Yearly Archives: 2011

AĠĠORNAMENT: TISLIMA LIL TEKLEAB HAILE

It-Taqsima Refuġjati tal-Kummissjoni Emigranti ssellem mill-qalb lil Ashih TEKLEAB HAILE, refuġjat mill-Eritrea li ħarab minn artu biex isalva ħajtu u li miet Malta l-bieraħ, 20 ta’ Lulju 2011, wara li salva wieħed Franciz mill-għarqa.

Tekleab ta’ 32 sena hu miżżewweġ lil Selemawit Hagus Belay. Huma ltaqgħu u żżewwġu s-Sudan fl-2006 u waslu Malta bil-baħar f’Ottubru 2009… Kompli aqra »

ŻJARAT PASTORALI TAL-ARĊISQOF FL-2011

This year, Archbishop Paul Cremona O.P. visited six parishes between January and March. His first Pastoral Visit was held in Zabbar parish followed by Marsascala, Fgura, Fleur de Lys, Swatar and Birkirkara. To date, the Archbishop visited 36 out of 70 parishes. Four years ago, at the start of his episcopate Mgr Paul Cremona O.P. had clearly expressed his wish to visit all parishes in Malta… Kompli aqra »

IL-VATIKAN JGĦID LI L-GĦAQDA TAL-ISTAMPA MHIX IŻJED KATTOLIKA

Skont żewġ uffiċjali tal-Vatikan, il-Union internazzjonali tal-ġurnalisti kattoliċi m’għandhiex tuża aktar it-titlu “kattolika” għaliha stess. F’komunikat konġunt, il-Kunsilli Pontifiċji għal-Lajċi u għall-Komunikazzjoni Soċjali, indirizzaw l-istatus tal-International Catholic Press Union, l-ICPU, li bidlet isimha għal International Catholics Organisation of the Media, ICOM.

In-nota, iffirmata miż-żewġ Presidentitaż-żewġ dekasteri rispettivi, il-Kardinal Stanislaw Rylko u l-Arċisqof Claudio Celli, kompliet tgħid li l-Union jew l-Organizzazzjoni, “wara sekli ta’ servizz validu lill-evanġelizzazzjoni permezz tal-istampa, fl-aħħar snin esperjenzat kriżi progressiva fit-tmexxija tagħha”… Kompli aqra »

L-ISTITUT TA’ FORMAZZJONI PASTORALI

Is-soċjetà tal-lum hi waħda li kontinwament qed tinbidel u dawn il-bidliet qegħdin joffru sfida għall-Knisja f’Malta: sfida li tipprepara nsara li jistgħu jwieġbu għall-ħtiġijiet veri ta’ din ir-realtà li qed naraw fis-soċjetà tal-lum. Din l-għajta ssemmiet u nħasset ħafna fl-esperjenza tas-Sinodu Djoċesan u wasslet biex welldet esperjenza ġdida fi ħdan id-djoċesi ta’ Malta – l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali.

Għalkemm l-Istitut għadu fis-snin bikrin tiegħu, il-viżjoni u l-missjoni tiegħu hi waħda ċara ħafna u l-esperjenza li għaddej minnha fil-preżent hi waħda rikka immens… Kompli aqra »

TFITTEX LIL ĠESU’ B’QALBEK KOLLHA

Kif inkunu differenti min nies ohra jekk ahna nfittxu il Wicc Gesu b’qalbna kollha?  Ser jaraw id-differenza fl-imgieba taghna jew fil-hsibijiet taghna? F’dan il programm Ian u Marise Giordmaina, psikologa, ser jiddiskutu Ir-Rieda Hielsa taghna – It-trobijja taghna kemm tista  tinfluenzana fid-decisjonijiet li niehdu? Ahna verament hielsa ? Ser naraw ‘music video’ verament helu mahdum apposta ghal 4given. Fil-feature ta’ Fittex lil Wiccu, f’dan il programm ser naraw kif is-sorijiet tal Clarisssi ifittxu l-Wicc Gesu fil-hidma taghhom man nies li jmorru biex ifittxu l-ghajnuna u t-talb taghhom.  … Kompli aqra »

IL-PAPA JAPPELLA GĦAL GĦAJNUNA INTERNAZZJONALI LIS-SOMALJA…JAĊĊENNA WKOLL GĦALL-PREŻENZA T’ALLA FID-DINJA

Pope in Castel-Gandolfo

Il-Papa Benedittu XVI appella għas-solidarjeta internazzjonali mas-Somalja, sabiex l-għajnuna meħtieġa hemmhekk tasal fil-ħin. Il-Papa irrefera għall-emerġenza umanitarja fil-Lvant tal-Afrika meta indirizza lil dawk miġbura fir-residenza tiegħu tas-sajf fil-Palazz Appostoliku ta’ Castel Gandolfo, fin-nofsinhar ta’ Ruma.

Il-Ħamis li għadda il-UNICEF appellat sabiex is-sitwazzjoni fil-Lvant tal-Afrikabħalissa hija l-ikbar sitwazzjoni ta’emerġenza li teżisti attwalment fid-dinja…bis-Somalja fl-epiċentru tal-kriżi. Żied jgħid li s-sitwazzjoni mill-iktar fraġli, karatterizzata mill-kunflitt u l-insigurta, eskalat fl-istess waqt li l-popolazzjoni kienet qed tintlaqat minn bidliet fil-klima u anki fil-prezzijiet… Kompli aqra »

18 – 24 ta’ Lulju

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

4.00 p.m. L-Arċisqof jindirizza l-aħħar laqgħa ta’ konsultazzjoni għas-saċerdoti fl-Istitut Kattoliku, Floriana.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-istaff tal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ fir-residenza tiegħu Ħ’Attard.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali, fil-Kurja.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-ewwel anniversarju tal-konsagrazzjoni tal-knisja ta’ Baħrija… Kompli aqra »

IL-PROBLEMA TAD-DROGA

Fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena, il-pulizija investigat 209 persuna, filwaqt li ressqet il-Qorti 49 persuna. Is-sena li għaddiet, il-persuni investigati dwar pussess jew traffikar ta’ droga mill-pulizija b’kollox kienu 506, li minnhom 160 tressqu l-Qorti.

Fl-2009, minn total ta’ 626 persuna investigati fuq pussess jew traffikar ta’ drog, il-pulizija ressqet il-Qorti 171 persuna.

Dan it-tagħrif ingħata mis-Supretendent Norbert Ciappara, inkarigat mill-Iskwadra kontra d-Droga, waqt il-programm ‘Realtajiet tal-Lum’ ippreżentat fuq Radju RTK minn Cynthia Zerafa… Kompli aqra »