Arkivji mensili: Ottubru 2011

SEJJAĦTLI & UĊUH

SEJJAĦTLI fuq Favourite TV nhar il-Ħadd 9 t’Ottubru 2011 fis-6.30pm u UĊUĦ fuq NET TV nhar il-Ħadd 9 t’Ottubru fl-10.30am

Matul din l-iskeda l-ġdida Sejjaħtli ser ikun qed iwassal messaġġ pożittiv permezz ta’ drama mmprovizzat fl’istudio minn atturi li jirrappreżentaw karattri rejali. Filwaqt li nidħlu fil-ħajja tal-persunaġġi waqt li jiġu trattati temi varji,Sejjaħtli ser iħares fil-fond lejn iċ-ċirkostanzi li setgħu ġew jew evitati jew ittratti b’mod differenti biex ir-riżultat ma jkunx traġiku… Kompli aqra »

DIRETTUR ĠDID TAL-APPOSTOLAT TAL-BAĦAR

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. nnomina lil Fr Joe Borg biex ikun Direttur tal-Appostolat tal-Baħar.

Fr Borg twieled Ħal Qormi (Parroċċa San Bastjan) nhar is-7 ta’ Frar 1943. Irċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi u fis-Seminarju Minuri. F’Ottubru tal-1962 beda l-kors tal-Filosofija u t-Teoloġija fl-Università ta’ Malta u ġie ordnat saċerdot fl-1970. L-ewwel ħidma pastorali tiegħu kienet fil-parroċċa ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi, fejn għal perijodu ta’ ħames snin kien viċi-kappillan… Kompli aqra »

IT-TRIBUNAL TAL-KNISJA BI SPIŻA TA’ KWAŻI €550,000

Matul is-sena li għaddiet il-Knisja tat kontribut ta’ €546,000 biex tagħti servizz pastorali fit-Tribunal tagħha. L-ispiża tkopri ż-żewġ Tribunali li għandha l-Knisja f’Malta, jiġifieri dak tal-Ewwel Istanza u dak Reġjonali tal-Appell, jew kif jissejjaħ, dak tat-Tieni Istanza.

Fl-istess waqt, dawk li ngħataw servizz mit-Tribunal bejniethom taw kontribut li jlaħħaq il-€103,000, biex b’hekk il-Knisja tkun ħarġet sussidju ta’ ftit aktar minn €443,000 għall-operat tat-Tribunal fl-2010… Kompli aqra »

ADORAZZJONI GĦAL VOKAZZJONIJIET

Mhux intom għażiltuni imma jien għażiltkom …

… ejja itlob magħna għal aktar vokazzjonijiet fil kappella tal-kurja, l-Furjana. (Dħul minn quddiem id-depot)

Nhar il-Ħadd 9 ta’ Ottubru:

9.00 a.m. Rużarju

9.30 a.m. Quddiesa

10.15 a.m. Adorazzjoni sal-10.50 a.m.

Organiżżat miċ-Ċentru Vokazzjonjiet, Is-Seminarju, Tal-Virtu’ – Rabat 21450354 Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IŻUR L-ISKOLA TA’ SAN ĠORĠ PRECA FL-ALBANIJA

Waqt żjara fl-Albanija għal Konferenza tal-Isqfijiet Ewropej bejn it-28 ta’ Settembru u s-6 ta’ Ottubru 2011, l-Arcisqof Pawlu Cremona O.P. żar lill-istudenti tal-Kulleġġ San Ġorġ Preca, f’Korca, l-Albanija. Fir-ritratti jidher ukoll l-Isqof Malti George Frendo (Isqof Awżiljarju ta’ Tirana-Durres) filwaqt li fil-group photo jidhru l-patrijiet Dumnikani u l-membri tal-MUSEUM li qed jagħtu servizz pastorali fl-Albanija. L-Arċisqof wasal lura Malta il-Ħamis, 6 ta’ Ottubru… Kompli aqra »

BIL-KELMA T-TAJBA

Bil-Kelma t-tajba – Is-Sibt 8.10.2011fuq One TV fit-3.30pm b’repetizzjoni l-Ħadd fis- 7.30am.

Bil-Kelma t-Tajba jirritorna fl-iskeda ġdida ta’ programmi fuq ONE TV minn nhar is-Sibt 8 t’Ottubru fit-3.30pm b’ripetizzjoni l-Ħadd fis-7.30 ta’ filgħodu. F’dan l-ewwel programm, li ser jixxandar mill-istudio ta’ ĊAM Productions International, il-preżentatur Edward Wright se jkollu miegħu grupp ta’ adoloxxenti subien u bniet u flimkien magħhom ser jiddiskuti xi valuri li joħorġu mill-Vanġelu tat-28 Ħadd matul is-Sena Liturgika… Kompli aqra »

STUDJU JURI LI S-SAĊERDOTI HUMA KUNTENTI U JAPPREZZAW IĊ-ĊELEBAT TAGĦHOM

Hapiness in priesthood

Intervista ma’ Monsinjur Stephen Rossetti

Mons Rossetti qal li s-saċerdoti, b’mod ġenerali, huma fost l-iktar membri ferħana tas-soċjeta, u kontra l-opinjoni sekulari, ħafna minnhom jabbraċċaw iċ-ċelebat tagħhom bħala aspett pozittiv tal-istess vokazzjoni tagħhom. Dawn kienu wħud mill-konkluzjonijiet li Mons Rossetti għamel fil-ktieb tiegħu “Why priests are happy”, pubblikazzjoni ta’ Ave Maria Press mnedija fl-aħħar jiem.

L-awtur li bħalissa qed jokkupa l-kariga ta’ ko-dekan għal programmi ministerjali u għas-seminarju fl-Universita Kattolika Amerikana… Kompli aqra »

APPELL MILL-PAPA GĦALL-GĦAJNUNA LIL DAWK BIL-ĠUĦ FL-AFRIKA

Fammine in Africa. Pope appeals for aid.

Wara l-katekeżi tiegħu ta’ kull nhar t’Erbgħa, din il-ġimgħa, il-Papa Benedittu XVI appella għall-għajnuna lill-vittmi tal-ġuħ fl-Afrika.

Kif temm il-ħsibijiet tiegħu mnebbħa minn Salm 23 fejn aċċenna għall-importanza tat-talb li jimplika fiduċja f’Alla li hu tajjeb, il-Kap tal-Kattoliċi appella lill-komunita internazzjonali sabiex tgħin lill-kontinent Afrikan. Fl-isfond tar-riflessjoni tiegħu dwar il-qrubija lejn Alla li fi kliemu kapaċi tittrasforma r-realta, il-Papa qal li qed ikomplu jaslu mill-kontinent Afrikan aħbarijiet drammatiċi dwar il-ġuħ li qed jaħkem ħafna nies… Kompli aqra »

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA MILL-MSSP

On the 4th October 2011, Fr Bernard Mangion MSSP, Superior General of the Missionary Society of St Paul, recieved a note from the Congregation for the Doctrine of Faith that confirmed the decision of the Penal Administrative Process with regards to the case of Fr Conrad Sciberras MSSP. This says that “since moral certainty has not been attained that Fr Conrad Sciberras is being found guilty of having sexually abused a number of minors in the terms of current Jurisprudence”, a negative decision was given as to whether Fr Conrad Sciberras sexually abused minors… Kompli aqra »

SEMINAR GĦAD-DJAR TA’ PRODUZZJONI TAT-TV FI ĦDAN IL-KNISJA

Is-Segretarjat għall-mezzi ta’ Komunikazzjoni Soċjali organizza seminar għal dawk kollha li b’xi mod huma nvoluti fil-produzzjoni u/jew prezentazzjoni ta’ programmi reliġjużi u soċjo-reliġjużi. Għal dan is-seminar attendew membri mit-team ta’ produzzjoni mic-CAM Productions International, membri mit-TV Unit tal-MediaCentre u membri mill-Komunità Marana Thà li jipproduċu u jippreżentaw il-programm 4given li jixxandar fuq Net TV matul ix-xhur tas-sajf.

Id-dar ta’ produzzjoni ĊAM hija responsabbli mill-programmi Għażliet (Edu 22), Uċuħ (Net TV), Sejjaħtli (Favourite) u bil-Kelma t-Tajba (One) filwaqt li t-TV Unit tal-Media Centre jipproduċi l-programmi Qalbinnies (TVM) u Kelma għall-Ħajja (TVM), u huwa responsabbli wkoll mix-xandira tal-Quddiesa ta’ nhar ta’ Hadd (TVM)… Kompli aqra »