Pope in Castel-Gandolfo

Il-Papa Benedittu XVI appella għas-solidarjeta internazzjonali mas-Somalja, sabiex l-għajnuna meħtieġa hemmhekk tasal fil-ħin. Il-Papa irrefera għall-emerġenza umanitarja fil-Lvant tal-Afrika meta indirizza lil dawk miġbura fir-residenza tiegħu tas-sajf fil-Palazz Appostoliku ta’ Castel Gandolfo, fin-nofsinhar ta’ Ruma.

Il-Ħamis li għadda il-UNICEF appellat sabiex is-sitwazzjoni fil-Lvant tal-Afrikabħalissa hija l-ikbar sitwazzjoni ta’emerġenza li teżisti attwalment fid-dinja…bis-Somalja fl-epiċentru tal-kriżi. Żied jgħid li s-sitwazzjoni mill-iktar fraġli, karatterizzata mill-kunflitt u l-insigurta, eskalat fl-istess waqt li l-popolazzjoni kienet qed tintlaqat minn bidliet fil-klima u anki fil-prezzijiet.

Il-Kap tal-Knisja Kattolika rrefera wkoll għall-kundizzjonijiet mill-aktar ħżiena tat-temp li f’xenarju sħiħ, kollox ma’ kollox, qed jikkontribwixxu għal katastrofi umana,b’għaddkbir ta’ niesifittxu li jaħarbu mis-sitwazzjoni ta’ġuħ u jfittxu l-għajnuna. Benedittu XVI appella għal għajnuna immedjata u għal solidarjeta tanġibbli minn kulħadd ma’ dawn il-popli milquta fil-laħam il-ħaj.

Il-Kunsill Pontifiċju Cor Unum bagħat donazzjoni ta’madwar 70,000 dollaru Amerikan bħala turija ta’ solidarjeta fil-prattika mill-Knisja Universali.

IS-SBUĦIJA TAL-KNEJJES HI TURIJA TAL-PREŻENZA T’ALLA FID-DINJA

Intant, il-Papa qalli s-sbuħija tal-katidrali u l-knejjes hi sinjal tal-preżenza t’Alla fid-dinja. Sadattant huwa stieden lil kull individwu sabiex fihom jfittex li jara l-ideal ta’ min bnihom.

Meta kien qed jindirizza lill-pellegrini Franċiżi miġbura fir-residenza tiegħu tas-sajf għat-talba tal-Angelus, Benedittu XVI rrefera għaż-żmien ta’ btala bħala “żmien ta’ tkabbir kulturali u spiritwali”. Żied jgħid li “permezz ta’ għadd ma jispiċċa qatt ta’ postijiet u monumenti li wieħed jista’ jżur, wieħed jista’ jiskopri s-sabiħ tal-patrimonju universali li jgħaqqadna mal-għeruq tagħna”.

Kompla Papa Ratsinger li“Jalla l-ideal ta’min bena dawn is-sinjali ħajja tal-preżenza t’Alla fid-dinja,isir l-ideal tal-persuni li jżuruhom. Jalla l-Ispirtu s-Santu, li jara l-fond tal-qalb ta’ kullpersuna, jispira lil kull individwu sabiex jitlob f’dawn il-postijiet”.