Yearly Archives: 2011

TFITTEX LIL WIĊĊ ĠESU’ BILLI JKOLLOK RELAZZJONI INTIMA MIEGĦU

Fil-programm ta din il-gimgħa ser jiġi diskuss kif nistaw nibnu relazzjoni intima ma Ġesu’.Naraw kemm iħobbna u kemm insibu għajnuna meta aħna nafdaw kompletament fiH. Fr Nichalas ser jiddiskuti ma’ Ian fuq id-dixxerniment… kelma tqila li forsi mhux kullħadd jifhem x’hini.  L-Arċisqof flimkien ma Paul Jnr u żagħżagħ oħra, ser iwiegeb għal xi mistoqsijiet li jittrattaw fuq il-Vanġelu tal-Ħadd… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 26 ta’ Lulju

Matthew 13,36-43

Mbagħad ħalla n-nies u mar id-dar. Resqu lejh id-dixxipli tiegħu u qalulu: “Fissirhielna l-parabbola tas-sikrana fl-għalqa.” U weġibhom: “Dak li jiżra’ ż-żerriegħa t-tajba huwa Bin il-bniedem. L-għalqa hija d-dinja; iż-żerriegħa t-tajba huma wlied is-Saltna; is-sikrana huma wlied il-ħażin, u  l-għadu   li żeragħha huwa x-xitan. Il-ħsad ifisser tmiem id-dinja, u  l-ħassada  l-anġli… Kompli aqra »

KDZ tippreżenta Memorandum lill-President Abela

Il-Ġimgħa 22 ta’ Lulju – Il-President George Abela ġie ppreżentat bil-Memorandum Uffiċjali tal-Young People’s Forum 2010/2011. Id-dokument jiġbor l-opinjonijiet immeddjati taż-żgħażagħ dwar is-social media u l-impatt li qiegħed ikollhom fuq l-individwi u fuq is-soċjetà. Il-Memorandum kien, aktar kmieni f’Lulju, ippreżentat ukoll lill-Arċisqof Paul Cremona.

Il-Forum huwa eżerċizzju ta’ diskussjoni li jwassal il-vuċijiet taż-żgħażagħ lill-persuni b’responsabbiltajiet ewlenin kemm fil-Knisja kif ukoll fis-socjetà… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 25 ta’ Lulju

Matthew 20, 20-28

Mbagħad resqet lejh omm ulied Żebedew flimkien ma’ wliedha, u nxteħtet quddiemu titolbu xi ħaġa. “Xi trid?” staqsieha. U hi qaltlu: “Ordna li dawn iż-żewġ uliedi joqogħdu wieħed fuq il-lemin tiegħek u l-ieħor fuq ix-xellug fis-Saltna tiegħek.” U Ġesù wieġeb: “Ma tafux x’intom titolbu. Għandkom ħila tixorbuh il-kalċi li se jkolli nixrob jien?” “Għandna,” qalulu… Kompli aqra »

“WARRBU L-MIBGĦEDA” – IL-PAPA

Pope Benedict XVI

Wara t-talba tal-Angelus fir-residenza tiegħu tas-sajf Castel Gandolfo, il-Papa Benedittu XVI rrefera direttament għall-attakk terroristiku fin-Norveġja, li ħa l-ħajja ta’ kważi mitt ruħ, u qal, “Sfortunatament, reġgħet tfaċċat aħbar ta’ vjolenza u mewt”. Huwa esprima kliem ta’sogħba u wassal l-appell tiegħu lil kulħadd sabiex “jitwarrab għal dejjem is-sens ta’ mibgħeda u wieħed jaħrab mil-loġika tal-ħażen”.

Qabel l-Angelus,il-Papa Benedittu XVI irrifletta fuq l-importanza tal-kuxjenza li tevita l-ħażin u tagħmel it-tajjeb… Kompli aqra »

25 – 31 ta’ Ġunju

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

5.10 a.m. L-Arċisqof jasal lura Malta minn pellegrinaġġ f’Lourdes.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-10 Anniversarju tal-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, fil-KonKatidral, il-Belt Valletta.

Il-Ħamis

10.30 a.m. L-Arċisqof iżur id-Day Centre ta’ tas-Sliema.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kumitat Finanzjarju Djoċesan.

Il-Ġimgħa

10.00 a.m… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum u Kelma Għall-Ħajja- 24 ta’ Lulju

Agħfas fuq l-istampa li tidher hawn taħt biex tara l-iktar edizjoni riċenti tal-programm ‘Kelma għall-Ħajja’.


Mattew 13, 44-52

“Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil teżor moħbi f’għalqa, li wieħed raġel isibu u jaħbih, u kollu ferħan imur ibigħ kull ma jkollu u jixtri dik l-għalqa.” “Tixbah ukoll is-Saltna tas-Smewwiet lil wieħed neguzjant ifittex ġawhar fin; meta sab ġawhra tiswa ħafna, mar biegħ kull ma kellu u xtara lilha.” “Tixbah ukoll is-Saltna tas-Smewwiet lil xibka mitfugħa l-baħar li fiha jinġabar minn kollox… Kompli aqra »

JIBDA X-XOGĦOL FUQ L-EWWEL FAŻI TAL-MUŻEW TAL-MIGRAZZJONI

Il-Kummissjoni Emigranti nkarigat lill-Grupp Exalta biex fil-ġimgħat li ġejjin jibda x-xogħol fuq l-ewwel fażi tal-Mużew Diġitali tal-Migrazzjoni, li se jsir f’Dar l-Emigrant, il-Belt Valletta.

Il-ftehim kien ffirmat f’Dar l-Emigrant minn Mons Philip Calleja u Dun Alfred Vella għall-Kummissjoni Emigranti, u Ryan Mallia f’isem l-Exalta.

L-ewwel fażi tal-proġett se tiffoka fuq is-Sala Ċentrali tal-Mużew. Fil-bidu se jsir ix-xogħol strutturali meħtieġ biex is-sala tiġi mħejjija għall-iskop il-ġdid fl-użu tagħha… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 23 ta’ Lulju

Gwann 15, 1-8

“Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi. Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott jaqtagħha; u kull waħda li tagħmel il-frott jiżborha u jnaddafha, biex tagħmel frott aktar. Intom ġa ndaf minħabba  l-kelma li għedtilkom. Ibqgħu fija, u jiena nibqa’ fikom. Kif il-fergħa ma tistax tagħmel frott minnha nfisha jekk ma tibqax fid-dielja, hekk anqas intom jekk ma tibqgħux fija… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IMEXXI PELLEGRINAĠĠ F’LOURDES

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħalla Malta l-Ħamis filgħaxija,  21 ta’ Lulju 2011,  għal Lourdes fejn qiegħed imexxi pellegrinaġġ għall-morda organiżżat mill-Għaqda għat-Trasport tal-Morda. L-Arċisqof jinsab akkumpanjat minn Mons. Annetto Depasquale, Vigarju Ġenerali u mill-Arċisqof Emeritus Ġuzeppi Mercieca. Għal dan il-pellegrinaġġ qed jattendu 130 ruħ bejn morda, voluntiera u pellegrini. Huma jaslu lura Malta nhar l-Erbgha 27 ta’ Lulju, 2011. Kompli aqra »