Arkivji mensili: Diċembru 2011

Il-Vanġelu tal-Jum 17 ta’ Dicembru

Mattew 1, 1-17

Ktieb in-nisel ta’ Ġesù Kristu, bin David, bin Abraham. Abraham nissel lil Iżakk, Iżakk nissel lil Ġakobb, Ġakobb nissel lil Ġuda u lil ħutu, Ġuda nissel lil Fares u lil Żaraħ minn Tamar, Fares nissel lil Ħesron, Ħesron nissel lil Aram, Aram nissel lil Għamminadab, Għamminadab nissel lil Naħson, Naħson nissel lil Salmon, Salmon nissel lil Bogħaż minn Raħab, Bogħaz nissel lil Għobed minn Rut, Għobed nissel lil Ġesse, Ġesse nissel lil David, is-sultan… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JIĊĊELEBRA QUDDIESA TAL-MILIED GĦAT-TFAL

Nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Diċembru 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P.  iċċelebra Quddiesa għat-tfal tal-iskejjel fl-okkażjoni tal-Milied, fil-KonKatidral ta’ San Ġwann.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinkisbu mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

STABBILITI D-DATI GĦAĊ-ĊELEBRAZZJONIJIET TAL-JUM DINJI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ 2013

WYD 2013

Kienu stabbiliti d-dati uffiċjali għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ 2013. Dawn intqal li se jkunu qed isiru bejn it-23 u t-28 ta’ Lulju. Id-dati ntagħżlu f’laqgħa li ilha għaddejja mit-Tnejn f’Ruma, bejn il-Kunsill Pontifiċju tal-Lajċi u l-Kumitat Organizzattiv lokali.

Il-Kumitat huwa magħmul mill-Arċisqof Orani João Tempesta, flimkien ma’ żewġ Isqfijiet u uffiċjali oħra. Il-Kumitat għad irid jiddeċiedi fuq x’logo se jkun qed jintuża fil-promozzjoni taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ li jmiss… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 16 ta’ Dicembru

Ġwanni 5,33-36

Intom bgħattu tistaqsu lil Ġwanni, u hu ta xhieda għall-verità. Mhux għax jien għandi bżonn ix-xhieda ta’ bniedem, imma qiegħed ngħidilkom dan  għas-salvazzjoni tagħkom. Għax dak kien musbieħ jixgħel u jiddi, u intom, għal ftit, ridtu tifirħu bid-dawl tiegħu. Iżda jien għandi xhieda akbar minn dik ta’ Ġwanni; għax l-għemejjel li tani l-Missier biex intemmhom, jiġifieri dawn l-istess għemejjel li jiena qiegħed nagħmel, jixhdu għalija li kien il-Missier li bagħatni… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 15 ta’ Dicembru

Luqa 7, 24-30

Xħin il-messaġġiera ta’ Ġwanni telqu, Ġesù qabad ikellem lin-nies fuq Ġwanni: “Xi ħriġtu taraw fid-deżert? Qasba tixxejjer mar-riħ? Imma intom xi ħriġtu taraw? Raġel liebes l-ilbies fin? Dawk li jilbsu sabiħ, u jgħixu fit-tlellix, fil-palazzi tas-slaten issibhom! Mela għalfejn ħriġtu? Biex taraw profeta? Iva, ngħidilkom, anzi xi ħaġa iżjed minn profeta… Kompli aqra »

FIT-TALB, ĦA NAFDAW FIR-RIEDA TAL-MISSIER

Fl-aħħar udjenza ġenerali tiegħu, il-Papa Benedittu XVI kompla bil-katekeżi tiegħu dwar it-talb u qal li “wieħed jeħtieġlu jħares lejn l-eżempju ta’ Ġesu stess waqt it-talb, partikolarment fil-kuntest tal-mirakli tal-fejqan. Kemm il-fejqan ta’ bniedem trux (Mk 7: 32-37) u anki l-qawmien ta’ Lazzru (Ġw 11:1-44) juru lil Ġesu jitlob quddiem każi ta’ tbatija umana. It-talb tiegħu f’tali okkażjonijiet, juruh mhux biss jidentifika lilu nnifsu mat-tbatija tal-individwu, iżda juruh ukoll f’relazzjoni speċjali ma’ Alla… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 14 ta’ Dicembru

Luqa 7,19-23

Id-dixxipli ta’ Ġwanni marru jwasslulu dan kollu. Hu sejjaħ tnejn minnhom maġenbu, u bagħathom għand il-Mulej biex jistaqsuh: “Inti huwa dak li għandu jiġi, jew nistennew lil ħaddieħor?” Kif dawk it-tnejn waslu ħdejh qalulu: “Ġwanni l-Battista bagħatna għandek biex nistaqsuk: Inti huwa dak li għandu jiġi, jew nistennew lil ħaddieħor?” Dak il-ħin stess Ġesù fejjaq ħafna nies mill-mard, mit-tbatijiet u mill-ispirti ħżiena, u lil bosta għomja għoġbu jagħtihom id-dawl… Kompli aqra »

IL-PAPA JINDIRIZZA LILL-AMERIKA LATINA

Latin America

F’ċelebrazzjoni liturġika speċjali fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan it-Tnejn filgħaxija, il-Papa Benedittu XVI saħaq fuq id-dritt tal-ħajja għal dawk li jkunu għadhom mhux imwielda u appella wkoll lill-pajjiżi sabiex jikkonfrontaw b’mod effettiv l-isfidi ta’ ġustizzja pubblika u soċjali li għandhom quddiemhom.

Il-Papa ħabbar ukoll l-intenzjoni tiegħu li jagħmel vjaġġ appostoliku lejn Kuba u l-Messiku qabel l-Għid tas-sena d-dieħla. Huwa qal li xtaq li hemm ukoll “jippriedka l-Kelma ta’ Kristu” u jħeġġeġ għal evanġelizzazzjoni b’fidi vera, b’tama ħajja u b’imħabba… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 13 ta’ Dicembru

Mattew 21,28-32

“Intom x’jidhrilkom? Kien hemm raġel li kellu żewġ ulied. Resaq fuq il-kbir u qallu, ‘Ibni, illum mur aħdem l-għalqa tad-dwieli.’  U dak qallu, ‘Ma rridx.’ Iżda mbagħad biddel  il-fehma u mar. Resaq fuq l-ieħor u qallu l-istess. ‘Arani sejjer, sidi,’ qallu dan, u ma mar xejn. Min minnhom it-tnejn għamel kif ried il-missier?” “L-ewwel wieħed,” weġbuh… Kompli aqra »