Arkivji mensili: Settembru 2011

‘ALLA TIEGĦI, ALLA TIEGĦI, GĦALIEX TLAQTNI?’

Minn Castelgandolfo, il-Papa Benedittu XVI wassal ir-riflessjoni tiegħu f’katekeżi oħra minn sensiela, din id-darba iffoka fuq l-ewwel parti ta’ Salm numru 22, b’approfondiment fuq it-talb ta’ supplikazzjoni lil Alla.

Is-Salm, li jitfaċċa mill-ġdid fin-narrazzjoni tal-passjoni ta’ Kristu, jippreżenta l-figura ta’ bniedem innoċenti persegwitat u mdawwar bl-avversarji jfittxu l-mewt tiegħu. Idawwar ħarstu lejn Alla u jitlob b’ton ta’ lamentazzjoni pero b’fiduċja sħiħa lejn Alla, li misterjożament tinbidel f’tifħir… Kompli aqra »

DELEGAT ĠDID GĦALL-EDUKAZZJONI NISRANIJA

L-Arċisqof Pawlu Cremona nnomina lil Fr Charles Mallia Ph.D., O.Carm., biex ikun id-Delegat tiegħu għall‑Edukazzjoni Nisranija. Hu ser jieħu post Fr Dominic Scerri O.P. li ilu jokkupa din il-kariga għal dawn l-aħħar għoxrin sena.

B’din il-ħidma ġdida Fr Charles se jkompli fuq ix-xogħol li  ilu jwettaq b’risq l-iskejjel tal-Knisja. Matul dawn it‑tnejn u għoxrin sena huwa kien is-Segretarju tal-Private Schools Association u għal ħmistax-il sena kien ir‑rappreżentant ta’ din l-għaqda tal-kapijiet tal-iskejjel indipendenti fuq il-Bord tal-MATSEC… Kompli aqra »

TFITTEX LIL WIĊĊU F’DAWK LI HUMA MTAQQLIN

Dr Joe Zammit, tabib, ser jaqsam il-ħsibijiet tiegħu dwar il-ħajja u l-mewt.  Kirsten Pulis flimkien ma xi tfal ser ituna sorpriża ħelwa ħafna f’dan il-programm.  M’hemmx dubju li l-faxxinu ta l-Art Imqaddsa jkompli jħeġġiġna biex naraw wiċċ Ġesu anke bl-esperjenza ta Marthese Busuttil meta marret ‘Via Dolorosa’.  F’dan il-programm hemm ukoll esperjenza qawwijja ħafna min raġel li għadda tul ta żmien fil-vizzju ta l-Alkohol u ser jgħidilna kif bl-għajnuna t’Alla u tal-familja u ħbieb,  irnexxielu jeħles u jgħeleb dan il-vizzju tant ikrah! … Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 14 ta’ Settembru

L-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes

John 3,13-17

Ħadd ma tela’ s-sema ħlief Bin il-bniedem, li niżel mis-sema. U kif Mosè rafa’ s-serp  fid-deżert, hekk jeħtieġ li jkun merfugħ Bin il-bniedem, biex kull min jemmen fih ikollu l-ħajja ta’ dejjem. Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 13 ta’ Settembru

Luqa 7, 11-17

Wara dan imbagħad mar f’belt jisimha Najn, u marru miegħu d-dixxipli tiegħu u kotra kbira ta’ nies.  Kif wasal qrib il-bieb  tal-belt, kienu qegħdin iġorru wieħed mejjet li ommu, mara armla, ma kellhiex ħliefu; u magħha kien hemm għadd ġmielu ta’ nies mill-belt. Kif raha l-Mulej tħassarha.”Tibkix” qalilha.  Resaq, u mess it-tebut… Kompli aqra »

RIFJUT TAL-VJOLENZA BĦALA SOLUZZJONI GĦALL-PROBLEMI

Pope during Eucharist

F’għeluq il-quddiesa li ġabet fi tmiem il-25 Kungress Ewkaristiku Nazzjonali, il-Papa Benedittu XVI talab it-talba tal-Angelus fit-tarzna ta’ Ancona. Qabel ir-reċita tat-talba Marjana, il-Kap tal-Kattoliċi fakkar lil dawk kollha preżenti li “l-Angelus jistedinna biex nimitaw lil Marija l-iktar Qaddisa fil-kontemplazzjoni tal-għajn ta’ mħabba li minnha joħroġ is-Sagrament tal-Ewkaristija”. Il-misteru ewkaristiku qal li “iġib ħajja l-preżenza ta’ Kristu mqajjem mill-mewt, Hu li hu għajn ta’ tama u serħan fil-ħajja tagħna ta’ kuljum, speċjalment fil-mumenti l-iktar diffiċli”.’

Fl-għaxar anniversarju mill-attakki fuq l-Istati Uniti tal-Amerika, li seħħew preċisament nhar il-11 ta’ Settembru 2001,  il-Papa fada f’idejn Alla lill-vittmi u l-familjari tagħhom… Kompli aqra »

F’OTTUBRU L-KNISJA TIFTAĦ ŻEWĠ SKEJJEL PRIMARJI ĠODDA

F’Ottubru li ġej il-Knisja se tiftaħ żewġ skejjel primarji ġodda, waħda fis-Seminarju tal-Virtù, u l-oħra fil-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl. Il-Kulleġġ Santu Wistin qed jistenna l-permess tal-MEPA biex jibda l-bini ta’ skola primarja oħra.

“Sar sforz straordinarju biex kollox jitlesta u biex l-iskola primarja tibda b’mod normali mal-iskejjel l-oħra,” qal Fr David Cilia, is-Surmast tal-iskola tas-Seminarju lil IL-ĠENSillum online. “Bi pjaċir ngħid li l-iskejjel tal-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl u s-Seminarju Malta se jilqgħu l-istudenti l-ġodda fil-livell primarju fl-iskejjel il-ġodda.”

Fr Cilia kompla jgħid li s-Seminarju se jospita l-istudenti ta’ Santu Wistin għal din is-sena sa ma tinbena l-iskola tagħhom matul is-sena skolastika li ġejja… Kompli aqra »

ĊELEBRAZZJONIJIET FL-OKKAŻJONI TAL-FESTA TA’ SAN FRANĠISK

Fl-okażżjoni tal-Festa ta’ San Franġisk, Il-Patrijiet Franġiskani, flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Ħamrun nhar is-Sibt 17 ta’ Settembru fit-8 ta’ filgħaxija ser jorganizzaw lejla ta’ kant, ikel u logħob kif ukoll tberik tal-annimali nhar il-Ħadd 18 ta’ Settembru fl-10 ta’ filgħodu fil-wesgħa ta’ quddiem il-knisja. Fit-8.30 ta’ filgħodu jibda’ marċ mill-Banda tal-Iscouts u fid-9.00 am ikun hemm Quddiesa. Kompli aqra »

IL-KONFERENZA TAL-KUMMISSJONIJIET ĠUSTIZZJA U PAĊI TAL-EWROPA

THE CONFERENCE OF EUROPEAN JUSTICE AND PEACE COMMISSIONS

“Inter-religious and intercultural relations – chances and challenges for our solidarity”

An Albanian contribution to the construction of Europe

Representatives of the 30 national commissions, including Malta, that constitute the Conference of European Justice and Peace Commissions (Justice and Peace Europe) will meet in Albania between the 16th and 20th of September 2011 for the annual international workshop and general assembly… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 12 ta’ Settembru

Luqa 7, 1-10

Meta spiċċa jgħid lin-nies kull ma kellu jgħidilhom, daħal Kafarnahum. U jkun hemm ċenturjun li kellu qaddej għażiż ħafna għalih, li kien marid u wasal fl-aħħar. Iċ-ċenturjun sama’ b’Ġesù u bagħatlu xi wħud mix-xjuħ tal-Lhud biex jitolbuh jiġi jfejjaqlu l-qaddej. Dawk marru quddiem Ġesù u bdew jitolbuh b’ħerqa kbira u jgħidulu: “Jixraqlu li tagħmillu dan, għax hu jgħożż il-ġens tagħna, u kien hu li bnielna s-sinagoga.” Ġesù mar magħhom, u ma kienx ‘il bogħod wisq mid-dar meta ċ-ċenturjun bagħat jgħidlu ma’ xi ħbieb: “Sinjur, toqgħodx tinqala’, għax jien ma jistħoqqlix li tidħol taħt is-saqaf tiegħi; għalhekk ħassejt li anqas kien jistħoqqli niġi nsibek jiena stess… Kompli aqra »