Arkivji mensili: Diċembru 2011

KONFERENZA NAZZJONALI ‘BIŻŻEJJED GĦAL KULĦADD’

Nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Diċembru 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ipparteċipa f’Konferenza Nazzjonali ‘Biżejjed għal Kulħadd’ organizzat mill-Kummissjoni Interdjoċesana għall-Ambjent, il-Kurja.

AGĦFAS HAWN biex taqra l-messaġġ tal-Arċisqof f’din l-okkażjoni

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JILTAQA’ MAL-KUMMISSJONIJIET TAL-LITURĠIJA, TAD-DJAKONIJA U L-KUNSILL PASTORALI MDINA

Nhar il-Erbgħa 7 ta’ Diċembru 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija u Pastorali tal-Imdina. Aktar tard, l-Arċisqof iltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija u  spiċċa billi ltaqa’ mal-Kummissjoni Pastorali Parrokkjali u mal-Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu tal-Imdina.

AGĦFAS HAWN biex tara aktar ritratti taż-żjara pastorali tal-Arċisqof fl-Imdina

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

IL-PAPA: IL-FAMILJI NSARA HUMA FIL-QALBA TAL-EVANĠELIZZAZZJONI

Family

Il-Papa qal li l-familji nsara huma msejħa sabiex jilqgħu, juru u jxerrdu l-imħabba u l-preżenza ta’ Kristu fid-dinja. Fi kliemu, familja imsejsa fuq żwieġ bejn raġel u mara, miftuħa għall-ulied, “huwa spazju uman miftuħ għall-esperjenza ma’ Kristu”.

Il-Papa kien qed jindirizza lill-membri tal-Kunsill Pontifiċju tal-familja. Il-Kunsill, imwaqqaf mill-Papa Ġwanni Pawlu II, kien qed jiċċelebra t-30 anniversarju mit-twaqqif tiegħu b’iffukar fuq ir-rwol tal-familja għal “evanġelizzazzjoni ġdida”… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 12 ta’ Dicembru

Mattew 21,23-27

Ġesù daħal fit-tempju, u, waqt li kien qiegħed jgħallem, resqu fuqu l-qassisin il-kbar u x-xjuħ tal-poplu u qalulu: “Int b’liema setgħa qiegħed tagħmel dan kollu? U min tahielek din is-setgħa?” U Ġesù qalilhom: “Ħa nagħmlilkom mistoqsija waħda jien ukoll: jekk tweġbuni għaliha, jien ukoll ngħidilkom b’liema setgħa qiegħed nagħmel dan kollu… Kompli aqra »

IL-KNISJA F’MALTA B’AKTAR INVESTIMENT FL-EDUKAZZJONI

F’temp ta’ tlett xhur l-Knisja f’Malta fetħet tlett skejjel ġodda. Bħalissa għaddej il-bini tar-raba’ waħda.

Fit-22 ta’ Settembru li għadda l-iskola tas-Soċjetà tal-MUSEUM, is-St Michael School, li tinsab f’Santa Venera, inawgurat sular ġdid biex tkun tista’ tilqa’ fiha aktar studenti.

Fil-bidu t’Ottubru l-iskola Primarja tas-Seminarju ta’ Malta laqgħet l-ewwel studenti tagħha. L-iskola nbniet b’investiment ta’ €8 miljun… Kompli aqra »

12 – 18 ta’ Diċembru

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

6.00 p.m. L-Arċisqof jindirizza laqgħa fl-okkażjoni tal-50 anniversarju tal-Organiżazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni, fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

It-Tlieta

10.00 a.m. L-Arċisqof jattendi ċ-ċelebrazzjonijiet fl-okkażjoni ta’ Jum ir-Repubblika, il-Belt Valletta.

L-Erbgħa

9.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-kapijiet tal-iskejjel tal-Knisja għal bdil tal-awguri tal-Milied, fil-Kurja… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 11 ta’ Dicembru

It-Tielet Hadd tal-Avvent

Ġwanni 1,6-8,19-28

Kien hemm raġel mibgħut minn Alla, jismu Ġwanni. Dan ġie bħala xhud, biex jixhed għad-dawl, biex bih kulħadd jemmen. Ġwanni ma kienx id-dawl, imma ġie biex jixhed għad-dawl, Ix-xhieda ta’ Ġwanni kienet din: meta l-Lhud ta’ Ġerusalemm bagħtu għandu xi qassisin u Leviti biex jistaqsuh, “Int min int?”, hu stqarr bla ma ċaħad: “Jien m’iniex il-Messija.” Huma reġgħu staqsewh: “Mela min int? … Kompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-ARĊISQOF WAQT IL-KONFERENZA ‘BIŻŻEJJED GĦAL KULĦADD’

Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

10 ta’ Diċembru 2011

Bonġu lil kulħadd,

Qed nieħu gost li din il-konferenza ġiet organizzata mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent partikolarment għaliex xi kultant ikollna l-kunċett li lil Alla l-Imbierek jinteressah biss minn dak li jiġri wara din il-ħajja. Iżda nafu li Alla, li ħalaq id-dinja, jinteressah li d-dinja timxi ’l quddiem għall-ġid tal-bniedem… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 10 ta’ Dicembru

Mattew 17,10-13

U d-dixxipli staqsewh: “Mela kif jgħidu l-kittieba li l-ewwel għandu jiġi Elija?”  Hu weġibhom: “Elija jiġi, iva, u jerġa’ jqiegħed kollox f’postu. Imma ngħidilkom: Elija ġa ġie, u huma baqgħu ma għarfuhx, imma ġiebu ruħhom miegħu kif għoġobhom. Hekk ukoll Bin il-bniedem għandu jsofri minnhom.”  Mbagħad id-dixxipli fehmu li hu kien qiegħed jgħidilhom għal Ġwanni l-Battista… Kompli aqra »

GĦALL-QADI TAL-FOQRA

L-Arċidjoċesi ta’ Malta nhar il-Ħadd li għadda ċċelebrat għall-ewwel darba ‘Jum is-Saċerdot’. Għal dan il-għan, ħsibt li naqsam l-esperjenza tiegħi magħkom, qarrejja ta’ dan il-ġurnal.

Illum, lili ħafna nies jassoċjawni mal-Caritas u bir-raġun għax jiena ili naħdem f’dan il-qasam għal dawn l-aħħar 34 sena. Din il-ħidma m’għażiltix jien, imma nemmen li għażilha Alla għalija permezz tas-superjur tiegħi. Ix-xogħol tiegħi fil-Caritas hu għal qalbi ħafna għax jiena dejjem ħassejtha parti ntegrali mill-vokazzjoni tiegħi li nkun viċin dawk li huma l-aktar fil-bżonn; il-foqra… Kompli aqra »