Yearly Archives: 2011

IL-MONAĊI BOJOD


Il-bniedem jgħix fid-dinja u qiegħed dejjem ifittex il-ferħ u l-paċi. Iżda Alla biss, li Hu imħabba u l-għajn tal-ferħ veru jista’ jimla’ din ix-xewqa. Għalhekk il-bniedem , wkoll bla ma jaf, qiegħed dejjem ifittex lil Alla.

“Ibni, isma’ mit-tagħlim ta’ l-Imgħallem, u iftaħ il-widnejn ta’ qalbek; ilqa’ l-pariri ta’ Missierek li jħobbok u wettaqhom.” (RB Prol 1-2) “Min hu l-bniedem li jħobb il-ħajja, u jixtieq jara għomru kollu riżq?” Jekk x’ħin tisma’ dan inti twieġeb: “Jiena”, il-Mulej jgħidlek: “Jekk trid tikseb il-ħajja vera u dejjiema, tbiegħed mill-ħażen u agħmel it-tajjeb, fittex is-sliem u imxi warajh”… Kompli aqra »

‘ALLA TIEGĦI, ALLA TIEGĦI, GĦALIEX TLAQTNI?’

Minn Castelgandolfo, il-Papa Benedittu XVI wassal ir-riflessjoni tiegħu f’katekeżi oħra minn sensiela, din id-darba iffoka fuq l-ewwel parti ta’ Salm numru 22, b’approfondiment fuq it-talb ta’ supplikazzjoni lil Alla.

Is-Salm, li jitfaċċa mill-ġdid fin-narrazzjoni tal-passjoni ta’ Kristu, jippreżenta l-figura ta’ bniedem innoċenti persegwitat u mdawwar bl-avversarji jfittxu l-mewt tiegħu. Idawwar ħarstu lejn Alla u jitlob b’ton ta’ lamentazzjoni pero b’fiduċja sħiħa lejn Alla, li misterjożament tinbidel f’tifħir… Kompli aqra »

DELEGAT ĠDID GĦALL-EDUKAZZJONI NISRANIJA

L-Arċisqof Pawlu Cremona nnomina lil Fr Charles Mallia Ph.D., O.Carm., biex ikun id-Delegat tiegħu għall‑Edukazzjoni Nisranija. Hu ser jieħu post Fr Dominic Scerri O.P. li ilu jokkupa din il-kariga għal dawn l-aħħar għoxrin sena.

B’din il-ħidma ġdida Fr Charles se jkompli fuq ix-xogħol li  ilu jwettaq b’risq l-iskejjel tal-Knisja. Matul dawn it‑tnejn u għoxrin sena huwa kien is-Segretarju tal-Private Schools Association u għal ħmistax-il sena kien ir‑rappreżentant ta’ din l-għaqda tal-kapijiet tal-iskejjel indipendenti fuq il-Bord tal-MATSEC… Kompli aqra »

TFITTEX LIL WIĊĊU F’DAWK LI HUMA MTAQQLIN

Dr Joe Zammit, tabib, ser jaqsam il-ħsibijiet tiegħu dwar il-ħajja u l-mewt.  Kirsten Pulis flimkien ma xi tfal ser ituna sorpriża ħelwa ħafna f’dan il-programm.  M’hemmx dubju li l-faxxinu ta l-Art Imqaddsa jkompli jħeġġiġna biex naraw wiċċ Ġesu anke bl-esperjenza ta Marthese Busuttil meta marret ‘Via Dolorosa’.  F’dan il-programm hemm ukoll esperjenza qawwijja ħafna min raġel li għadda tul ta żmien fil-vizzju ta l-Alkohol u ser jgħidilna kif bl-għajnuna t’Alla u tal-familja u ħbieb,  irnexxielu jeħles u jgħeleb dan il-vizzju tant ikrah! … Kompli aqra »

RIFJUT TAL-VJOLENZA BĦALA SOLUZZJONI GĦALL-PROBLEMI

Pope during Eucharist

F’għeluq il-quddiesa li ġabet fi tmiem il-25 Kungress Ewkaristiku Nazzjonali, il-Papa Benedittu XVI talab it-talba tal-Angelus fit-tarzna ta’ Ancona. Qabel ir-reċita tat-talba Marjana, il-Kap tal-Kattoliċi fakkar lil dawk kollha preżenti li “l-Angelus jistedinna biex nimitaw lil Marija l-iktar Qaddisa fil-kontemplazzjoni tal-għajn ta’ mħabba li minnha joħroġ is-Sagrament tal-Ewkaristija”. Il-misteru ewkaristiku qal li “iġib ħajja l-preżenza ta’ Kristu mqajjem mill-mewt, Hu li hu għajn ta’ tama u serħan fil-ħajja tagħna ta’ kuljum, speċjalment fil-mumenti l-iktar diffiċli”.’

Fl-għaxar anniversarju mill-attakki fuq l-Istati Uniti tal-Amerika, li seħħew preċisament nhar il-11 ta’ Settembru 2001,  il-Papa fada f’idejn Alla lill-vittmi u l-familjari tagħhom… Kompli aqra »

F’OTTUBRU L-KNISJA TIFTAĦ ŻEWĠ SKEJJEL PRIMARJI ĠODDA

F’Ottubru li ġej il-Knisja se tiftaħ żewġ skejjel primarji ġodda, waħda fis-Seminarju tal-Virtù, u l-oħra fil-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl. Il-Kulleġġ Santu Wistin qed jistenna l-permess tal-MEPA biex jibda l-bini ta’ skola primarja oħra.

“Sar sforz straordinarju biex kollox jitlesta u biex l-iskola primarja tibda b’mod normali mal-iskejjel l-oħra,” qal Fr David Cilia, is-Surmast tal-iskola tas-Seminarju lil IL-ĠENSillum online. “Bi pjaċir ngħid li l-iskejjel tal-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl u s-Seminarju Malta se jilqgħu l-istudenti l-ġodda fil-livell primarju fl-iskejjel il-ġodda.”

Fr Cilia kompla jgħid li s-Seminarju se jospita l-istudenti ta’ Santu Wistin għal din is-sena sa ma tinbena l-iskola tagħhom matul is-sena skolastika li ġejja… Kompli aqra »

ĊELEBRAZZJONIJIET FL-OKKAŻJONI TAL-FESTA TA’ SAN FRANĠISK

Fl-okażżjoni tal-Festa ta’ San Franġisk, Il-Patrijiet Franġiskani, flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Ħamrun nhar is-Sibt 17 ta’ Settembru fit-8 ta’ filgħaxija ser jorganizzaw lejla ta’ kant, ikel u logħob kif ukoll tberik tal-annimali nhar il-Ħadd 18 ta’ Settembru fl-10 ta’ filgħodu fil-wesgħa ta’ quddiem il-knisja. Fit-8.30 ta’ filgħodu jibda’ marċ mill-Banda tal-Iscouts u fid-9.00 am ikun hemm Quddiesa. Kompli aqra »

IL-KONFERENZA TAL-KUMMISSJONIJIET ĠUSTIZZJA U PAĊI TAL-EWROPA

THE CONFERENCE OF EUROPEAN JUSTICE AND PEACE COMMISSIONS

“Inter-religious and intercultural relations – chances and challenges for our solidarity”

An Albanian contribution to the construction of Europe

Representatives of the 30 national commissions, including Malta, that constitute the Conference of European Justice and Peace Commissions (Justice and Peace Europe) will meet in Albania between the 16th and 20th of September 2011 for the annual international workshop and general assembly… Kompli aqra »

12 -18 ta’ Settembru

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

It-Tlieta

7.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fis-Santwarju tal-Mellieħa u wara jattendi ikla fi tmiem il-ħidma ta’ Fr Dominic Scerri O.P. bħala Delegat tal-Arċisqof għall-Edukazzjoni Nisranija.

L-Erbgħa

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani, fid-Dar tal-Kleru, B’Kara.

5.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Caritas, il-Kurja… Kompli aqra »

AKTAR MINN 250,000 HIT FIS-SIT ELETTRONIKU TAL-ARĊIDJOĊESI

Minn meta kien imniedi f’Ottubru 2009 sal-aħħar tas-sena li għaddiet, is-sit elettroniku tal-Arċidjoċesi ta’ Malta – www.maltadiocese.org, kellu 256,078 hit minn 119,825 absolute unique visitors, li b’kollox bejniethom żaru 892,045 paġna.

Is-sit elettroniku qed jinżamm aġġornat b’mod regolari u kemm ilu li kien imniedi, baqa’ jiġi żviluppat. Kelliemi għall-Kurja tal-Arċisqof qal lil IL-ĠENSillum online li “l-websajt intlaqgħet tajjeb ħafna u tiġi segwita minn għadd sodisfaċenti ta’ nies b’mod interattiv”… Kompli aqra »