Arkivji mensili: Settembru 2011

GĦAŻLIET

GĦAŻLIET –  It-Tlieta  4.10.2011 – fuq Education 22,  fis-1.30pm, b’repetizzjoni fis-6.00pm u fil- 11.00pm u s-Sibt fl-10.15am

Matul l-iskeda li ġejja, Għażliet ser jibda jkun magħna b’żewġ programmi fil-ġimgħa ta’ tlett kwarti l-wieħed.

Għal dan l-ewwel programm GĦAŻLIET, Christine Delicata, li tippreżenta, ser tlaqqana ma’ Karen Mugliette, li minbarra li hija omm, hija wkoll lecturer l-Universita.

L-ispeċjalizzazzjoni ta’ Karen Mugliett hija l-ikel –  kif il-ħajja tista’ tkun sostenibbli.   … Kompli aqra »

QUDDIESA FL-OKKAŻJONI TA’ JUM L-ANZJANI

Nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Settembru, 2011, Mons. Ġużeppi Mercieca, Arċisqof Emeritus, iċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni ta’ Jum l-Anzjani, fil-Knisja ta’ Kristu Re, Paola.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JIĊĊELEBRA QUDDIESA N-NIGRET, RABAT

Nhar il-Ħadd 25 ta’ Settembru, 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra Quddiesa n-Nigret bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu, u wara ltaqa’ man-nies taż-żona.

AGĦFAS HAWN għal aktar informazzjoni dwar iż-Żjara Pastorali tal-Arċisqof fil-parroċċa tiegħek.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI AMBJENT FL-OKKAŻJONI TA’ JUM IL-ĦOLQIEN

Għal dawn l-aħħar snin, il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) kienet tieħu l-okkażjoni tal-Festa ta’ San Franġisk (4 ta’ Ottubru) sabiex tfakkar u tisħaq ir-responsabbiltajiet speċjali li l-Insara għandhom lejn il-ħolqien u r-relazzjonijiet kollha li jsawruh. Għan-Nisrani u kull min jemmen f’Alla l-Ħallieq ta’ kollox, l-arja, l-art, l-ibħra, il-ħlejjaq kollha, u l-univers kollu, huma mnisslin mill-imħabba infinita t’Alla u xhieda ħajja tagħha. Wieħed mill-ewwel Insara li fehmu sew din il-verità kien appuntu l-fqajjar ta’ Assisi, San Franġisk… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 30 ta’ Settembru

Luqa 10, 13-16

“Ħażin għalik, Korożajn! Ħażin għalik, Betsajda! Għax kieku l-mirakli li saru fikom saru f’Tir u Sidon, kieku ilhom li nidmu u libsu l-ixkejjer u qagħdu fuq ir-rmied. Imma l-ġudizzju għad ikun eħfef għal Tir u Sidon milli għalikom. U int, Kafarnahum, taħseb li se togħla sas-sema? … Kompli aqra »

FTUĦ TAŻ-ŻJARA PASTORALI FIR-RABAT

Nhar is-Sibt 24 ta’ Settembru 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. beda Żjara Pastorali fil-parroċċa tar-Rabat b’ Quddiesa u wara ltaqa’ man-nies.

Nhar il-Ħadd 25 ta’ Settembru l-Arċisqof ltaqa’ ma’ membri tas-Soċjeta Ċivili tar-Rabat.

AGĦFAS HAWN għal aktar informazzjoni dwar iż-Żjara Pastorali tal-Arċisqof fil-parroċċa tiegħek.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 29 ta’ Settembru

Ġwanni 1, 47-51

Meta Ġesù ra lil Natanjel riesaq lejh qal għalih: “Ara, dan tassew wieħed minn Iżrael li jixraqlu dan l-isem; ma hemm ebda qerq fih.” Natanjel staqsieh: “Kif sirt tafni?” U Ġesù wieġbu: “Rajtek taħt is-siġra tat-tin qabel ma sejjaħlek Filippu.” “Rabbi,” qallu Natanjel,”int l-Iben ta’ Alla, inti s-sultan ta’ Iżrael!” Ġesù wieġbu: “Qiegħed temmen għax għedtlek li rajtek taħt is-siġra tat-tin? … Kompli aqra »

RIFLESSJONI MILL-KNISJA IRLANDIŻA DWAR XI JFISSER LI TKUN FERĦAN

Il-Ħadd li ġej fl-Iralnda se jinżamm il-jum annwali ddedikat lill-ħajja, dis-sena se jkollu t-tema “Sejħa għas-solidarjeta u t-tama fi żminijiet diffiċli”. L-attivita, dis-sena, hu maħsub li tirrifletti fuq “xi jfisser li wieħed ikollu ħajja mimlija bil-ferħ”. Hekk intqal fi stqarrija tal-Isqfijiet tal-pajjiż, li antiċipaw dak li se jsir fil-Jum iddedikat lill-Ħajja.

It-tema magħżula hu mifhum li nibtet miż-żjara li l-Papa Benedittu XVI għamel is-sena li għaddiet fl-Ingilterra, meta qal li “l-ferħ hu xi ħaġa li kulħadd irid, pero hi waħda mill-ikbar traġedji fid-dinja li ħafna nies ifittxu l-ferħ u ma jsibuh qatt, għax ikunu jfittxuh f’postijiet żbaljati… Kompli aqra »

Il-Knisja tagħti merħba liż-żgħażagħ

Il-Knisja f’Malta laqgħet lura b’mod uffiċjali liż-żgħażagħ mill-esperjenzi tagħhom tas-sajf waqt l-attività ‘World Café’. Din l-attività saret il-bieraħ filgħaxija, it-Tlieta 27 ta’ Settembru,  f’Savio College, Ħad-Dingli. Aktar minn 130 parteċipant inġabru madwar l-imwejjed biex jaqsmu bejniethom l-esperjenzi personali fil-volontarjat, fil-missjoni u fil-pellegrinaġġ tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ matul is-sajf.

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ndirizza liż-żgħażagħ permezz ta’ kollegament bit-telefon peress li ma setgħax jattendi għal din l-attività… Kompli aqra »

L-ISQOF MARIO GRECH JIBDA MAWRA FL-AWSTRALJA

L-Isqof ta’ Għawdex, Mons Mario Grech, ħalla Malta biex jibda l-mawra tiegħu fl-Awstralja fejn se jiltaqà ma’ dawk li hu sejjaħ “ħutna tal-Awstralja”.

Mons Mario Grech mistenni jdum l-Awstalja għal ftit aktar minn xahar. Wera entużjażmu u ħerqa biex jiltaqa’ mal-komunità Maltija li tinsab f’dan il-kontinent. F’kummenti lil RTKnews qabel beda l-vjaġġ tiegħu għall-Awstralja, qal li jinsab kuntent li se jkollu l-opportunità li jagħmel dan il-vjaġġ… Kompli aqra »