Il-bniedem jgħix fid-dinja u qiegħed dejjem ifittex il-ferħ u l-paċi. Iżda Alla biss, li Hu imħabba u l-għajn tal-ferħ veru jista’ jimla’ din ix-xewqa. Għalhekk il-bniedem , wkoll bla ma jaf, qiegħed dejjem ifittex lil Alla.

“Ibni, isma’ mit-tagħlim ta’ l-Imgħallem, u iftaħ il-widnejn ta’ qalbek; ilqa’ l-pariri ta’ Missierek li jħobbok u wettaqhom.” (RB Prol 1-2) “Min hu l-bniedem li jħobb il-ħajja, u jixtieq jara għomru kollu riżq?” Jekk x’ħin tisma’ dan inti twieġeb: “Jiena”, il-Mulej jgħidlek: “Jekk trid tikseb il-ħajja vera u dejjiema, tbiegħed mill-ħażen u agħmel it-tajjeb, fittex is-sliem u imxi warajh”. (RB Prol 15-17)

Għal iżjed minn 700 sena’ l- Abbazia benedettina di Santa Maria di Monte Oliveto ħdejn Siena  huwa post privileġġat fejn irġiel mid-dinja kollha “fil-proċess tal-ħajja monastika u tal-fidi, b’qalbhom miftuha, ġrew fit-triq tal-preċetti tal-Mulej, bi ħlewwa ta’ mħabba liema bħalha.”(RB Prol, 49)

Il-monaċi “bojod” għadhom  sal-llum jimxu fil-passi tal-fundatur tagħhom San Bernardo Tolomei u taħt il-ħarsien tal-Verġni Mqaddsa Marija jgħixu ħajja ta’ talb u ta’ xogħol, f’għaqda ta’ fraternita’, jaqsmu bejniethom il-ferħ u n-niket, u jerfgħu it-toqol ta’ xulxin f’ħajja ta’ ubbidjenza taħt Regola u Abbati. Din il-ħajja fis-skiet tal-monasteru ggib magħha il-paċi interjuri.

Mis-sena’ 2008 ż-żagħżugħ Malti, dom Guglielmo Maria qiegħed jgħix il-ħajja ta’ monaco Olivetan f’dan il-monasteru.

Jekk inti wkoll tixtieq tagħmel dixxerniment vokazzjonali (bit-Taljan) ikteb lil [email protected].

Jekk tixtieq taqsam magħna l-ħajja tagħna għal ftit ġranet ta’ skiet u paċi ikteb lil [email protected]

Għal iżjed tagħrif żur is-sit:

www.monteolivetomaggiore.it / www.agricolamonteoliveto.com

Tel 00390577707611

AGĦFAS HAWN biex taqra aktar informazzjoni.