Arkivji mensili: Ottubru 2011

L-ISQOF GRECH IKOMPLI BIŻ-ŻJARA PASTORALI TIEGĦU FL-AWSTRALJA

L-Isqof Mario Grech ilbieraħ kompla biż-żjara pastorali tiegħu fl-Awstralja bi żjara ta’ kortesija lill-Isqof ta’ Paramatta, Mons Anthony Fisher OP fil-Kurja. Din iż-żjara saret l-aktar għaliex f’din id-Djoċesi, li twaqqfet 25 sena ilu, hawn joqogħdu ħafna emigranti Maltin u Għawdxin.

Paramatta hi multi-etnika b’madwar 110 lingwa differenti! Anke ir-realtà reliġjuża hi varjata, għax barra li wieħed minn tlieta tal-popolazzjoni jgħidu li ma jħaddnu ebda twemmin, hemm reliġjonijiet oħra, bħalma huma l-Ħindu u l-Islam… Kompli aqra »

GĦAŻLIET

GĦAŻLIET – Il-Ħamis –  6.t’Ottubru 2011 – fuq Education 22,  fis-1.30.pm, b’repetizzjoni fis-6.00pm u fil-11.00pm, u b’repetizzjoni l-Ħadd 9 t’Ottubru 2011 fl-10.15am

F’ dan il-programm Christine ser tlaqqgħana mal-maestro Sigmund Mifsud, isem magħruf sew fil-qasam tal-mużika.  Il-Maestro hu wkoll involut ħafna u jgħin ħafna fil-volontarjat.   Xi jġiegħel żgħażugħ jgħin u anke jagħmel ħafna sagrifiċċji biex itella’ kunċert b’risq il-karita’?

Minn meta bdiet in-namra tiegħu għall-mużika, tant li mhux biss idoqq xi strumenti mużikali imma anke jidderieġi orkestri kemm f’Malta u anke barra minn Malta?   … Kompli aqra »

IR-RWOL TAL-EDUKAZZJONI LI TARRIKKIXXI L-PAJJIŻ

A teacher with her students in class

Il-Kardinal Tarcisio Bertone, Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, tkellem dwar l-importanza tal-iskejjel fejn id-dimensjoni reliġjuża tista’ timmanifesta ruħha bħala potenzjal pożittiv mill-iktar essenzjali għall-iżvilupp uman sħiħ.

Meta nhar il-Ħadd li għadda kien qed jirrappreżenta lill-Papa Benedittu XVI fiċ-ċerimonja ta’ beatifikazzjoni ta’ Antonia Maria Verna, li saret fil-katidral Taljan ta’ Ivrea, Mons Bertone, fl-omelija, fisser li ħafna drabi… Kompli aqra »

IS-SANTA SEDE TIDDISKUTI ‘PROBLEMI TAL-FAMILJA’ FIL-ĠNUS MAQGĦUDA

Archbishop Dominique Mamberti

L-Arċisqof Dominique Mamberti, Segretarju għar-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi differenti, indirizza s-66 Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda u rrifletta dwar il-problemi ewlenin li qed jolqtu lill-familja.

“L-isfidi quddiem il-komunita internazzjonali huma numerużi u diffiċli. Għaldaqstant, huma sfidi li jġibu fid-deher l-interdipendenza profonda li teżisti fi ħdan il-‘familja ta’ pajjiżi’, li tħares lejn il-Ġnus Maqgħuda bħala strument importanti fl-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet għall-problemi internazzjonali ewlenin”, qal Mamberti… Kompli aqra »

LAQGĦA ANNWALI TA’ DISCERN – NEWMAN DWAR IL-KUXJENZA

On Tuesday 4th October, 2011, DISCERN will be holding their annual lecture entitled ‘Newman on Conscience’. This lecture will be delivered by Ian Ker, a Senior Research Fellow at St Benet’s Hall in Oxford.

The lecture will be held at the Hotel Phoenicia at 7.00 p.m. Kompli aqra »

3-9 ta’ Ottubru

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

Il-Ħamis

1.10 p.m. L-Arċisqof jirritorna mill-vjaġġ tiegħu mill-Albanija wara laqgħa tal-Konferenza tal-Isqfijiet Ewropej.

6.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-għalliema, il-Kurja.

Il-Ġimgħa

10.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-10 anniversarju tal-MCAST, fil-campus tal-kulleġġ, Paola.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Finanzjarju Djoċesan, il-Kurja… Kompli aqra »

ORDINAZZJONI TA’ MONS EMANUEL BARBARA OFM CAP BĦALA ISQOF TA’ MALINDI FIL-KENJA

Nhar is-Sibt l-1 ta’ Ottubru 2011, Mons Emanuel Barbara OFM Cap gie ordnat Isqof ta’ Malindi fil-Kenja. Ic-cerimonja li bdiet fid-9am u ntemmet fis-2pm (hin lokali f’Malta) saret fil-miftuh fi skola primarja tal-belt ta’ Malindi.

Messaġġ mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. lil Isqof Emanuel Barbara Ofm Cap fl-okkażjoni tal-ordinazzjoni episkopali tiegħu.

Agħfas Hawn biex tara il-curriculum vitae ta Mons… Kompli aqra »

IL-KWALITÀ TAL-ĦAJJA NISRANIJA – OTTUBRU 2011

Ħutna,

Qegħdin niktbu din l-ittra tagħna wara mumenti ta’ skiet u riflessjoni. Xtaqna li dan il-kliem ngħiduh f’mument ta’ kalma, bit-tama li jidħol fil-qalb ta’ kull wieħed u waħda minna. Inħossu li hemm bżonn jittieħdu deċiżjonijiet importanti fuq il-kwalità tal-ħajja nisranija ta’ kull wieħed u waħda minna. Dawn id-deċiżjonijiet jgħinuna biex ikollna Knisja li tkun ħmira għas-soċjetà ta’ llum. Qegħdin ngħaqqdu din l-Ittra Pastorali max-xahar ta’ Ottubru, biex ngħaqqduha max-xahar tar-Rużarju, ħalli tkun imsaħħa minn din it-talba lil Marija Santissima… Kompli aqra »

F’OTTUBRU, IL-PAPA JITLOB GĦAL DAWK MORDA B’MARD TERMINALI

Pope Praying

Il-Papa Benedittu XVI qal li matul dan ix-xahar t’Ottubru, fl-intenzjonijiet tat-talb tiegħu se jżomm fuq quddiemnett lil dawk morda b’mard terminali sabiex isibu l-appoġġ meħtieġ fl-imħabba ta’ dawk l-iktar qrib tagħhom.

L-Appostolatura ta’ talb ħabbret bħal ma tagħmel dejjem fi ftuħ kull xahar ġdid, l-intenzjonijiet tal-Papa għat-talb tiegħu matul dak ix-xahar.

L-intenzjoni ġenerali għat-talb tiegħu f’Ottubru qalet li hi “sabiex dawk morda b’mard terminali isibu l-appoġġ permezz tal-istess fidi tagħhom f’Alla u fl-imħabba ta’ dawk l-iktar qrib tagħhom”… Kompli aqra »

ID-DIVORZJU:’JALLA L-LIĠI TKUN QAWMIEN TA’ KUXJENTIZZAZZJONI FAVUR IT-TISĦIĦ TAL-FAMILJA U Ż-ŻWIEĠ’

“Jalla din il-liġi ġdida tkun qawmien ta’ kuxjentizzazzjoni u impenn nazzjonali u ekkleżjali favur it-tisħiħ tal-familja u ż-żwieġ!” Hekk awgura l-Professur Rev Emmanuel Agius, Dekan tal-Fakultà tat-Teoloġija f’kumment li ta lbieraħ lil IL-ĠENSillum online.

Illum qed tinkiteb paġna ġdida fl-istorja ta’ pajjiżna, meta Malta tingħaqad mal-kumplament tad-dinja bid-dħul tal-liġi dwar id-divorzju. Dan wara li s-Sibt, 28 ta’ Mejju li għadda, il-poplu Malti vvota waqt referendum biex Malta tintroduċi liġi li tippermetti d-divorzju… Kompli aqra »