Knisja Parrokkjali u wara jiltaqa’ man-nies.

Il-Ħadd, 25 ta’ Settembru

9.30 a.m… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 16 ta’ Settembru

Luke 8, 1-3

Wara dan huwa qagħad idur l-ibliet u r-rħula, jippriedka u jxandar l-Evanġelju tas-Saltna ta’ Alla. Kellu miegħu t-Tnax u xi nisa li kien fejjaqhom mill-ispirti ħżiena u mill-mard: Marija, li kienu jgħidulha ta’ Magdala, li minnha kienu ħarġu seba’ xjaten, Ġwanna, mart Ħuża, prokuratur ta’ Erodi, Susanna, u ħafna oħrajn, li kienu jaqduhom minn ġidhom… Kompli aqra »

IL-MONAĊI BOJOD


Il-bniedem jgħix fid-dinja u qiegħed dejjem ifittex il-ferħ u l-paċi. Iżda Alla biss, li Hu imħabba u l-għajn tal-ferħ veru jista’ jimla’ din ix-xewqa. Għalhekk il-bniedem , wkoll bla ma jaf, qiegħed dejjem ifittex lil Alla.

“Ibni, isma’ mit-tagħlim ta’ l-Imgħallem, u iftaħ il-widnejn ta’ qalbek; ilqa’ l-pariri ta’ Missierek li jħobbok u wettaqhom.” (RB Prol 1-2) “Min hu l-bniedem li jħobb il-ħajja, u jixtieq jara għomru kollu riżq?” Jekk x’ħin tisma’ dan inti twieġeb: “Jiena”, il-Mulej jgħidlek: “Jekk trid tikseb il-ħajja vera u dejjiema, tbiegħed mill-ħażen u agħmel it-tajjeb, fittex is-sliem u imxi warajh”… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 15 ta’ Settembru

Id-Duluri tal-Madonna

Luke 2,33-35

Missieru u ommu baqgħu mistagħġba b’dak li kien qiegħed jingħad fuqu. Xmun berikhom, u qal lil ommu Marija: “Ara, dan se jġib il-waqgħa u l-qawmien ta’ ħafna f’Iżrael; se jkun sinjal li jmeruh, – u inti wkoll, sejf jinfidlek ruħek! – biex jinkixfu l-ħsibijiet moħbija fil-qlub ta’ ħafna.”

Kompli aqra »