Skont żewġ uffiċjali tal-Vatikan, il-Union internazzjonali tal-ġurnalisti kattoliċi m’għandhiex tuża aktar it-titlu “kattolika” għaliha stess. F’komunikat konġunt, il-Kunsilli Pontifiċji għal-Lajċi u għall-Komunikazzjoni Soċjali, indirizzaw l-istatus tal-International Catholic Press Union, l-ICPU, li bidlet isimha għal International Catholics Organisation of the Media, ICOM.
In-nota, iffirmata miż-żewġ Presidentitaż-żewġ dekasteri rispettivi, il-Kardinal Stanislaw Rylko u l-Arċisqof Claudio Celli, kompliet tgħid li l-Union jew l-Organizzazzjoni, “wara sekli ta’ servizz validu lill-evanġelizzazzjoni permezz tal-istampa, fl-aħħar snin esperjenzat kriżi progressiva fit-tmexxija tagħha”.
Ġara li wara li s-Santa Sede esprimiet kemm-il darba t-tħassib tagħha dwar it-tmexxija tal-Union, li, anki wara inċidenti li seħħew f’Marzu li għadda, il-Kunsill Pontifiċju għal-Lajċi diġa kien neħħa r-rikonoxximent kanoniku tal-union bħala Assoċjazzjoni Kattolika. B’reazzjoni, il-Union biddlet isimha għal Organizzazzjoni Internazzjonali bl-isem ta’ International Catholics Organisation of the Media. Barra minn hekk ħabbret li se tagħmel Assemblea f’Novembru.
Id-dekasteri tal-Vatikan rreġistraw in-nuqqas ta’ qbil tagħhom mal-isem il-ġdid tal-Għaqda.
Ħafna kienu dawk l-organizzazzjonijiet nazzjonali tal-ġurnalisti li diġa ddistakkaw ruħhom minnha.